Illum previous editions

ILLUM 21 November 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1431467

Contents of this Issue

Navigation

Page 25 of 31

Gvern Soċjalist b'wiċċ progressiv Rosianne Cutajar 26 IL-ĦADD 21 TA' NOVEMBRU 2021 • illum opinjoni Rosianne Cutajar hija Deputata Laburista L -abbozz ta' liġi dwar l-użu responsabbli tal-kannabis jirrifletti t-tip ta' tmexxija li għandna fil-pajjiż, tmexx- ija empatika, tmexxija li tagħder u tiem u li ma tiġġudikax jew tostakola liċ-ċittadini. Fuq naħa għandna Gvern li għax huwa viċin in-nies, għax jgħix man- nies, jiem ir-realtajiet soċjali u għandu l-kuraġġ jindirizzom. Minn-naħa l-oħra għandna Oppożizzjoni maqtugħa min- nies, li tippreferi tgħaddas rasha fir-ramel u tinnega r-realtà. Agħar minn hekk tbeżża u xxerred il- miżinformazzjoni filwaqt li tkompli toħloq stigma fil-konfront ta' min jagħmel użu mill-kannabis. Fl-aħħar snin rajna diversi każi fil-media ta' persuni li jinqabdu b'ammont redikolu tal-kannabis għall-użu personali u li ġew trattati daqs li kieku huma kriminali. U l-mistoqsija fuq fomm kulħadd hi, se nibqgħu ngħaddu n-nies minn kalvarju għax jagħmlu l-użu mill-kannabis? Ħa nibqgħu niddentifikaw il-kannabis fuq l-istess livell Kien għalhekk li bħala deputat impenjajt ruħi bis-sħiħ u mbuttajt biex nagħmlu riforma mill-qiegħ f 'dak li hu użu responsabbli tal- kannabis. Irridu nitilqu mill-punt li l-persuni li jagħmlu użu mill- kannabis huma parti mis-soċjeta' tagħna. Jixirqilhom rispett u mhux stigma. L-użu tal-kannabis mhuwiex marbut ma' xi klassi soċjali, ma' xi livell edukattiv jew ma' xi professjoni. Għaldaqstant kull tip ta' tabella li tpoġġiet u titpoġġa fuq dawn in-nies hija inġusta. F'Malta, fil-qasam tal-użu responsabbli tal-kannabis diġà saru passi importanti li bihom bdejna nħottu it l-ħitan tal-preġudizzju. Introduċejna l-aċċess għal prodotti mediċinali li jtaffu t-tbatija u bdejna naraw li l-pieni relatati mal-konsum u pussess ta' kannabis ikunu iktar proporzjonati u ġusti. Fl-aħħar snin, il-Qrati ta' Malta taw diversi sentenzi importanti li xprunawni bħala politiku biex nressaq 'l quddiem emendi leġiżlattivi iktar progressivi. Fuq livell internazzjonali saru wkoll passi 'l quddiem u ta' dan kollu ħadna nota u qed jiġi rifless f 'dan l-Abbozz ta' liġi li ressaqna. Fil-liġi tagħna, id-definizzjoni legali tal-pjanta kannabis hija mhux biss antikwata iżda mhux konformi ma dak illi nafu illum. Illum nafu li l-pjanta Kannabis ma nistgħux nibqgħu nirreferu għaliha bħala 'il-qanneb indjan' iżda għandna nitkellmu fuq il-Hemp, it-THC li huwa psikoattiv kif wkoll is-CBD li jħalli diversi benefiċċji fuq il- bniedem u s-soċjetà tagħna. X'nemmen? Nemmen li l-għazla personali tal-individwu li jikkonsma l-pjanta tal-kannabis, minkejja l-potenzjal ta' riskju għas-saħħa tal-persuna, m'għandux iwassal għal kriminalizzazzjoni tal-persuna. It-tneħħija tal-arrest mandatorju hija wahda mill-aktar aspetti soċjali b'saħħithom ta' dan l-Abbozz ta' liġi. Attwalment għandna sitwazzjoni fejn l-arrest mill-pulizija isir b'mod awtomatiku f 'kull każ ta' pussess, dan ifisser li anke jekk isibulek joint, jarrestawk. L-Abbozz għall-ewwel darba jdaħħal il-kunċett tas-suspett raġjonevoli jiġifieri l-pulizija tarresta biss jekk hemm suspett li dik il-persuna hija effettivament traffikant. Dan se jwassal biex bħala pajjiż, innaqqsu l-piż minn fuq il-Qorti u li ħafna drabi jwassal għal dewmien esaġerat. Fl-istess ħin ħa nkunu qed nħallu wkoll lill-pulizija jiffokaw fuq reati kriminali li huma aktar problematiċi għas-soċjetà inġenerali. L-Abbozz għamilha ċara li mhux permess tipjip ta' kannabis fil-pubbliku u jintroduċi multi għal min jagħmel użu fil-pubbliku. Dan ifisser li l-użu tal-kannabis jista' jsir fir-residenza privata tal-individwu. Wieħed jista' allura japprezza li b'dan l-abbozz qed jinżamm bilanċ ġust fejn mhux nirristrinġu l-liberta' tan- nies ġewwa l-privatezza ta' darhom iżda fl-istess ħin qegħdin nipproteġu l-interessi tal-pubbliku inġenerali. Mhuwiex fl-interess tal-Gvern li jinkoraġixxi l-użu tal-kannabis jew agħar minn hekk jinnormalizza l-użu tas-sustanza. Dik hi r-raġuni għaliex mhux permess tipjip tal- kannabis fil-pubbliku. Intlaqa b'mod tajjeb ħafna l-fatt illi persuna li forsi snin ilu inqabdet bil-pussess sempliċi f 'ammonti li llum ma għadhomx jitqiesu bħala reat kriminali, se tkun tista tagħmel proċess ta' applikazzjoni sabiex dak ir-reat jitneħħa minn fuq il- kondotta tagħhom. Ma jagħmilx sens li persuna tibqa' ġġorr tabella fuqha u tkun ġġudikata għal xi ħaġa li ġrat numru ta' snin ilu u li llum il-ġurnata ma baqatx reat. L-akbar uġigħ ta' ras kienet dwar kif se jkun hemm sors leġittimu ta' fejn wieħed jakkwista l-prodott tal-Kannabis. Dan l-abbozz ma ġiex propost biex ikollna liġi iżjed liberali iżda biex jiġi miġġieled il-kuntatt minn mal-black market. B'din il-liġi ser inkunu qed nikkrejaw infrastruttura regolatorja li tissorvelja, tmexxi u tinforma l-liġijiet f 'dan il-qasam sabiex naraw li ma jkunx hemm abbużi. Aħna ma rridux li n-nies ikollhom jirrikorru għal-għand kriminal li kapaċi imexxuhhom jew jinkoraġġihom jixtru drogi oħra iżda rridu li naqtgħu dan il-kuntatt filwaqt li naraw li l-prodott innifsu jkun regolat, ġenwin u mhux mmanipulat. Konxja li hawn ġenituri li huma ġenwinament imħassbin dwar dan l-abbozz. Dan il-Gvern impenjat bis-sħiħ u jipproteġi l-interessi tal-minuri u ta' dawk il-persuni fis-soċjetà tagħna li huma l-aktar vulnerabbli u dawn huma ż-żgħażagħ tagħna. B'dan l-abbozz se nkunu qed nipproteġu lill-minuri billi ma jibqgħux jiġu arrestati u trawmatizzati bil-proċeduri ġudizzjarji. Se nipproteġuhom ukoll milli jkollhom il-kondotta tagħhom imċappsa bil-konsegwenza li jkollhom fil-futur problemi biex jkollhom ċertu impjieg. M'għandix dubju li ma hemm l-ebda ġenitur li jixtieq li uliedu jgħaddi minn dan kollu fuq sempliċiment tipjip ta' joint. Persuni li huma minuri mhux ser ikunu jistgħu jkunu fil-pussess tas-sustanza u għalhekk kwalsiasi persuna li tinqabad bil-pussess sempliċi ser titressaq quddiem il-Kummissarju tal-Ġustizzja u dan sabiex tkun tista tingħata l-attenzjoni meħtieġa biex jekk dejjem huwa possibli l-persuna tingħata l-assistenza sabiex tgħeleb jew tikkontrolla l-vizzju. B'dan l-abbozz ta' liġi aħna l-leġislaturi qed nipprovaw inbiegħedu lill- persuna li sempliċiment tuża l-kannabis mil-bini tal-Qorti iżda wkoll naqtgħu l-kuntatt minn mat- traffikanti u l-black market. Liż-żgħazagħ tagħna ħa nkunu qegħdin nipproteġuhom ukoll permezz tal-edukazzjoni. Sabiex din ir-riforma tkun waħda ta' suċċess irid ikun hemm kampanji ta' għarfien pari passu. Dan m'għandux ikun biss fejn jidħol is-suġġett tal-kannabis iżda suġġetti oħrajn li huma mdawwrin bi stigma, bħal per eżempju s-saħħa sesswali. Maż-żgħażagħ tagħna irrid jkollna djalogu apert u onest anke fuq is-suġġett tal-kannabis. Irridu ngħallmuhom fuq l-benefiċċji iżda wkoll l-effetti tagħha, l-argument tal-projbizzjoni ma jaħdimx. Din hi riforma li tħott il-ħitan tal-preġudizzju u mhux tħajjar l-użu. Din hi persuna li tirrispetta l-għażliet tal-individwu u mhux tikkastigaħ. Din hi riforma li tirrkonoxxi realtà u mhux tinnormalizza l-użu tas-sustanza. Kburija li kont il-politiku li ġibt fuq quddiem nett tal-aġenda tal-Gvern dan is-suġġett u li tajt il-kontribut tiegħi f 'din ir-riforma progressiva. Sentejn ilu, it-triq kienet għat-telgħa iżda permezz tal- entużjażmu, l-konvinzjoni u r-rieda rnexxieli negħleb kull ostakolu. Inħares 'l quddiem għal iżjed ħidma favur Malta aktar progressiva u soċjalment ġusta.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 21 November 2021