Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1426469
06 analiżi IL-ĦADD 7 TA' NOVEMBRU 2021 • illum MILL-2003 SAL-2017: JAGĦMEL X'JAGĦMEL IL-PN, IT-TIENI DISTRETT ISIR DEJJEM AKTAR TAL-LABOUR Ħafna jibqgħu jiakru l-elezzjoni tal-2008. Ħafna ħasbu rebħa ċerta għall-Malta Labour Party imma wara sigħat sħaħ, jirriżulta li l-Partit Nazzjonalista kien rebaħ din l-elezzjoni bi it voti biss. Jekk fuq bażi nazzjonali, ir-riżultat ma kienx ċar, fit-tieni distrett ma kien hemm l-ebda dubju. Il-Malta Labour Party kiseb 66.7% tal-voti, jiġifieri 14,847 vot, filwaqt li l-Partit Nazzjonalista kiseb biss 7,110 voti jew 31.9% tal-voti. Fil-fatt, il-Partit Nazzjonalista rnexxielu jeleġġi t-tieni siġġu minn dan id-distrett bis-saħħa ta' Artiklu 52(1) tal-Kostituzzjoni. Il-ġimgħa li għaddiet rajna każi simili, imma tajjeb li nerġgħu niakru dan x'inhu. Wara l-elezzjoni tal-1981, kienu daħlu fis-seħħ emendi biex ma jerġax jiġri dak li seħħ f 'dawk is- snin, meta l-Malta Labour Party, immexxi mill-Perit Dom Mintoff, iggverna għax kiseb l-akbar ammont ta' siġġijiet u mhux l-akbar ammont ta' voti. Fil-fatt, wara dik l-elezzjoni, fuq perjodu ta' diversi snin, kienu daħlu fis-seħħ tliet emendi prinċipali: • L-ewwel emenda tistabbilixxi li l-partit li jġib maġġoranza assoluta ta' voti, jiżdidulu s-siġġijiet awtomatikament biex ikollu, minn tal-inqas, maġġoranza ta' siġġu wieħed. • It-tieni emenda tgħid li anke jekk partit ikun rebaħ b'maġġoranza relattiva, xorta waħda jiżdidulu s-siġġijiet biex ikollu mqar maġġoranza ta' siġġu wieħed. • It-tielet emenda hija dik li nsejħulha tal- proporzjonalità fejn is-siġġijiet jiżdiedu biex jirriflettu s-saħħa tal-voti li jkunu kisbu l-partiti fl-ewwel għadd. Fit-tliet każi, il-kandidati li jiġu eletti jkunu dawn li jkunu kisbu l-akbar ammont ta' voti minn fost il- kandidati mhux eletti (minn distretti oħra). F'din l-elezzjoni, kif se naraw, it-tieni emenda għamlet tajjeb għall-Partit Nazzjonalista għax kieku kien jispiċċa b'siġġu biss minn dan id-distrett. Iżda nimxu pass pass. L-uniku kandidat li kien elett mal-ewwel għadd, kien Lawrence Gonzi li issa kien Prim Ministru u Kap tal-Partit Nazzjonalista. Gonzi kiseb 4,697 vot. Il-kwota kienet ta' 3,712 vot. Kieku mhux għall-Artiklu 52(1) tal-Kostituzzjoni, kieku l-Partit Nazzjonalista kien jeleġġi biss Deputat wieħed minn dan id-Distrett. Madanakollu, kif spjegat aktar qabel, bis-saħħa ta' dawn l-emendi, il-Partit Nazzjonalista tella' wkoll lil Francis Agius li fl-ewwel għadd kien kiseb 909 voti. Fl-ewwel għadd, it-tabib Stephen Spiteri kien kiseb 856 vot u kien elett biss wara elezzjoni każwali hekk kif Gonzi kien ċeda s-siġġu f 'dan id-Distrett. Immorru issa għall-Partit Laburista. Michael Falzon u Joe Mizzi kienu eletti fl-10 għadd. Falzon kien elett b'4,168 vot u Mizzi bi 3,828 vot. Stefan Buontempo, kien elett fil-11-il għadd bi 3,779 vot. Fl-2008 ukoll, Helena Dalli kkontestat fuq it- tieni distrett u mar minn taħt il-kandidat Bormliż Chris Agius. Minkejja li t-tnejn li huma kienu ilhom jikkontestaw u jiġu eletti mill-1996, Dalli rnexxielha tegħlibha lil Agius fuq it-tieni distrett. Dalli kienet eletta fit-12-il għadd bi 3,773 voti. Chris Agius, li fl-ewwel għadd kiseb 801 vot inqas minn Dalli, kien elett biss wara elezzjoni każwali, hekk kif Michael Falzon kien ċeda s-siġġu tiegħu f 'dan id-distrett. F'din is-sena, il-Partit Laburista kellu disa' kandidati u l-Partit Nazzjonalista kellu biss erba' kandidati. Kif spjegat il-ġimgħa li għaddiet, l-Elezzjoni Ġenerali tal-2003 kienet waħda importanti ħafna hekk kif seħħet it ġimgħat biss wara li Malta vvutat favur is- sħubija fl-Unjoni Ewropea. Fil- fatt, il-Partit Nazzjonalista kien rebaħ din l-elezzjoni b'distakk ta' 12,080 vot. Minkejja dan, il-Partit Nazzjonalista fit-tieni distrett, id- distrett li huwa assoċjat ukoll mal- eks Prim Ministru Laburista Dom Mintoff, baqa' minn taħt. Dik is-sena, il-Partit Nazzjonalista kien kiseb 34.4% tal-voti fit-tieni distrett (7,312- il vot), filwaqt li l-Malta Labour Party, kif kien jissejjaħ il-Partit Laburista dak iż-żmien, kiseb 13,807 voti, jew 65% tal-voti. Dan minkejja li l-aktar kandidat li ġab voti kien Lawrence Gonzi, li sa dak iż-żmien kien għadu Deputat Prim Ministru u Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista, qabel ħa post Eddie Fenech Adami, is-sena ta' wara, bħala Kap. Fl-ewwel għadd, Lawrence Gonzi kien kiseb 3,945 vot u kien elett minnufih, hekk kif il-kwota kienet dik ta' 3,542 vot. It-tieni kandidat elett, kien ukoll Nazzjonalist. Fil-fatt, kien elett Carmelo Mifsud Bonnici. Il-familja Mifsud Bonnici hija magħrufa wkoll għall-politika u kunjomha huwa sinonimu ma' Bormla. Mifsud Bonnici kien elett fit-12- il għadd wara li kiseb 3,693 vot. Fil-fatt, anke jekk fl-ewwel għadd ġab inqas voti mill-kandidati Laburisti, ġie elett qabilhom hekk kif wiret ħafna mill-voti ta' Lawrence Gonzi. Fil-fatt, il-voti fost il-kandidati tal-Partit Laburista kienu aktar mifruxa anke għax kien hemm aktar għażla. F'din l-elezzjoni, il-Partit Nazzjonalista kellu biss ħames kandidati, filwaqt li l-Malta Labour Party kellu għaxra. Għall-Partit Laburista kienu eletti Stefan Buontempo, Chris Agius, magħruf mal-Bormliżi bħala l-Wefi u Joe mizzi. Buontempo kien elett fl-14-il għadd bi 3,641 vot, Agius ukoll kien elett fl-istess għadd bi 3,602 voti, filwaqt li Mizzi kien elett fis- 16-il għadd bi 3,457 vot. 2003: Gonzi jkaxkar fil-voti imma l-PN xorta minn taħt 2008: Il-PN jeleġġi żewġ kandidati bis-saħħa ta' mekkaniżmu fil-liġi Il-gazzetta ILLUM tkompli bil-ħarsa tagħha distrett distrett lejn ir-riżultati li kisbu ż-żewġ partiti l-kbar fl-aħħar erba' elezzjonijiet ġenerali. Din il-ġimgħa jmiss it-tieni distrett PN PL 34.41% 65.97% PN PL 31.93% 66.67%