Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1426469
26 oroskopju IL-ĦADD 7 TA' NOVEMBRU 2021 It-Tielet ġimgħa fiż-żodjaku ta' Scorpio Mill-Ħadd 7 ta' Novembru sas-Sibt 13 ta' Novembru Aquarius mill-20 ta' Jannar sat-18 ta' Frar F'din it-tielet ġimgħa fiż-żodjaku ta' Scorpio għalik Aquarius ser jagħmlek tgħaraf aktar dwar pjanijiet li għal dawn il-ġimgħat int ħallejt fuq l-ixkaffa. Hekk li issa wasal iż-żmien li tibda' twettaq xi wħud minnhom, parir li int ser tieħu jaf ibbiddillek il-fehma għal ċertu twettieq li int kont bil- ħsieb li twettaq. Kuluri favoriti ma' Aquarius huma l-griż u l-abjad. Dati ideali għalik huma: 7 , 9 u 13. Namaste Pisces mid-19 ta' Frar sal-20 ta' Marzu F'din it-tielet ġimgħa fiż-żodjaku ta' Scorpio għalik Pisces ser tgħaraf kemm il- pożizzjoni tiegħek finanzjara qegħda titjieb. Għalhekk issa huwa l-mument ideali li tagħraf tagħmel forma ta' pjan sabiex tibda timmaniġja l-infieq tiegħek b'mod aktar ibbilanċjat u dan sabiex ma terġax tesperjenza dak li esperjenzajt fil-passat. Kuluri favoriti ma' Pisces huma l-aħdar, l-oranġjo u l-isfar. Dati ideali għalik huma: 8 , 10 u 11. Namaste Aries mill-21 ta' Marzu sat-19 ta' April F'din it-tielet ġimgħa fiż-żodjaku ta' Scorpio għalik Aries ser ikun ta' tħejjija f 'dak li int hemm bżon twettaq. Wasal iż-żmien li int tibda' tanaliżża aktar is- sitwazzjonijiet kollha ta' madwarek mingħajr ma ddaħħal lil ħadd bħala parir sabiex dak li int twettaq ikun biss ta' sodisfazzjon personali tiegħek. Kuluri favoriti ma' Aries huma l-kannella u l-abjad. Dati ideali għalik huma : 9 , 12 u 13. Namaste Taurus mill-20 ta' April sal-20 ta' Mejju F'din it-tielet ġimgħa fiż-żodjaku ta' Scorpio għalik Taurus ser ikun mument ta' opportunita' f 'dak li int tant ilek taħdem għalih iżda din l-opportunita' trid xorta waħda tagħmel analiżi profonda qabel tieħu ċertu deċiżjonijiet sabiex b'hekk int tkun żgur f 'dak li issa int trid tibda twettaq. Kuluri favoriti ma' Taurus huma l-isfar u l-vjola. Dati ideali għalik huma : 8 , 10 u 13. Namaste Gemini mill-21 ta' Mejju sal- 20 ta' Ġunju F'din it-tielet ġimgħa fiż-żodjaku ta' Scorpio għalik Gemini ser ikun mument ta' għarfien f 'dak il-proċess li bħalissa għaddej madwarek. Dan jaf joħloq pressjoni madwarek u minħabba f 'hekk jaqbel li int tibda' tqassam il-ħin bejn il- ħidma tiegħek u l-ħin ta' mistrieħ. Il-bilanċ huwa meħtieġ sabiex int tkattar dak li hemm. Kuluri favoriti ma' Gemini huma l-oranġio u l-isfar. Dati ideali għalik huma: 7 , 9 u 13. Namaste Cancer mill-21 ta' Ġunju sat- 22 ta' Lulju F'din it-tielet ġimgħa fiż- żodjaku ta' Scorpio għalik Cancer huwa l-waqt li tgħaraf tilqa' xi suġġerimenti li ser ikunu resqin lejk. Ipprova twebbisx rasek għax dawn is-suġġerimenti jafu jkunu għalik dik il-bidla bżonjuża kemm għal dak li hemm riesaq lejk għalik u kemm sabiex int tibda timxi u tħossok aħjar. Kuluri favoriti ma' Cancer huma l-vjola u l-abjad. Dati ideali għalik huma : 7 , 8 u 12. Namaste Leo mit-23 ta' Lulju sat-22 ta' Awwissu F'din it-tielet ġimgħa fiż- żodjaku ta' Scorpio għalik Leo ser ikun mument opportun li int tiltaqgħa ma' persuna u li magħha ser tgħaraf b'opportunita'. Iżda int trid tgħaraf is-saġrfiċju li trid tagħmel sabiex int tkun tista' twettaq din l-opportunita' li ġiet offruta lilek. Trid tgħaraf ukoll kif issa trid tagħmel analiżi profonda ta' din l-opportunita' biex b'hekk dan żgur jirriżulta f 'success. Kuluri favorit ma' Leo huma l-aħmar u l-isfar. Dati ideali għalik huma : 8 , 10 u 12. Namaste Virgo mit-23 ta' Awwissu sat- 22 ta' Settembru F'din it-tielet ġimgħa fiż-żodjaku ta' Scorpio għalik Virgo ser ikun mument ta' rifflessjoni profonda dwar il-pożizzjoni tiegħek fil- karriera. Dan ser issir tafu aktar fil-ġimgħat li ġejjin, iżda sa dan it-tant int ser tkun tista' tanalizza aktar dak kollu li jkun għaddej fil-madwar u hekk tagħmel analiżi b'aktar b'reqqa dwar dak li hemm meħtieġ jitwettaq. Kuluri favoriti ma' Virgo huma l-blu u roża. Dati ideali għalik huma: 7 , 11 u 13. Namaste Libra mit-23 ta' Settembru sat- 22 ta' Ottubru F'din it-tielet ġimgħa fiż-żodjaku ta' Scorpio għalik Libra ser jagħmlek tgħaraf li kollox għandu l-ħin u l-waqt tiegħu. Iżda l-fażi li int qiegħed tesperjenza bħalissa ser toħroġ minnha basta tgħaraf timxi b'moħħok sabiex b'hekk int issaħħaħ aktar l-abbilta' u ħiltek li int tant għandek bżonn għal dak li hemm riesaq lejk. Kuluri favoriti ma' Libra huma l-oranġjo u lewn id-deheb. Dati ideali għalik huma : 9 , 12 u 13. Namaste Scorpio mit-23 ta' Ottubru sal- 21 ta' Novembru F'din it-tielet ġimgħa fiż-żodjaku ta' Scorpio għalik l-istess Scorpio ser iwasslek sabiex int tibda' tippjana aħjar għal dak il-pjan li int għandek f 'moħħok. Persuna li kont ilek ma tiltaqgħa magħha ser tittfaċċa u din taf tagħtik forma ta' parir li jaf jikkombina tajjeb ma' dak li int tkun qiegħed tippjana. Għalhekk issa tajjeb li tgħaraf tanalizza sew. ,Kuluri favoriti ma' Scorpio huma l-griż u l-kannella. Dati ideali għalik huma : 8 , 10 u 12. Namaste Sagittarius mit-22 ta' Novembru sal-21 ta' Diċembru F'din it-tielet ġimgħa fiż-żodjaku ta' Scorpio għalik Sagittarius ser ikun il-mument deċiż dwar il-bidla li hemm quddiemek. Għalhekk huwa mportanti li issa toħroġ b'dik id-determinazzjoni kollha tiegħek possibili sabiex il-qagħda ta' madwarek tkun waħda ta' stabbilta' lejn il-futur tiegħek. Kuluri favoriti ma' Sagittarius huma l-isfar u l-oranġjo. Dati ideali għalik huma : 7 , 9 u 13. Namaste Capricorn mit-22 ta' Diċembru sad-19 ta' Jannar F'din it-tielet ġimgħa fiż-żodjaku ta' Scorpio għalik Capricorn ser jagħmlek persuna aktar matura u dixxiplinata. Dan ser iservi sabiex int ser tintaqa ma' persuni ġodda bil-probbabilita' ta' idejat u pjanijiet ġodda. Issa trid tgħaraf li tkun imħejji sew sabiex jaraw fik stabbilta' u kapaċita. Kuluri favoriti ma' Capricorn huma l-aħmar u l-vjola.Dati ideali għal huma : 9 ,11 u 13. Namaste L-ewwel Premju: Voucher bi skont fuq il- pubblikazzjonijiet kollha ta' PaulJon, flimkien mal- Kalendarju Żodjaku 2020. It-tieni Premju: Voucher bi skont fuq trattament tas-sbuħija, mogħti minn Angels and Crystals Beauty Wellness Salon Marsascala, flimkien ma' tifkira tal-Kalendarju Żodjaku 2020. L-ewwel premju ntrebaħ minn: Mary Grima mir-Raħal Ġdid It-tieni premju ntrebaħ minn: Doris Sammut mill-Imsida Mistoqsija sempliċi ta' din il-ġimgħa hi: Semmi żodjaku li ser ikun qed jibbenifika mill-Qamar Kwinta taż-żod- jaku ta' Scorpio? Ibgħat it-tweġiba postali tiegħek lill: Kompetizzjoni "ILLUM", Po Box 27, Paola. IŻ-ŻODJAKU TA' SCORPIO U L-QMURA Il-Qmura fit-tmien żodjaku ta' Scorpio huma New Moon li esperjenzjana nhar il-Ħamis 4 ta' Novembru waqt li nesperjenzaw il-Qamar Kwinta nhar il-Ġimgħa 19 ta' Novembru. Żgur li min iħobb issegwi l-qmura ser jagħraf kemm dawn iż-żewġ qmura taż-żodjaku ta' Scorpio ser ikunu qed iwasslulna aspettativi pożittivi. In-New Moon offrilna aktar organiżazzjoni profonda kemm fil-karriera kif ukoll fid-djar tagħna kif ukoll ħeġġa għal aktar motivazzjoni sabiex tgħaraf tara sew il- madwar tiegħek, ser jesperjenzaw l-istess sitwazzjoni ż-żodjaki ta' Taurus, Cancer, Virgo, Sagittarius u Gemini. Waqt li fil-Qamar kwinta ser nesperjenzaw l-għarfien u l-aspirazzjoni lejn dawk id- deċiżjonijiet għad-direzzjonijiet li ser ikun bżonn inwettqu, ser ikunu qed jesperjenzaw l-istess esperjenzi ż-żodjaki ta' Aquarius, Pisces, Aries, Leo, Libra u Capricorn. Namaste KOMPETIZZJONI MA' PAULJON