Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1431467
03 illum • IL-ĦADD 21 TA' NOVEMBRU 2021 aħbarijiet 'Bdejna ninkwetaw għax beda jitfixkel iżjed minħabba l-għajjat' - Il-Psikoterapista Mark Xuereb ANTHEA CACHIA Fl-aħħar sigħat Malta xxukjat ruħha wara tixrid ta' filmat li juri għadd ta' persuni li bdew iħeġġu lil raġel, li kien qiegħed jikkontempla li jtemm ħajtu, f 'xifer is-sur tal-Belt Valletta. Dan qajjem furur fuq il-midja soċjali. Intant, rapporti mill-midja jgħidu li bħalissa għaddejin l-investigazzjonijiet biex jinstabu dawk il-persuni li bdew jinkoraġixxu lil dak ir-raġel biex itemm ħajtu. Il-Psikoterapista Mark Xuereb, li kien parti minn tim ta' salvataġġ ta' kważi 40 persuna, tkellem ma' din il-gazzetta fuq ix-xena li ra' quddiem għajnejh u l-kummenti dispreġjattivi li sema' minn nies tal-madwar. Huwa saħaq li dak il-ħin kien hemm aktar minn kriżi waħda. Jgħid li kien hemm persuna li, "għandha sfond ta' tbatija kbira li kienet ukoll abbużata. Kif ukoll kien hemm l-interferenza ta' dawk in-nies." Xuereb stqarr ma' din il- gazzetta li r-raġel kienet aġitat iżda wara 40 minuta irnexxielhom jikkonvinċuh biex jinżel. "Nirringrazzjaw lil Alla li rnexxielna nġibuh f 'sensih għax l-affarjiet setgħu marru agħar kawża ta' nies bla qalb," spejga Xuereb. Mistoqsi jekk il-filmati li nxterrdu fuq il-midja għandhomx jitneħħew huwa saħaq li huwa importanti li ma jkomplux jinxterdu. Wissa' li f 'dawn il- ġimgħat li ġejjin għandna noqgħodu attenti għal possibilità ta' suwiċidju 'copy cat'. L-ILLUM staqsiet, jekk din hix l-ewwel darba li kien hemm każijiet simili fil-Belt Valletta u jekk hemmx bżonn ta' aktar infurzar f 'postijiet li huma ta' riskju. Għal dan wieġeb li Malta ġew identifikati tmien postijiet ta' riskju inkluż il-Belt Valletta. Jisħaq li bħalissa hemm strateġija nazzjonali mfassla li għandha tidħol fis-seħħ illum qabel għada. "Kapitlu minn din l-istrateġija jgħid li għandu jkun hemm linja tat-telefon fissa fuq dawn il- postijiet b'messaġġi pożittivi, li meta jċemplu jaqbu direttament maċ-ċentru tal-Crisis Team. B'hekk inkunu nafu wkoll fejn tinsab il-persuna u nkunu nistgħu mmorru nagħtuha l-għajnuna. Tajjeb li nsemmu wkoll li dawn il-kabini tat-telefon ikollhom kamera infra red biex b'hekk tkun tista' tintuża filgħaxija wkoll," temm jgħid Xuereb. Intant fi stqarrija, Richmond Foundation qalet li qed tappoġġja bis-sħiħ l-investigazzjoni kurrenti mill-pulizija. Tgħid li l-aġir ta' grupp ta' nies li bdew iħeġġu lir- raġel jaqbeż, kien ta' natura serja ħafna "u importanti li jkun ċar li imġieba hekk tista' twassal għal responsabiltà kriminali." Fid-dawl ta' dan l-inċident Richmond qalet li ser issostni l-isforzi tagħha biex turi li l-kriżijiet ta' saħħa mentali jistgħu jkunu parti normali mill- ħajja u biex teduka dwar kif persuni għandhom iġibu ruħhom f 'sitwazzjonijiet ta' kriżi. Għaldaqstant Richmond Foundation qiegħda titlob li jekk hawn xi persuni li għandhom informazzjoni dwar l-inċident jistgħu jikkuntattjawha, b'mod kunfidenzjali, fuq 21224580 jew info@richmond.org.mt. Għal dawk li bħalissa għaddejin minn diffikultajiet ta' saħħa mentali, jistgħu jagħmlu kuntatt ma' Richmond fuq il-helpline 1770 jew permezz ta' Olli.chat. Jistgħu jikkuntattjaw ukoll lil Crisis Team Malta fuq 99339966 jew jużaw l-applikazzjoni 'kriżi'. Il-psikoterapista jitkellem dwar l-inċident ta' attentat ta' suwiċidju li seħħ ilbieraħ fil-Belt Valletta Mark Xuereb