Illum previous editions

ILLUM 7 November 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1426469

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 27

11 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 7 TA' NOVEMBRU 2021 Id-Dwana Maltija strumentali biex jitkisser internazzjonali 'Il-kollaborazzjoni ma' awtoritajiet barranin hija importanti' Id-Dwana ma toqgħodx tistenna biss informazzjoni minn barra. Kif se naraw aktar 'il quddiem, hija proattiva ħafna. Madanakollu l-kollaborazzjoni ma' awtoritajiet barranin hija importanti wkoll, kif ġara f 'dan il-każ. Agius insista li kull informazzjoni li tasal għandhom huma jinvestigawha, kemm jekk fuq kontejners li jaslu għal Malta u anke dwar il-ħafna kontejners li jieqfu Malta qabel jaqbdu triqithom lejn pajjiżi oħra. "Kif għidtlek, kollox beda minn kontejner wieħed u aħna mbagħad frixna l-analiżi u l-investigazzjoni tagħna fuq kontejners oħra li kienu simili u li anke jkollhom l-istess rotta," saħaq Agius. Fakkar li minħabba l-pożizzjoni ta' Malta fiċ-ċentru tal-Mediterran, tagħmilha destinazzjoni importanti għal ħafna mill-merkanzija li tkun qed taqsam minn pajjiż għall- ieħor. Fi kliemu, kull sena, jgħaddu mill-Port Ħieles madwar tliet miljun kontejner. Ma jfissirx li kull kontejner jiġi investigat. Impossibbli. Imma d-Dwana tanalizza fejn ir-riskju jkun akbar, kemm minħabba l-kontenut u anke d-destinazzjoni u anke fejn ikollha suspett, fost fatturi oħra. 'Scanner waħdu mhuwiex biżżejjed' Ovvjament, xogħol l-uffiċjali tad-Dwana fil-Port Ħieles ma jiqafx ma' din l-investigazzjoni. Fil-fatt. Sakemm konnha qed nagħmlu l-intervista, warajna kien hemm serbut ta' kontejners, lesti biex jgħaddu mill-iskanner li għandha d-Dwana biex ikun jista' jiġi kkontrollat il-kontenut. "Hemm ħafna affarijiet illegali li aħna nipprovaw ninterċettaw," saħaq Agius. Spjega li l-iskanner waħdu mhuwiex biżżejjed, anke għax jekk dan juri l-karozzi, mhux se jgħidlek humiex misruqa jew le. Fi kliemu, ħafna drabi, id- dikjarazzjoni tkun tajba. Anke f 'dan il-każ, il-kontejners kienu mmarkati li qed iġorru karozzi. "Ħafna drabi, il-kontenut mhux se jkun karozzi, imma jkunu, ħwejjeġ, żraben, ġugarelli jew inkella sigaretti, fost oħrajn. L-iskanner mhux se jgħidlek li dawn huma misruqa, foloz jew tal-kuntrabandu. Dik tikkonkludiha l-analiżi li nagħmlu aħna," insista. "Għandna persuni li huma speċjalizzati. Mhux kulħadd kapaċi jagħraf jekk ħaġa hijiex illegali jew le. Dan bħal meta mort tagħmel X-Ray. Huwa l-professur li jinduna jekk ikun hemm xi ħaġa mhux normali." Għalhekk, ix-xogħol tad- Dwana ma jiqafx biss mal- iskanner. L-uffiċjali jqablu diversi affarijiet oħra, inkluż id-dokumenti u d-dikjarazzjoni li tibqa' importanti ħafna wkoll. "Dak hu xogħlna, li nqablu dawn l-affarijiet kollha flimkien anke bl-għajnuna ta' intelliġenza internazzjonali," spjega Agius. X'se jsir mill-karozzi? Ħafna mill-karozzi li nstabu fil- kontejners mhumiex karozzi taċ- ċajt. L-ILLUM tistaqsi lil Agius xi jsir minn dawn il-vetturi hekk kif tintemm l-investigazzjoni. Tenna li għad fadal ħafna xogħol u anke analiżi li għad trid issir. Dan apparti l-inkjesta maġisterjali. "Issa jidħlu l-kumpaniji tal-assigurazzjoni, uffiċjali u rapporti. L-aktar li batew huma s-sidien u anke l-kumpaniji tal- assigurazzjoni. Fl-aħħar mill- aħħar jiddeċiedi l-Maġistrat u l-awtoritajiet Kanadiżi," insista. 'Xogħolna huwa li nwaqqfu dan it-traffiku ta' kummerċ illegali' Agius temm ifakkar li apparti l-ġbir ta' taxxi dovuti, xogħol id- Dwana huwa li tissalvagwardja l-kummerċ leġittimu. "Hawn aktar kummerċ leġittimu milli illegali imma aħna nagħmlu minn kollox biex innaqqsu l-illegalità fin-negozju u anke l-kummerċ ta' affarijiet illeċiti," insista. Insista li d-Dwana hija l-aktar awtorità awtorevoli fil-periferija u l-fruntiera ta' kull pajjiż u trid tassigura li l-liġijiet kollha jkunu qed jiġu mħarsa. "Hemm ħafna affarijiet illegali, illeċiti u foloz. Narkotiċi, armi u ħafna affarijiet oħra. Aħna xogħolna huwa li nwaqqfu dan it-traffiku ta' kummerċ illegali," temm jinsisti. Ritratti ta' James Bianchi Tnejn mill-karozzi misruqa u ppakjati f 'kontejner L-Iskanner li tuża d-Dwana biex tanalizza dak li jkun jinkludi kontejner

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 7 November 2021