Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1426469
07 analiżi illum • IL-ĦADD 7 TA' NOVEMBRU 2021 YENDRICK CIOFFI It-Tieni Distrett, bla dubju ta' xejn jibqa' wieħed mill-aktar distretti Laburisti. Mill-Elezzjoni Ġenerali tal-2003, sal-Elezzjoni Ġenerali tal-2017, il-Partit Laburista baqa' jissaħħaħ u żied madwar 3,546 vot. Mill-banda l-oħra, minkejja kull tentattiv, anke meta pprova joħroġ aktar kandidati mill-Partit Laburista, il-Partit Nazzjonalista baqa' lura tant li elezzjoni wara l-oħra baqa' fejn kien jew saħansitra naqqas. Il-ġimgħa li għaddiet il-gazzetta iLLUM bdiet sensiela ta' artikli li matulhom se tkun qed tagħti rendikont u tanalizza s-sitwazzjoni tal-Partit Laburista u tal-Partit Nazzjonalista fid-distretti elettorali, mill-Elezzjoni Ġenerali tal-2003 sa dik ta' erba' snin ilu. Wara l-ewwel distrett, illum imiss it-tieni distrett. Dan jinkludi: Il- Birgu, l-Isla, Bormla, Ħaż-Żabbar, St Peter's (Ħaż-Żabbar), parti mill- Fgura, il-Kalkara u x-Xgħajra. Minkejja kull tentattiv biex imur tajjeb fl-Elezzjoni Ġenerali tal- 2017, il-Partit Nazzjonalista baqa' fejn kien, anzi saħansitra mar għall- agħar u dan reġa' kien rifless ukoll fit-tieni distrett. Fl-2017, il-Partit Nazzjonalista kellu rekord ta' 13-il kandidat fuq dan id-distrett, jiġifieri aktar mill- Partit Laburista li kellu għaxar kandidati. Minkejja dan, l-appoġġ tal-Partit Nazzjonalista kompla jonqos u reġa' spiċċa biss b'kandidat wieħed elett mit-tieni distrett. Erba' snin ilu, fit-tieni distrett, il-Partit Laburista kiseb 17,353 vot (71.2%) u l-Partit Nazzjonalista kiseb biss 6,761 vot (27.8%) Wara tliet elezzjonijiet ġenerali, isem Lawrence Gonzi, li issa l-kapitlu tiegħu fil-politika kien ilu erba' snin magħluq, ma kienx fuq il- lista tal-kandidati Nazzjonalisti. Bis-saħħa ta' dan, mar tajjeb it- tabib Stephen Spiteri li issa mhux talli ma kellux bżonn elezzjoni każwali biex ikun elett, talli qabeż il- kwota ta' 4,062 vot mal-ewwel għadd u kien elett minnufih. Fil-fatt, huwa kien kiseb 4,071 vot. Huwa kien l-uniku kandidat elett f 'isem il-Partit Nazzjonalista. Minkejja li kellu 13-il kandidat, apparti Spiteri, ma kien hemm l-ebda kandidat ieħor importanti jew popolari, tant li l-bqija ġabu biss ftit għexieren ta' voti fl-ewwel għadd. Mill-banda l-oħra, Joseph Muscat reġa' żied il-voti u reġa' kaxkar. F'din is-sena kiseb xejn inqas minn 14,674 vot. Il-bqija tal-kandidati Laburisti ġabu biss ftit voti fl-ewwel għadd. Fit-tieni għadd, mill-wirt tal-voti ta' Joseph Muscat, marret l-aħjar Helena Dalli, li issa kienet Ministru. Hija kienet eletta fit-22 għadd b'6,062 vot. Il-Ministru Joe Mizzi kien elett fit-23 għadd wara li kiseb 4,243 vot. Stefan Buontempo, minkejja li kien Segretarju Parlamentari, kompla jnaqqas mill-popolarità tiegħu u minfloku żied b'mod sostanzjali Chris Agius, li anke hu issa kien serva bħala Segretarju Parlamentari. Agius ma kellux bżonn elezzjoni każwali biex ikun elett. Fil-fatt, huwa reġa' ġie elett fis-27 għadd b'5,152 vot. Eventwalment, Helena Dalli, kienet ċediet is-siġġu tagħha f 'dan id-distrett u minflokha, fl- elezzjoni każwali, kien elett Glenn Bedingfield. Ir-rebħa kbira li l-Partit Laburista kien għamel fl-Elezzjoni Ġenerali tal-2013 kienet riflessa wkoll fit-tieni distrett. Il- Partit Laburista kompla jżid il-voti biex kiseb 16,312-il vot (71%) u l-appoġġ għall- Partit Nazzjonalista kompla jitnaqqar biex kiseb 6,373 vot (28%). Ma għandnix xi ngħidu, anke jekk dan id- distrett mhuwiex magħmul minn Bormla biss, ir-riżultat kien rifless ukoll mir-rabja ta' ħafna residenti dwar il-proġett tal- Baċir Numru 1 li l-Partit Nazzjonalista ma kienx irnexxielu jtemm fil-ħin, minkejja diversi wiegħdi, inkluż fl-istess kampanja elettorali. Iżda żgur li l-akbar raġuni għaliex il- Partit Laburista żied daqstant l-appoġġ f 'dan id-distrett, kien il-fatt li kkontesta l-mexxej tiegħu, Joseph Muscat, li fl-ewwel għadd kiseb xejn inqas minn 13,968 vot. Il- kwota kienet ta' 3,828 vot. Mill-banda l-oħra, Lawrence Gonzi, sa dak iż-żmien Prim Ministru, kien baqa' fl- istess ilma u kiseb 4,616-il vot. Tant kemm ġab voti Joseph Muscat li ħadd mill-bqija tal-kandidati tal-Partit Laburista ma qabeż it-800 vot fl-ewwel għadd. Dan minkejja li fis-snin li għaddew, irnexxielhom jiksbu mijiet ta' voti fl-ewwel għadd u anke jaqbżu sew l-1,000 vot. Fil-fatt, ħafna mill-kandidati lanqas irnexxielhom jiksbu l-kwota. Joe Mizzi, fl-ewwel għadd kiseb 755 vot u kien elett fit-tieni għadd wara li wiret ħafna mill-voti ta' Muscat. Fil-fatt Mizzi kien imbagħad elett b'4,346 vot. Helena Dalli fl-ewwel għadd kisbet 441 vot u kienet eletta fil-15-il għadd bi 3,150 vot. Stefan Buontempo naqqas drastikament il-voti. Fl-ewwel għadd kiseb 386 vot u kien elett fi-l5-il għadd b'2,989 vot. Eventwalment, Lawrence Gonzi kien ċeda postu f 'dan id-distrett u wara l-elezzjoni każwali kien elett Stephen Spiteri. Anke Joseph Muscat, issa Prim Ministru, kien ċeda s-siġġu tiegħu f 'dan id-distrett u fl-elezzjoni każwali kien ġie elett Chris Agius. F'din is-sena, il-Partit Laburista kellu ħdax-il kandidat u l-Partit Nazzjonalista erba' kandidati biss. Għal darb'oħra, il-Partit Nazzjonalista spiċċa biss b'kandidat wieħed minn dan id- distrett. 2013: Joseph jiġri b'kulħadd u l-PN itella' biss kandidat wieħed 2017: Il-Partit Nazzjonalista jibqa' b'siġġu wieħed minkejja rekord ta' kandidati fit-tieni distrett L-aktar kandidati b'saħħithom tat-tieni distrett fl-aħħar erba' elezzjonijiet ġenerali PN PL 27.75% 71.04% PN PL 27.75% 71.22%