Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1426469
05 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 7 TA" NOVEMBRU 2021 George Hyzler Mela n-nies jirrealizzaw li hemm kritika kostruttiva, imma hemm imbagħad kritika li ssir biex tkisser lill-Ministru jew lill-Kap Eżekuttiv tal-Infrastucture Malta." 'Meta tagħmel dak li ilu snin twal biex isir tirfes il-kallijiet' U la semmejna l-proġett tas- Central Link li mistenni jiaħ uffiċjalment aktar tard dan ix- xahar, il-gazzetta ILLUM tistaqsi x'differenza reali qed jara li se jagħmel dan il-proġett. Il-Ministru jgħid li d-differenza bdew jarawha n-nies. "Kien hemm żmien minn Monte Carmeli sakemm tiġi għal fejn iddur lejn San Anton kont iddum nofs siegħa," Huwa ammetta li minkejja dan meta n-nies jaslu l-Imrieħel jew il-mini ta' Santa Venera xorta qed jeħlu u għalhekk sostna li hemm bżonn li jkun determinat x'se jsir f 'dawn l-inħawi. "Imma s-Central Link qed iqassar il-ħin għal eluf ta' nies li jgħixu fl-inħawi u jnaqqas it-tniġġis għan-nies ta' Ħ'Attard, Ħal Balzan u aktar ... u mela l-proġett sar biex ninżel jiena ngħaġġel (Ian Borg minn Ħad Dingli) kif qal il-PN!" Huwa qal li l-proġett tas- Central Link kien ilu jiġi diskuss u ppjanat minn meta kien Prim Ministru George Borg Olivier u qatt ma sar. "Issa jiena rrid nagħmel dak li suppost sar u meta tagħmel dan naturalment se tirfes il-kallijiet u se jkun hemm min jattakkak, min b'mod dirett u min jagħmel dan bl-iskuża tas-siġar u l-bdiewa," sostna l-Ministru Ian Borg. U la semma l-Imrieħel. Il- Gvern qiegħed jikkunsidra jew le il-proposta tal-Kunsill Lokali ta' Ħal Qormi għall-Imrieħel, bi proposta ta' underpass bħal dik li fil-fatt għadha kif saret f 'Santa Luċija. Huwa ddeskriva dik tal-Kunsill bħala "proposta sabiħa" u li l-Gvern qed jistudja. "Imma jekk tistaqsini hemmx bżonn isir xi ħaġa fl-Imrieħel - li qed dejjem jikber b'uffiċini, fabbriki u stabbilimenti kummerċjali - ngħidlek staqsi lin- nies," qal Borg. Huwa temm ifakkar fuq dan il-punt li hemm l-Awtorità tal-Ippjanar li hija l-awtorità kompetenti fuq għażla ta' liema mudell jintgħażel biex isir dan il-proġett, "u tiddeċiedi hi liema mudell tippreferi." MARIANNA CALLEJA Is-seduta bejn il-PAC u Konrad Mizzi kienet ta' diżżapunt kbir sakemm m'intiex xi wieħed li togħxa tara argument jaħraq. Kien għalhekk li l-gazzetta ILLUM ħasset li kellha titkellem ma' żewġ membri tal-Kumitat, id- Deputat Nazzjonalista Karol Aquilina u l-Whip tal- Partit Laburista Glenn Bedingfield, biex tiċċarra xi punti. 'Konrad Mizzi jista' jipprova jevita iżda ma jistax jaħrab mill-mistoqsijiet tagħna' – Karol Aquilina Il-gazzetta bdiet bid-Deputat Nazzjonalist Karol Aquilina, li fl-aħħar snin flimkien ma ħuh kien il-wiċċ tal-protesti li saru kontra "l-qarnita ta' koruzzjoni f 'Kastilja." Aquilina qal lill-gazzetta ILLUM li "Konrad Mizzi jista' jipprova jevita iżda ma jistax jaħrab mill-mistoqsijiet tagħna". Ironikament pero' Aquilina għamel eżatti dan mal-gazzetta għax ħarab il-mistoqsijiet li l-ILLUM għamlitlu. Il-mistoqsijiet tal-gazzetta għal Karol Aquilina kienu dawn: 1. Tħossu li f 'xi drabi dħaltu wisq f 'battibekki partiġġjani, meta xogħlkom kien li tistaqsu l-mistoqijiet? 2. Konrad Mizzi għal siegħa sħiħa spjega għaliex jaħseb li dan il-proġett kien bżonnjuż. Inti kif tirreaġixxi għal dan? Taħseb li l-proġett għall-qalba tal-gass kien ħażin? 3. Għandkom fiduċja f 'Mizzi li jirritorna għal laqgħa oħra mal-Kumitat? 4. Jekk jiġi, u jerġa' jagħmel siegħa oħra ta' stqarrija, x'se tkun il-pożizzjoni tagħkom? Teskludu li toħorġu 'l barra mil-laqgħa? Fir-risposta tiegħu minflok Aquilina semma kif "wara aktar minn xahar jirriuta li jidher quddiem il-PAC, Konrad Mizzi aġixxa b'mod isteriku quddiemhom." Sostna wkoll li bl-għajjat u t-tgħajjir ta' Mizzi, intwera biċ-ċar kemm jinstab b'dahru mal-ħajt. Dan waqt li ddeskriva l-eloġju ta' Mizzi bħala "xejn ħlief eżerċizzju ta' aħir lejh innifsu u miżgħuda b'nofs veritajiet u gideb." Aquilina fakkar li l-Interconnector kien proġett tal-PN fil-Gvern u minn hawn dawwar id-diskors fuq Konrad Mizzi u l-korruzzjoni. Id-Deputat Nazzjonalista qal b'diżapunt li Konrad Mizzi naqas milli jagħti spjegazzjoni dwar il-maħfra ta' €40 miljun f 'taxxa tas-sisa lill- Electrogas u dwar għalfejn poġġa f 'riskju kbir l-ekonomija ta' Malta, "meta ġiegħel lill-Gvern jagħti garazija bankarja fuq self ta' €360 miljun lill- Electrogas." Temm jgħid li huma ser jibqgħu jinsistu li Konrad Mizzi jibqa' jidher quddiem il-Kumitat u jwieġeb għall-mistoqsijiet tagħhom u tal-poplu Malti u Għawdxi dwar "l-ikbar monument tal- korruzzjoni: il-proġett tal-power station tal- Electrogas." 'Il-membri tal-Grupp Parlamentari Laburista semgħu lix-xhieda u resqu d-domandi meħtieġa biex ir-rapport ikun analizzat bl-aqwa mod' – Glenn Bedingfield Il-Whip Laburista Glenn Bedingfield, li kien it-tieni persuna li l-gazzetta ILLUM kellmet, ukoll kien xott fir-risposta tiegħu. Bħal ta' qablu, Bedingfield injora l-mistoqsijiet. Il-mistoqsijiet li l-gazzetta ILLUM għamlet lil Bedingfield huma dawn: 1. Ma taħsibx li ma kontux iebsin biżejjed ma' Mizzi fid-dawl tal-akkużi kollha li saru fl-aħħar snin? Qed tiġu akkużati li qed tiddefenduh. Qed tiddefenduh jew le? 2. Rajna li l-oppożizzjoni ħadu għalihom għax Konrad Mizzi skont huma "daħak bil-Kumitat" u dam biex tfaċċa quddiemkom. Xi drabi anke għamel wegħdiet foloz fuq il-midja soċjali li se jkun hemm imbagħad ma ġiex. X'inhi r-reazzjoni tagħkom dwar dan? Tħossu inthom ukoll li Mizzi daħak bikom? 3. Minkejja li l-proġett għal qalba tal-gass kienet deċiżjoni tajba, ma taħsibx li l-proġett innifsu qed jiġi wisq assoċċjat mal-koruzzjoni? Huwa sostna li l-membri tal-Grupp Parlamentari Laburista għamlu xogħolhom sew hekk kif "semgħu lix-xhieda u resqu d-domandi meħtieġa biex ir-rapport ikun analizzat bl-aqwa mod u b'mod li jirrispetta l-istituzzjoni parlamentari." Glenn Bedingfield żied jgħid li fil-kumitat ta' nhar l-Erbgħa huwa intervjena għal iktar minn darba bil-għan li l-kumitat jaħdem b'iktar ordni u jkun jista' jkompli bix-xogħol tiegħu. Kompla billi fakkar lil din il-gazzetta li l-Kumitat dejjem qal li x-xhud għandu jattendi għal-laqgħat tal-kumitat. Fakkar ukoll li l-kumitat resaq mozzjoni li magħha qablu ż-żewġ naħat tal-kamra. Bedingfield temm ir-risposta tiegħu billi ddefenda l-proġett tal-Electrogas u billi jistieden lill-gazzetta taqra r-rapport tal-Awditur Ġenerali għal aktar informazzjoni. Wara l-aħħar seduta taħraq tal-PAC: Żewġ membri tal-Kumitat jaħarbu l-mistoqsijiet tal-ILLUM Matul din il-ġimgħa, wara stennija twila, seħħet dik li kellha tkun seduta tal-Kumitat tal-kontijiet Pubbliċi (PAC), bl-eks Ministru Konrad Mizzi jwieġeb il-mistoqsijiet u l-akkużi kontrih