Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1426469
25 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 7 TA' NOVEMBRU 2021 Spazjali Nazzjonali ta' Malta Attwali tal-SPED ibbażata fuq indikaturi li jiffokaw (iżda mhux esklussivament) fuq spazji tal-art approvati għall- użu fiż-żoni urbani, rurali u kostali ta' Malta. Il- verifika se tiddetermina jekk l-iżviluppi approvati jaqblux mal-Pjan Spazjali tal-SPED, u se jgħin ukoll fl-identifikazzjoni ta' kwistjonijiet li jwasslu għal reviżjoni tal-pjan. 5. Reviżjoni tal-Policies Settorjali tal-Gvern biex ikun żgurat li d-diversi setturi u policies nazzjonali jiġu integrati u tradotti fl-Istrateġija Spazjali l-ġdida. 6. Studju dwar il-Kapaċità tal-Iżvilupp biex jiġu identifikati spazji madwar il-Gżejjer Maltin fejn jista' jsir żvilupp fil-futur. L-għan huwa li jkun hemm ftehim ċar dwar l-użu attwali tal-art u l-kapaċità disponibbli. Din l-informazzjoni mbagħad tiġi analizzata fil-kuntest tal-bżonn għall-impjiegi u l-akkomodazzjoni proġettati fl-istudji l-oħra. 7. Dokument tal- Kwistjonijiet li ser jiġbor il-kwistjonijiet ewlenin u l-konklużjonijiet li joħorġu mis-sitt studji l-oħra. "Dawn l-istudji se jgħinuna nantiċipaw l-użu attwali tal- art f 'Malta, sabiex imbagħad inkunu nistgħu nistabbilixxu xenarji futuri biex nippjanaw, kif ukoll nimmaniġġjaw ir-riżorsi limitati tal-art u tal-baħar tagħna b'mod sostenibbli u integrat. Iżda l-proċess jinvolvi ħafna ħin u riżorsi," jirrimarka l-Perit Borg. Sal-lum, ġew stabbiliti Termini ta' Referenzi għal kull studju, u l-istudji kollha bdew. Ir-reviżjoni kollha qed timxi ma' skeda stabbilita li ser tikkoinċidi mal- konklużjoni tad-Dokument tal- Kwistjonijiet u l-formulazzjoni ta' xenarji ta' tkabbir strateġiku futur. Speċifikament, l-Istudju dwar il-Kapaċità ta' Żvilupp huwa ta' prijorità ewlenija peress li se jinforma l-istudji l-oħra f 'termini ta' disponibbiltà ta' spazju meħtieġ għat-tkabbir soċjali u ekonomiku fil-futur. "Dan l-istadju ta' riċerka huwa essenzjali, iżda l-aktar element importanti tar-reviżjoni tal-SPED għad irid jiġi – u din hija l-fażi ta' konsultazzjoni pubblika," jafferma l-Perit Borg fir-rimarki tal-għeluq tiegħu. "Ladarba jitlestew, se nippubblikaw l-istudji u nistiednu lill-pubbliku biex jipparteċipa b'mod attiv fil- proċess ta' Reviżjoni permezz ta' kontribuzzjonijiet u suġġerimenti qabel ma nibdew bil-formulazzjoni tal-Istrateġija Spazjali l-ġdida. Peress li dan huwa dokument strateġiku ta' livell għoli, ma nistgħux nilqgħu kwistjonijiet fuq siti speċifiċi, bħal fil-każ ta' siti li jiġu allokati għall-iżvilupp. Iżda l-Istrateġija l-ġdida eventwalment se tipprovdi d-direzzjoni għall- policies t'ippjanar u t-teħid ta' deċiżjonijiet mill-Awtoritá fil-futur, għalhekk inħeġġu lil kulħadd biex jinvolvi ruħu fil- konsultazzjoni pubblika s-sena d-dieħla." "Nittamaw li jkun hemm diskussjoni b'saħħitha, iffukata fuq il-bżonnijiet tagħna u viżjoni g ħ a l l - f u t u r t a l - G ż e j j e r Maltin – waħda li t i g g a r a nt i x x i l - b e n e s s e r i tagħna u t r a w w e m l-ambjent tagħna, filwaqt li tiżgura t-tkabbir ekonomiku meħtieġ." Għal aktar informazzjoni dwar ir-reviżjoni tal-Pjan Strateġiku ta' Malta għall- Ambjent u l-Iżvilupp, żur www. pa.org.mt. Il- Perit Christopher Borg - id-Direttur tal-Ippjanar tal-PA