Illum previous editions

ILLUM 28 November 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1432937

Contents of this Issue

Navigation

Page 20 of 27

21 editorjal illum • IL-ĦADD 28 TA' NOVEMBRU 2021 ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 EDITUR: ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt X 'tagħmel b'€100 miljun? Tibni skola, tibni ħafna toroq jew tagħti ħafna benefiċċji lil min huwa vulnerabbli. €100,000,000 nużawhom biex nagħmlu proġett enormi ta' ħażna tal-ilma, sabiex meta jerġa' jkollna l-ammont ta' ilma li niżel fi it sigħat bħal din il-ġimgħa, naħżnu u nżommu ħafna ik- tar minnu għall-użu agrikolu, speċjalment meta jaslu x-xhur xotti tas-sajf. B'€100 miljun konna nagħmlu ħafna affarijiet ta' ġid għal Malta, imma eks Ministru - li minn hawn nixtiqulu fejqan ta' malajr - iddeċieda li €100 miljun għandhom imorru għand kumpanija jekk hi stess ma toqgħodx mal-obbligi tal-kuntratt u l-Gvern - għax ma osservatx il-kuntratt - jieħu l-proprjetajiet pubbliċi li hi suppost qed tieħu ħsieb lura, irid iħallas hu. Qatt smajtuha din? Qisu tiffirma kuntratt biex persuna tiġi żżejjinlek u tiddiżinjalek id-dar minn ġewwa, din tiġi u minflok tagħmel xogħlha - dak li int ħallstha biex tagħmel - toqgħod bilqegħda, tagħmel il-kafè u tfettet xi biskuttin u minn fuq - għax int tgħidilha "itlaqtli 'l barra, se nfittex designer ieħor' - tgħidlek "ħallasni!" U dak li ġara hawn. Il-Gvern għadda tliet sptarijiet pubbliċi lill-VGH - kumpanija bla track record fis-saħħa, bla flus, b'rappreżentant li instab ħati quddiem Qorti fil-Kanada, li seraq post tax-xogħol li kien manager tiegħu - u qalilha "se nħallsek, inti tista' ma tagħmel xejn jekk trid, pero' biex jiena nwaqqaf dan il-kuntratt irrid nerġa' nħallsek!" Min gawda mill-kuntratt lill-VGH? Il-pajjiż żgur ma gawdiex għax ġew, ma għamlu xejn, fallew, ma ħallsux il- pagi, ħadu eluf fuq eluf, fuq eluf, minn flusek, Ram Tumuluri ta bonus lilu nnifsu u ħarbu mill-pajjiż! U allajbierek kellhom il-jedd - għax tahulhom il- Gvern - li jagħżlu huma lil min jagħtu l-konċessjoni ta' tliet sptarijiet u aktar minn hekk il-Gvern tahom ċertezza li ma jistax imisshom għax inkella jkollu jħallas €100 miljun! Huwa tajjeb li l-Prim Ministru Robert Abela u anke l-Ministru Chris Fearne jidhru li qed iżommu iebes fuq din il-klawżola! Hekk sewwa u xieraq. Iżda ma nistgħux ma nistaqsux: Għal min saret din il-klawżola? Għaliex saret din il-klawżola? Min gawda minnha? Ladarba l-poplu ma gawda xejn minnha. Ladarba l-ħaddiema tas-saħħa ma gawdew xejn minnha din. Ladarba is-sens komun jgħidlek li hawn xi ħaġa tinten seba' pesti hawn, li l-Gvern firex it-tapit biex il-kuntratt mal-VGH, ikun aktar vantaġġjuż għall-VGH milli għall-poplu - meta suppost il-Gvern huwa gwardjan tal-assi tal-poplu - mela l-mistoqsija tiġi waħedha! Min gawda minn dan il-kuntratt? Hija ċara li xi ħadd li kellu s-swaba' f 'dan il-kuntratt maħmuġ mal-VGH, kien jaf li din bużżieqa ħmieġ li se tinfaqa'! Kien jaf min hu Ram Tumuluri u x'kienu l-iskopjijiet tiegħu! Kien jaf li dawn ma jafux kazz fuq is-saħħa u li ma għadhomx flus biex jinvestu! Kien jaf li din il-VGH hija kumpanija, f 'kumpanija, f 'kumpanija oħra li s-sid aħħari tagħha għandu inidirizz fil-British Virgin Islands, li ma nafux min hu. Fi kliem ieħor struttura suspettuża, f 'pajjiż li fih jitfgħu flushom l-akbar kriminali u ħassiela tal-flus u b'segretezza! U Allajbierek tajnihom tliet sptarijiet u l-impunità li jagħmlu li jridu inkella nħallsu €100 miljun aħna! Il-Gvern għandu jsib modi kif iwaqqa' dan il-kuntratt u jiddiżassoċja lilu nnifsu minnu u minn min għamlu! Għax min għamlu, għamlu b'intenzjoni malinna! Dan huwa kuntratt jinten u kull min hu tal-affari tiegħu jaf li dan huwa l-każ! Il-Gvern għandu jwaqqgħu u jekk iħoss li jixtieq jipprivatizza jibda l-proċess mill-ġdid, b'mod trasparenti u b'mod li jirrispetta l-intelliġenza u d-dinjità ta' kull min iħallas it-taxxi! Min gawda mill-kuntratt mal-VGH? Żgur mhux il-poplu...

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 28 November 2021