Illum previous editions

ILLUM 28 November 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1432937

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 27

12 intervista IL-ĦADD 28 TA' NOVEMBRU 2021 • illum 'Malta mhijiex ċkejkna daqskemm naħsbuha YENDRICK CIOFFI Fl-aħħar jiem, il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej nieda l-Istrateġija tal- Politika Barranija ta' Malta għall-proċess ta' konsultazzjoni. Din hija l-ewwel darba li l-politika barranija ta' Malta tfasslet f 'dokument strateġiku. Iżda kemm hi importanti r-relazzjoni ta' Malta ma' pajjiżi oħra. Pajjiżi kbar se jagħtu kas dak li tgħid Malta? Dwar dan, il-gazzetta ILLUM iltaqgħet mal- Ministru għall-Affarijiet Barranin Evarist Bartolo li saħaq li din l-istrateġija hija qafas li jagħti direzzjoni lill-politika barranija ta' Malta. "Hemm żewġ fatturi kbar li l-pajjiżi kollha qed jaħsbu dwarhom. Waħda hija l-bidla fil-klima li qed tbiddel kollox. Din ma għadhiex biss xi ħaġa tal-Ministru għall-Ambjent għax qed tolqot kollox, mit-turiżmu, għall-investiment u l-agrikoltura. It-tieni kwistjoni hija l-Covid-19," saħaq il-Ministru. "Inbena aktar għarfien li d-dinja ma tistax tibqa' kif kienet." Għalhekk, kompla jispjega, dan kien il-mument opportun biex Malta tevalwa u tirrifletti kif se tkun ir-relazzjoni tagħha, ma' pajjiżi oħra, għas-snin li ġejjin. Fakkar li Malta għandha fost l-aktar ekonomiji miuħa fid- dinja. "Aħna nimportaw kważi kollox u nesportaw kważi kollox. Jekk pajjiżi oħra waqt il-Covid-19 għamlu t-turiżmu intern, aħna għalina dak mhux biżżejjed. Żort fabbrika li tesporta lejn 70 pajjiż u staqsejtha kemm taħdem jekk tipproduċi biss għas-suq Malti. It-tweġiba kienet nofs siegħa biss fis-sena," spjega. Kien għalhekk li insista li l-politika barranija ta' Malta hija sempliċiment kontinwazzjoni tal- politika domestika. "Jekk jogħla ż-żejt, jogħla l-gass, jogħla r-ross, jogħla l-qamħ jew jispara 'l fuq il-prezz tal-ġarr, dan lilna kollu jaffettwana. Dan li semmejt kollu qed iseħħ bħalissa. Aħna miuħin u allura biflors irridu nsegwu x'jiġri fil-bqija tad- dinja," spjega l-Ministru. 'Irridu nkunu ħbieb ma kemm jista' jkun pajjiżi' Propju għalhekk li Malta trid tkun "ħbieb" ma' kemm jista' jkun pajjiżi. "Jekk hemm 192 stat sovran ieħor fil-Ġnus Magħquda, aħna kemm jista' jkun irridu nkunu ħbieb magħhom," saħaq. Dan mhuwiex faċli, anke għax fi kliemu, bħalissa d-dinja għaddejja mill-aktar perjodu turbolenti fl- aħħar 75 sena, fir-relazzjonijiet internazzjonali. "Nitkellem ma' eks ministri li jiakru anke l-gwerra bierda u jgħidulek li ma jiakrux perjodu fejn kien hemm daqshekk kunflitti fir-relazzjonijiet internazzjonali," insista Bartolo. "Illum nieħdu gost li l-President Ċiniż u l-President Amerikan jitkellmu. Fi żmien il- gwerra bierda, il-kuntatti kienu regolari. Ma jfissirx li kienu jaqblu imma kienu jitkellmu. Bejn l-UE u r-Russja, ir-relazzjoni hija kważi nieqsa għal kollox." Imma l-gazzetta ILLUM tistaqsi lil Ministru x'tista' tagħmel Malta? Imbilli ssemma leħinha fuq dawn il-kwistjonijiet jew kunflitti, x'differenza se tagħmel? Aħna żgħar? Min se jieqaf biex jisma' lilna? 'X'jiġri fil-bqija tad-dinja jinfluwenzana l-ħin kollu' Insista li huwa fatt li Malta it tista' tinfluwenza x'jiġri fil- bqija tad-dinja iżda saħaq li tista' tinfluwenza kif il-bqija tad-dinja tolqot lilha. "X'jiġri fil-bqija tad-dinja jinfluwenzana l-ħin kollu. Għalhekk importanti li jkollna politika barranija u nsaħħu r-relazzjoni tagħna ma' pajjiżi oħra biex kemm jista' jkun ma nintlaqtux ħażin," insista. Dar fuq il-Libja u fakkar li Malta minn dejjem kienet attiva u taħdem biex ikollha relazzjoni tajba mal-Libja għax fi kliemu, x'jiġri fil-Libja, jolqot ħafna lil pajjiżna. "Ilna sekli fil-Libja. Hija art ta' opportunità, ta' investimenti, impjiegi u kummerċ. Aħna rridu naħdmu mal-Libjani biex dak li jiġri hemm ma jweġġax lilna," qal il-Ministru. "Aħna rridu nitkellmu ma' kulħadd." 'Malta mhijiex biss id-daqs ġeografiku' Fi kliemu, allaħares Malta tirraġuna li għax hi żgħira, ħadd mhu se jagħti kasha u allura tingħalaq fiha nnifisha. "Iċ-ċokon ta' pajjiżna mhuwiex ċkejken daqskemm nagħmluh. Id-daqs ġeografiku huwa ċkejken imma mbagħad 80% tal-merkanzija li tmur il-Libja tgħaddi minn Malta. Il-footprint ta' Malta u Għawdex mhijiex ikkalkulata skont il-kobor tal- ambaxxati tagħna. Il-footprint ta' Malta huwa dak kollu li joħroġ minn Malta kemm fi prodotti u anke f 'servizzi, fost affarijiet oħra," saħaq il-Ministru. Fakkar pereżempju fil- produzzjoni u l-esportazzjoni tal-microchips li huma ħafna importanti fid-dinja tal-lum. "Il-prodotti kollha tal- STMicroelectronics huma preżenza ta' Malta fil-bqija tad- dinja. L-uniku impjant li din il- kumpanija ma għalqitx fi żmien il-Covid-19 kien dak ta' Malta. Dik hija Malta wkoll. Malta mhijiex biss il-lista l-griża," insista l-Ministru. Lura għall-argument dwar iċ- ċokon ta' Malta, il-Ministru insista li l-aktar ċokon li jista' jagħmlilna ħsara, huwa ċ-ċokon fil-mentalità. "Aħna rridu nkunu realistiċi. Ma rridux inkunu rasna kbira u naħsbu li l-univers idur magħna imma lanqas ma naħsbu li aħna xi tikka insinifikanti li lanqas nidhru fuq mappa. Aħna għamilna ħafna passi 'l quddiem," insista l-Ministru. Irrefera għall-Human Development Index, ippubblikat kull sena mill-Ġnus Magħquda. Minn 189 pajjiż, Malta tinsab fit- 28 post. Dan jikkalkula s-sistema tas-saħħa u tal-edukazzjoni, il- kwalità tal-ħajja u kemm jgħixu n-nies fit-tul. "Dawn iż-żewġt igżejjer mhumiex insinifikanti daqskemm naħsbu," saħaq. Insista li l-preżenza ta' Malta mhijiex biss fil-kummerċ, fis- servizzi jew fit-turiżmu. Fakkar ukoll fil-preżenza reliġjuża madwar id-dinja. "Għandna nies li huma fil- kontinenti kollha u li jagħmlu l-ġid," saħaq Bartolo. "Fil- Pakistan, is-Sorijiet Franġiskani Maltin imexxu skola f 'pajjiż Musulman. Dik hija Malta. Fl- Etjopja għandna għaxar min- nies. Minnhom, sebgħa huma reliġjużi Maltin li jmexxu skejjel u orfanatroi. Wieħed minnhom huwa n-Nunzju Appostoliku. Dik hija Malta." Tenna li huwa fl-interess ta' Malta li żżomm relazzjoni tajba u mingħajr l-ebda prużunzjoni, tipprova tgħaddi kelma ta' ġid anke fejn ikun hemm kunflitt. 'Armi ma għandnix ... imma ħsara nistgħu nagħmlu' Kien hawn li tkellimna dwar il-kwistjoni ta' newtralità li l-istrateġija titkellem ħafna dwarha. L-ILLUM tistaqsi lill- Ministru jekk din tfissirx li Malta tibqa' dejjem passiva, anke quddiem kunflitti kbar. "Newtrali ma tfissirx li aħna nibqgħu b'idejna fuq żaqqna. Aħna membri fil-Ġnus Magħquda. Nittamaw li fis-sena 2023-2024 inkunu fuq il-Kunsill tas-Sigurtà għat-tieni darba," beda jispjega Bartolo. "Aħna se nkunu hemm mal-kbar u se nwasslu messaġġ." Fakkar ukoll li anke jekk ħafna drabi l-importanza tingħata lil pajjiżi bħall-Istati Uniti tal- Amerka jew inkella ċ-Ċina, il- maġġoranza tal-istati fid-dinja huma stati żgħar. "Bħala pajjiż żgħir, aħna nistgħu ngħidu ċertu affarijiet għax aħna ma għandnix aġenda," kompla l-Ministru Bartolo. Insista li Malta ddeċidiet, meta għażlet in-newtralità, li minnha Il-gazzetta ILLUM titkellem mal-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej dwar l-Istrateġija tal-Politika Barranija ta' Malta. Pajjiżi oħra se jagħtu kas x'tgħid Malta? Xi tfisser in-newtralità? Ir-reputazzjoni kif qed taffettwa r-relazzjoni tagħna ma' pajjiżi oħra?

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 28 November 2021