Illum previous editions

ILLUM 21 November 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1431467

Contents of this Issue

Navigation

Page 28 of 31

29 kummerċjali illum • IL-ĦADD 21 TA' NOVEMBRU 2021 għall-Kottonera b'modi differenti." Pereżempju, se jkun hemm użu aħjar tal-faċilitajiet soċjali u komunitarji eżistenti. "Xi bini mhux utilizzat biżżejjed, li dan mhuwiex ideali, li post ma jkollux spazju għall-komunità. Proġett bħal dan jista' jkun użu aħjar ta' faċilitajiet komunitarji eżistenti biex jipprovdu faċilitajiet għall-anzjani, tfal, żgħażagħ, u persuni żvantaġġati." Bl-istess mod, se jiġu identifikati opportunitajiet għal akkomodazzjoni affordabbli bit- tama li jiġu attirati xerrejja żgħażagħ lejn iż-żona, filwaqt li stħarriġ dwar is-sidien tal-art se jidentifika proprjetajiet vojta biex jagħti bidu għall-proċess t'investiment b'mod immirat. L-ambjent urban se jiġi mtejjeb ukoll. Il-proġetti hawnhekk se jiffokaw fuq l-apprezzament tas-siti ta' wirt, il-ħolqien jew it-titjib ta' spazji pubbliċi miuħa, u t-titjib tal-infrastruttura. "L-għan hawnhekk huwa li l-ambjent mibni jaħdem għan-nies li jgħixu jew jaħdmu hawn, u li verament jimmassimizzaw l-ispazju li huwa disponibbli," jgħid is-Sur Gauci. Fl-aħħar nett, l-implimentazzjoni tal- istrateġija se tgħin ukoll biex tiżdied l-attrazzjoni tan-negozju f 'numru ta' modi, inkluż billi tattira investituri kbar biex jisfruttaw il-potenzjal tas-siti fir-reġjun. "In-negozju jġib ħaddiema, familji żgħażagħ u turisti fiż- żona," ikompli, "li mbagħad tagħti nifs ġdid lir-reġjun u tgħin biex tkompli l-iżvilupp tiegħu għall-ġenerazzjonijiet li ġejjin. U dan huwa eżattament dak li hemm bżonn." Għalhekk, hekk kif l-istrateġija tibda tiġi implimentata bis- serjetà, is-Sur Gauci jittama li jkollha impatt dejjiemi fuq id-dimensjoni soċjali tar- reġjun kollu u lil hinn. "Hija l-mira tagħna li naraw żona li darba kienet assoċjata ma' kwistjonijiet soċjali issa meqjusa bħala suċċess attraenti. Għalija, il-potenzjal tal-Kottonera huwa kbir ħafna," temm jgħid. Il-Perit Joseph Gauci

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 21 November 2021