Illum previous editions

ILLUM 7 November 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1426469

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 27

04 aħbarijiet IL-ĦADD 7 TA' NOVEMBRU 2021 • illum Borg iwieġeb għall- kritika: 'Min ma jagħmel xejn, qatt ma jiġi kkritikat li huwa romblu' Il-Ministru Ian Borg jgħid Malta konna drajna b'Ministri jparlaw, jistudjaw u qatt ma jagħmlu xejn u li meta tagħmel toroq li suppost messhom ilhom li saru "se tirfes fuq il-kallijiet" ABERT GAUCI CUNNINGHAM Jiġi akkużat illi huwa arroganti u bully, speċjalment minn ħafna ambjentalisti u bdiewa li fl-aħħar snin kellhom l-art jew parti minnha meħuda għat-tkabbir ta' triq. Imma mhux vera arroganza li tqum filgħodu u ssib gaffa fuq art li qed taħdem? Mhux arroganza li Infrastructure Malta tibda xogħlijiet fuq toroq li lanqas biss ikun għad hemm permssi għalihom? Mal-gazzetta ILLUM il- Ministru għat-Trasport u Infrastruttura Ian Borg jisħaq li f 'dan il-pajjiż konna drajna, "li jiġi Ministru jgħid ara se nagħmlu l-Kappara Junction u jqumu n-nies u jgħidu li ma jaqblux, imbagħad jiġi Ministru ieħor u joffri pjanti oħra u nerġgħu neħlu u jiġi ieħor u ieħor u jgħaddu x-xhur u s-snin fuq is-snin - ġieli 25 sena - u l-proġett jibqa' ma jsirx." "Min ma jagħmel xejn ma jiġix akkużat illi huwa romblu," sostna Borg ma' din il-gazzetta filwaqt li qal li ċerti Ministri ta' Gvern preċedenti ma kinux jiġu kkritikati għax il-proġetti ma għamluhomx. "Ħafna pjanti u konto-pjanti u nistudjaw u ma jsir assolutament xejn," saħaq Borg. Huwa ammetta iżda li dan ma jfissirx illi wieħed jista' jmur l-estrem l-ieħor, għalkemm saħaq li "hawn tendenza wkoll li jekk il-Gvern ma jagħtikx raġun mela awtomatikament huwa arroganti." Borg sostna li l-Gvern preżenti qatt ma mar lilhinn mil-linji tal- Pjani Lokali u allura saħaq li kull min kellha titteħidlu l-art kien jaf li se tgħaddi triq minn dik l-art. 'Taf x'jgħiduli n-nies? Meta ser issir t-triq tiegħi!' Kritika oħra li qed jaqla' l-Ministru bħalissa hija dwar it-traffiku, speċjalment lejn il- Marsa. Mela nfaqna dawk il-flus kollha għal proġett, il-Gvern ta l-impressjoni li t-traffiku f 'din iż-żona solvut u xorta hemm it- traffiku. 'Dan mhux daħk fil-wiċċ allura?' tistaqsi l-gazzetta ILLUM lill-Ministru. Huwa jibda billi jgħid li l-proġetti infrastrutturali huma biss parti waħda mis- soluzzjonijiet li għandu bżonn il- pajjiż. "L-ewwelnett inti għandek dejjem aktar karozzi fit-toroq, speċjalment hekk kif l-ekonomija reġgħet sejra lura għal li kienet qabel il-pandemija," beda jispjega l-Ministru Borg. Huwa qal li huwa importanti li l-Gvern jibqa' jinvesti f 'toroq ġodda, junctions, flyovers u aktar anke biex ikompli jsolvi numru ta' bottlenecks fit- toroq, filwaqt li għamel aċċenn ukoll fuq it-trasport pubbliku u trasport fuq il-baħar aktar estiż. "Pero' jibqa' fatt li qatt daqs illum ma kellek nies li qed jiċċaqalqu minn post għall-ieħor bil-vetturi tagħhom," jgħid Borg. Huwa qal li huwa minnu li minħabba dawk li sejjaħ "spillovers" minn żoni oħrajn f 'xi ħinijiet qed ikun hemm it-traffiku fil-Marsa, iżda fakkar li l-proġett kien dan il-Gvern li għamlu realtà "wara snin ta' paroli u wegħdi." Huwa qal ukoll li dan il-Gvern għamel 709 toroq li jirrimarka kif minn dawn l-Oppożizzjoni ssemmi żewġ toroq biss li kellhom jinqalgħu mill-ġdid. "In-nies taf x'jgħiduli? Mhux tagħmlux toroq, imma meta ser issir it-triq tiegħi." Huwa qal li fl-aħħar tliet snin ġew investiti €400 miljun f 'toroq - €100 miljun aktar minn dak li kien qed ikun proġettat. Fakkar li għaddej ix-xogħol tat-toroq viċin l-ajruport u l-proġett ukoll tal-Imsida, li għad irid jibda u li jiswew "għexieren ta' miljuni ta' ewro." '70,000 diġà qed jużaw trasport pubbliku b'xejn' Il-gazzetta ILLUM tfakkar lill-Ministru Borg li ras għal ras Malta għandha fost l-ogħla rati ta' karozzi u allura hija diffiċli jekk mhux kważi impossibbli li wieħed isolvi l-problema tat-traffiku! X'se jagħmel il-Gvern? Se jdaħħal taxxi fuq l-użu tal-karozzi, bħal ma sar f 'pajjiżi oħrajn? Borg saħaq illi l-Gvern għadu jemmen li aktar milli jiddiżinċentiva, irid jinċentiva l-użu ta' trasport alternattiv bħal trasport pubbliku. "Għalhekk ħabbarna trasport pubbliku b'xejn, għajnuniet lil min irid jixtri trasport alternattiv..." Il-gazzetta twaqqfu u tfakkru li l-prezz tat-trasport pubbliku (75ċ għal sagħtejn b'tallinja card) qatt ma kien il-problema li twaqqaf lill-pubbliku milli jużah. Għal dan Borg sostna li din mhux Malta qed tagħmilha l-ewwel darba u lanqas qed issir l-ewwel darba f 'Malta hekk kif madwar 70,000 persuna diġà qed jużaw it-trasport pubbliku mingħajr ħlas - żgħażagħ, studenti, anzjani u persuni b'diżabilità. Borg qal li dan ma jfissirx li kull min hu żagħżugħ qed juża t-trapsort pubbliku u l-istess għax se jkun b'xejn ma jfissirx li kulħadd se jħalli l-karozza biex jaqbad tal-linja. Ikompli jgħid li b'din l-miżura l-ewwelnett se jingħata apprezzament permezz ta' aktar minn €300 fil-but fis- sena lil dawk li diġà jużaw it- trasport pubbliku "u dan sabiex inżommu lill-passiġġiera kurrenti għax ma ninsewx li meta saru riformi oħrajn bħal tal-Arriva l-passiġġiera ġew imgerrxa." Huwa qal li mbagħad hemm faxxa ta' nies li kieku t-trasport pubbliku jkun b'xejn jużawh u huwa għal din il-faxxa li l-Gvern qed jaħdem jgħid il-Ministru Ian Borg. "Issa sa Ottubru tas-sena d-dieħla rridu nistudjaw jekk hemmx bżonn aktar karozzi tal- linja, jekk u fejn hemm bżonn inżidu r-rotot u aġġustamenti oħrajn." Imma kif se jużaw aktar tal-linja n-nies jekk ma hemmx kareġġjati ta' priorità għat-trasport pubbilku? Huwa qal illi fil-proġett tal- Marsa, per eżempju, saru priority lanes u fejn huwa possibbli dawn il-kareġġjati jsiru imma fakkar li mhux kullimkien jistgħu jsiru tali kareġġjati. "Għax imbgaħad xi kultant l-istess nies li jgħiduli għamel il-Bus Lane, jgħiduli li qed nieħu l-art biex inkabbar it- toroq." 'In-nies joqgħodu fuq dak li jaraw, mhux fuq l-istatuses ta' Facebook' Borg jgħid li minkejja l-kritika li qalgħet numru ta' siġar, Infrastructure Malta "hija l-aktar entità li ħawlet siġar u mhux biss, sar kuntratt ta' ħames snin li jekk tfalli siġra din trid tinbidel." Huwa qal li n-nies ma joqgħodux fuq l-istatuses ta' Facebook imma fuq dak li tara b'għajnejha u kien hawn li sostna illi meta n-nies qed jgħaddu mis- Central Link "qed jindunaw li dawk is-siġar li intrabtu magħhom ma tneħħewx, li dawk is-siġar inti u tiela' l-Imdina hemm għadhom.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 7 November 2021