Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1431467
09 illum • IL-ĦADD 21 TA' NOVEMBRU 2021 aħbarijiet YENDRICK CIOFFI Bħat-tieni u t-tielet distrett li rajna fil-ħmistax li għaddew, ir-raba' distrett huwa wkoll wieħed Laburist iżda fl-aħħar erba' elezzjonijiet ġenerali, il-Partit Laburista kompla jissaħħaħ drastikament. Mill-Elezzjoni Ġenerali tal-2003 sa dik tal-2017, jinduna minnufih li l-Partit Laburista żied l-appoġġ, filwaqt li l-Partit Nazzjonalista baqa' jnaqqas l-appoġġ elezzjoni wara oħra. Fil-fatt, f 'temp ta' 14-il sena, il-Partit Laburista żied madwar 3,887 vot, filwaqt li l-Partit Nazzjonalista kompla jnaqqas l-appoġġ it it b'madwar 1,159 vot. Il-gazzetta ILLUM qed tkompli bis- sensiela ta' artikli li matulhom, hekk kif ninsabu it biss 'il bogħod minn elezzjoni ġenerali oħra, qed tagħti rendikont u tanalizza s-sitwazzjoni tal-Partit Laburista u tal-Partit Nazzjonalista fid-distretti elettorali, mill-Elezzjoni Ġenerali tal-2003 sa dik tal-2017. Illum imiss ir-raba' distrett. Dan jinkludi parti mill-Fgura, il-Gudja, Raħal Ġdid, Santa Luċija u Ħal Tarxien. Fl-aħħar elezzjoni ġenerali, għal darb'oħra, il-Partit Laburista żied l-appoġġ tiegħu fir-raba' distrett. Il-Partit Laburista kiseb 16,383 vot jew 67.7% tal-voti, filwaqt li l-Partit Nazzjonalista baqa', tista' tgħid, staġnat fejn kien. Il-Partit Nazzjonalista kiseb 7,528 vot, jew 31% tal-voti. Fl-aħħar Elezzjoni Ġenerali, Joseph Muscat ma kienx reġa' kkontesta fuq dan id-distrett u mar tajjeb Chris Fearne li niżżel ismu bħala l-aktar kandidat popolari tar-raba' distrett. Huwa kien ilu sena Ministru għas-Saħħa. Fil-fatt, tista' tgħid li l-voti li kien kiseb Joseph Muscat fl-2013, tqassmu bejn Chris Fearne u Konrad Mizzi, minkejja li dan tal-aħħar kien diġà fil-qalba ta' diversi kontroversji, partikolarment hekk kien ġie żvelat li kellu kumpanija sigrieta fil-Panama u spiċċa biex tilef żewġ Ministeri, l-ewwel il-Ministeru għall- Enerġija u l-ilma u mbagħad il-Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa. Kemm Fearne u anke Mizzi kienu eletti fl-ewwel għadd. Fearne kiseb 5,405 voti filwaqt li Mizzi kien elett b'4,968 vot. Silvio Parnis ukoll mar xi ftit jew wisq aħjar. Huwa kien elett fit-tielet għadd b'4,450 vot. Għall-ewwel darba, kien ikkontesta u kien elett ukoll Byron Camilleri. Huwa kien elett fit-23 għadd, b'4,164 vot. Għal darb'oħra, il-Partit Nazzjonalista eleġġa biss kandidat wieħed u t-tieni kandidat kien elett biss wara li skatta l-mekkaniżmu tal-proporzjonalità, li diġà tkellimna dwaru. Dan minkejja li kellu kandidat aktar mill-Partit Laburista. Fil-fatt, il-Partit Nazzjonalista kellu 11- il kandidat fuq dan id-distrett, filwaqt li l-Partit Laburista kellu għaxra. Jason Azzopardi, li fix-xhur ta' qabel l-elezzjoni kien fost l-aktar Deputati Nazzjonalisti voċiferi kontra l-koruzzjoni, kien elett fil-21 għadd b'4,450 vot. Carmelo Mifsud Bonnici kien elett bis- saħħa ta' Artiklu 52 tal-Kostituzzjoni. Eventwalment, Chris Fearne kien ċeda s-siġġu tiegħu f 'dan id-Distrett u minfloku kien elett Etienne Grech. Għall-Partit Nazzjonalista, l-2013 kienet sena diżastru. Wara xhur sħaħ ta' batibekki interni, inkluż fil-Grupp Parlamentari, il-Partit Nazzjonalista jitlef l-Elezzjoni Ġenerali bi kbir. Fir-raba' distrett kompla jnaqqas ukoll drastikament l-appoġġ. Il-Partit Laburista kiseb 15,323 vot jew inkella 66.8% tal-voti, filwaqt li l-Partit Nazzjonalista kiseb 7,354 vot, jew inkella 32% tal-voti. Ma għandnix xi ngħidu, il- Partit Laburista kellu l-aqwa kandidati fuq dan id-distrett u dan ġie rifless ukoll fil-voti li kiseb. Joseph Muscat, dak iż-żmien Mexxej frisk Laburista, kaxkar u kiseb 12,202 voti. Ovvjament kien elett fl-ewwel għadd. Immedjatament warajh, fit-tieni għadd, hekk kif wiret ħafna mill-voti ta' Joseph Muscat, kien elett Konrad Mizzi b'5,265. Mizzi kien ġdid għall-Partit aburista iżda kien ukoll il-wiċċ tal-kampanja elettorali tal-Partit Laburista, anke għax kien hu l-moħħ wara l-wiegħda ewlenija tal-Partit Laburista, jiġifieri l-bini ta' powerstation ġdida li taħdem bil-gass u t-traħħis imminenti tal-kontijiet tad-dawl u l-ilma. Anke jekk xorta waħda ġie elett, mar minn taħt Silvio Parnis, li fl-aħħar żewġ elezzjonijiet kien l-aktar kandidat popolari fuq dan id-distrett. Parnis kien elett fl- għaxar għadd wara li kiseb 3,869 vot. Din id-darba, il-Partit Laburista eleġġa wkoll ir-raba' Deputat minn dan id-distrett. Fil-fatt, fis-17-il għadd, kien elett Chris Fearne bi 3,759 vot. Din kienet l-ewwel darba li Fearne, ikkontesta l-elezzjoni. L-appoġġ kbir li kiseb il-Partit Laburista u Joseph Muscat, ta daqqa mhux ħażin lill- kandidati tal-Partit Nazzjonalista, xhieda ta' kemm kien hemm persuni li għall-ewwel darba dawru l-vot tagħhom. L-uniku kandidat li rnexxielu jeleġġi l-Partit Nazzjonalista, kien Jason Azzopardi, anke jekk din id-darba, fl-ewwel għadd naqqas il-voti fuq l-Elezzjoni Ġenerali tal- 2008. Huwa ġie elett fl-14-il għadd, bi 3,841 vot. Il-bqija tal-kandidati Nazzjonalisti, seba' b'kollox, ġabu biss it mijiet ta' voti. Eventwalment, bis-saħħa ta' Artiklu 52 tal-Kostituzzjoni, li dwaru tkellimna fil- ġimgħat li għaddew, kien elett Carmelo Mifsud Bonnici. Għamlet tajjeb għalih l-emenda fil-liġi magħrufa bħala "tal- proporzjonalità." Fi kliem sempliċi, din l-emenda tidħol fis-seħħ biex jiżdiedu s-siġġijiet biex jirriflettu s-saħħa tal-voti li partit ikun kiseb (fuq bażi nazzjonali) fl- ewwel għadd. Fl-2013, il-Partit Laburista kellu ħdax-il kandidat fuq dan id-distrett. 2013: Il-PL ikaxkar l-elezzjoni u Joseph Muscat ikaxkar ir-raba' distrett 2017: Fearne jaqlibha lil Mizzi u l-PN jibqa' fejn kien L-aktar kandidati b'saħħithom tar-raba' distrett fl-aħħar erba' elezzjonijiet ġenerali PN PL 32.07% 66.82% PN PL 31.11% 67.71%