Illum previous editions

ILLUM 7 November 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1426469

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 27

03 illum • IL-ĦADD 7 TA' NOVEMBRU 2021 aħbarijiet Favuri mal-gwardjani u l-priġunieri biex Dalli jidher sabiħ wara l-istejjer tal-gazzetta ILLUM YENDRICK CIOFFI Aktar gwardjani li għadhom sal-lum jaħdmu l-ħabs ressqu 'l quddiem biex jitkellmu mal- ILLUM wara li għal dawn l-aħħar ġimgħat, il-gazzetta rrapportat dwar dak li qed jiġri wara l-bibien magħluqa tal-Faċilità Korrettiva ta' Kordin. Dawn il-gwardjani u anke sorsi oħra qalu mal-gazzetta ILLUM li bħalissa għaddejin diversi "manuvri" fil-ħabs biex id-Direttur Alex Dalli u anke dawk ta' madwaru jidhru sbieħ kemm ma' gwardjani u anke ma' priġunieri. Dan fid-dawl tal-fatt li Alex Dalli fetaħ libell lil din il-gazzetta u anke lill-eks gwardjan tal-ħabs Emmanuel Cassar li tkellem magħha u anke wara li bħal-lum ġimgħa, l-ILLUM irrapportat kif il-Pulizija qed tinvestiga l-akkużi ta' Cassar, jiġifieri li Dalli, allegatament, ġieli uża l-arma tan- nar li jżomm fuqu biex jhedded priġunieri. Fil-fatt, skont sorsi li tkellmu mal- gazzetta ILLUM, il-Pulizija, inkluż il-Kummissarju Angelo Gafà, sejħu għal xi persuni biex ikellmuhom. Is-sorsi li tkellmu mal-ILLUM qalu li Dalli qed jipprova jidher sabiħ ma' gwardjani u anke ma' priġunieri billi jagħtihom "iċ- ċejċa." Fi kliemhom, dawn "il- manuvri" bdew fl-aħħar ġimgħat iżda saru aktar evidenti fl-aħħar jiem. Insistew li t-tir huwa wieħed, jiġifieri biex dawn jaqbżu għalih f 'każ li jkun hemm bżonn. Semmew minn promozzjonijiet għall-gwardjani sa visti żejda u xogħlijiet għall-priġunieri biex fl- aħħar tax-xahar jingħataw it aktar flus mis-soltu. "Hu makkak. Jaf minn fejn għadu jgħaddi. Mhuwiex injorant," qalilna wieħed mill-gwardjani li tkellem mal-gazzetta ILLUM. "Għajjejt u ddejjaqt! Allaħares ma tkunx ftit b'saħħtek" Intant, gwardjani komplew jaqsmu magħna dak li raw u dak li qed jgħaddu minnu, sempliċiment għax (dejjem fi kliemhom) mhumiex tal-istess "klikka" ta' Alex Dalli u t-tmexxija tiegħu. Gwardjan partikolari, li talab li jiltaqa' mal-ILLUM din il-ġimgħa, ukoll spiċċa jaħdem f 'diviżjoni 'l barra mill-Faċilità Korrettiva ta' Kordin. Fi kliemu, tawh dan it- transfer wara ħafna bsaten fir-roti u biex ma jkunx jaf x'inhu għaddej fil-ħabs. Fi kliemu, anke meta kien stazzjonat f 'Kordin ma kienx jitħalla jidħol f 'ċertu diviżjonijiet u mhux l-ewwel darba lanqas li tqabbad jagħmel xogħol li mhuwiex tiegħu, bħal jaħsel it-toilets tal- priġunieri. "Għajjejt! Iddejjaqt! Ikissrek! Allaħares ma tkunx it b'saħħtek għax tiġġennen," qalilna waqt li rrakkontalna dak kollu li għadda minnu. Dawn id-dettalji, l-ILLUM qed tħallihom barra biex ma tikxifx l-identità tas-sors. Iżda l-ILLUM tistaqsi lil dan il- gwardjan u anke gwardjani oħra li lmentaw dwar is-sitwazzjoni tagħhom, għaliex ma jitilqux dan ix-xogħol u jsibu xi ħaġa oħra. "Jiena għomri u żmieni naħdem il-ħabs. X'nagħmel? Nitlef dawn is- snin kollha servizz?," staqsiena. 'Kulħadd semgħu jgħid li se jagħmel suwiċidju' L-istess gwardjan insista li għal min mhuwiex tal-qalba, kemm jekk gwardjani u anke jekk priġunieri, il-ħajja tagħhom f 'Kordin hija "infern." Irrakkontalna kif wieħed mill- priġunieri li għamel suwiċidju fl- aħħar xhur, mar fuqu stess jgħidlu li ma jiflaħx aktar. "Jiena ma stajt nagħmel xejn. Smajtu jgħajjat: 'se tisimgħu bija,' jiġifieri 'se nagħmel suwiċidju.' Smajtu jien, semgħuh priġunieri u semgħuh gwardjani oħra," qalilna. 'Kiesaħ kemm hu kiesaħ priġunier, ħadd ma ħaqqu jkun itrattat ta' żibel' Fi kliemu, għamel x'għamel priġunier u kiesaħ kemm hu kiesaħ, ħadd ma ħaqqu dak it-trattament. "Ħadd ma ħaqqu jkun trattat ta' żibel. Dawn in-nies għajnuna għandhom bżonn," insista. 'Dalli għamel tajjeb imma l-estrem ħażin' Iżda mhux kollox ħażin. L-istess gwardjani qalu li Alex Dalli għamel affarijiet tajbin u saħħaħ ukoll is- sigurtà fil-ħabs u huwa minnu li qata' d-droga. "Kien hemm żmien fejn biex inkellmu d-direttur, anke aħna l-gwardjani, kien ikollna mmorru ngħidu wieħed mill-priġunieri. Dan kollu spiċċa iżda Dalli mar l-estrem l-ieħor. L-estrem dejjem ħażin," insista. "Jikkmanda lil kulħadd. Lanqas mit-tobba jew mill-psikjatri tal-ħabs ma jisma'. Minn ħadd." Dalli u l-Ministeru jibqgħu ma jweġbux lill-ILLUM Intant, għall-ħames darba, il- gazzetta ILLUM bagħtet sett ta' mistoqsijiet kemm lid-Direttur tal-Ħabs Alex Dalli u anke lill- Ministeru għall-Intern. Il-gazzetta ġeddet ukoll l-istedina tagħha għal intervista ma' Dalli biex jingħata ċ-ċans u l-ispazju jwieġeb għall- allegazzjonijiet li saru u li qed isiru fil-konfront tiegħu. Sal-ħin li morna għall- pubblikazzjoni, għal darb'oħra, bqajna mingħajr tweġiba. Inwaqqfu l-Ħniżrijiet f 'Kordin Il-Gazzetta ILLUM għaddejja b'kampanja illi permezz tagħha qed titlob lin-nies; lil dawk li kienu l-ħabs, lil dawk li għandhom xi ħadd jiġi minnhom li jinsab jew li jaħdem fil-Ħabs jew inkella lil dawk li jaħdmu mal-priġunieri jew inkella l-priġunieri infushom, biex jitkellmu dwar esperjenzi li għaddew minnhom jew li raw fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin. Il-vuċi tagħkom magħna tista' tbiddel l-affarijiet, fejn dawn mhux qed isiru sew! Għalhekk nistednukhom biex tibgħatu email fuq ycioffi@mediatoday.com.mt jew agcunningham@ mediatoday.com.mt jew inkella iċċemplu fuq in-numru 21 382 741 - 3 jew 21 382745 - 6. L-identità tagħkom tibqa' waħda kunfidenzjali jekk intom titolbu għal dan. Aktar gwardjani tal-ħabs jersqu lejn il-gazzetta ILLUM biex jirrakkontaw dak li għaddejjin minnu u dak li raw iseħħ quddiem għajnejhom

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 7 November 2021