Illum previous editions

ILLUM 7 November 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1426469

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 27

10 aħbarijiet IL-ĦADD 7 TA' NOVEMBRU 2021 • illum 'Ma kinitx operazzjoni tas-soltu' – Id-Dwana ċirku ta' kriminalità organizzata internazzjonali YENDRICK CIOFFI 42 karrozza f '24 kontejner. Insterqu fil-Kanada u waqfu Malta fi triqithom lejn Abu Dhabi. Id-Dwana ta' Malta, fil-Port Ħieles kienet parti strumentali minn operazzjoni akbar li waslet għall-arrest ta' disà persuni fil-Kanada u tkissir ta' grupp ta' kriminalità organizzata internazzjonali. Żgur li għall-uffiċjali tad- Dwana ma kinitx operazzjoni faċli u lanqas xi ħaġa li jiltaqgħu magħha ta' kuljum. Minkejja dan, ħarġu bl-unuri u ġew imfaħħra wkoll mill-Pulizija Reġjonali ta' York, fil-Kanada. F'ġurnata xita ma tieqaf xejn, il-gazzetta ILLUM żaret il-Port Ħieles u ltaqgħet mal-uffiċjali tad-Dwana li kienu responsabbli minn din l-operazzjoni, fosthom l-Ispettur tad-Dwana, George Agius. "Ma kinitx operazzjoni tas- soltu. Din kienet l-akbar qabda, mid-Dwana Maltija, ta' karozzi misruqa," beda jispjegalna Agius. Kollox beda minn informazzjoni fuq kontejner wieħed Kompla jispjega kif kollox beda minn informazzjoni li l-Pulizija Kanadiża għaddiet lid-Dwana Maltija fuq kontejner wieħed. Minn hemm, id-Dwana Maltija kompliet bl-analiżi tagħha kemm fuq kontejners domestiċi u anke fuq oħrajn li kienu se jagħmlu waqfa Malta fi triqithom lejn pajjiżi oħra jew li kienu fi triqithom lejn l-istess destinazzjoni. Fil-fatt, apparti dan il- kontejner, flimkien mal-Pulizija Maltija, ġew interċettati żewġ kontejners oħra. "Bdejna kontroll fiżiku tal- kontenut ta' dawn il-kontejners u rriżulta li l-karozzi li kien hemm fihom, kienu ġew misruqa fil-Kanada," spjega Agius. "Id-Dwana mbagħad tkompli tanalizza l-kontejners li jkunu ġejjin mill-istess pajjiż jew inkella li jkollhom l-istess rotta." Tant u hekk li sa dakinhar li saret l-intervista, id-Dwana Maltija interċettat xejn inqas minn 14-il kontejner, kollha kemm huma tal-40 pied u li kienu jinkludu xejn inqas minn 42 karozza misruqa mill-Kanada. Uħud minn dawn il-karozzi ma nsterqux sempliċiment waqt li kienu pparkjati. Kien hemm vetturi li ġej misruqa bil-forza. Aktar minn 88 vettura, €5 miljun u disa' persuni arrestati Sakemm il-gazzetta ILLUM kienet il-Port Ħieles, l-uffiċjali tad-Dwana ġabu wieħed mill- kontejners li kien jinkludi dawn il-karozzi misruqa, inkiser is- siġill quddiem l - u f f i ċ j a l i re s p ons ab bl i u setgħet tara b 'g ħ a j n e j h a kif isiru dawn i l - k o n t r o l l i fuq il-vetturi. Il-filmat ta' dan kollu, se tkunu tistgħu ssegwuh fuq is-sit illum.com.mt. Agius insista li x-xogħol għadu mhux lest, anzi fi kliemu, għax fadal ħafna xogħol xi jsir. Fil-fatt, dwar dan il-każ għaddejja inkjesta maġisterjali. Fix-xena jidħlu wkoll il- kumpaniji tal-assigurazzjoni Kanadiżi. Ta' min isemmi wkoll li l-Pulizija Kanadiża, fuq ir- riżultati u l-informazzjoni mogħtija mid-Dwana Maltija, kompliet bl-investigazzjoni tagħha. F'temp ta' ftit jiem, i r k u p r a t aktar minn 88 karozza misruqa fil-belt ta' Toronto u li l-valur tagħhom jammonta għal €5 miljun, inkluż il-vetturi li nstabu f 'Malta. Bħala parti mill-operazzjoni mlaqqma Crockpot, li bdiet f 'Ġunju li għadda, ġew arrestati wkoll disa' persuni. Il-Pulizija Kanadiża kkonfiskat diversi oġġetti li kienu qed jintużaw fis- serq tal-karozzi. L-ILLUM tiltaqa' mal-uffiċjali tad- Dwana li kienu responsabbli minn operazzjoni kbira u li fiha interċettat xejn inqas minn 42 karozza misruqa fil-Kanada u li kienu għadhom kemm waslu Malta L-uffiċjali fuq l-ispezzjonijiet f 'wieħed mill-kontejners L-Ispettur tad- Dwana George Agius

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 7 November 2021