Illum previous editions

ILLUM 28 November 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1432937

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 27

11 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 28 TA' NOVEMBRU 2021 Ma nħallux l-istorja tirrepeti ruħha: il-Kummissarju Helena Dalli tgħid 'qatt iżjed' għal diskors ta' mibgħeda MARIANNA CALLEJA Fit-tweġibiet tagħha lill-gazzetta ILLUM, il- Kummissarju Ewropew għall- Ugwaljanza, Helena Dalli qalet li diskors ta' mibegħda fil- passat wassal sabiex intilfet kull kompassjoni għal gruppi sħaħ bħal Lhud, persuni LGBTIQ+ b'diversi oħrajn li intbgħatu f 'kampijiet ta' konċentrament u diversi miljuni maqtula. "Għal dan aħna ngħidu: "qatt iżjed", żiedet tgħid Dalli. Hija nsistiet ukoll li l-UE ma tridx li l-orrur tal-passat jirritorna u għalhekk hu importanti li "nżommu l-memorja ħajja, u ngħarfu r-riskji meta jkunu preżentati lilna." Qalet ukol li apparti minn hekk il-Kummissjoni Ewropea se tiġġieled l-estremiżmu u l-attakki fuq n-nisa u l-minoranzi, fil-fatt waqt dan il-mandat se jissaħħu l-qafas tal-ugwaljanza u qed tittieħed azzjoni diretta meta s-saltna tad-dritt, l-indipendenza tal-qrati u d-demokrazija jiġu mhedda. 'Dan jgħodd għal Malta bħalma jgħodd għal diversi Stati Membri oħra' Waqt il-konferenza "Combat- ting and Preventing Hate Speech", il-Kummissarju Ewropew għall-Ugwaljanza tkellmet fuq ix-xogħol li qiegħed isir mill-Un- joni Ewropea sabiex id-diskors ta' mibgħeda jiġi eliminat. Għalkemm id-diskors tagħha kien ċar u kkundannat kull tip ta' att kriminali marbut mal-mib- għeda, il-gazzetta tkellmet ma' Dalli dwar kif dak li qed isir mill- UE se jiġi adattat f 'Malta. Hija fetħet id-diskors tagħha billi qalet li l-Istati Membri tal- UE għandhom ikunu difensuri tad-demokrazija u l-ugwaljanza; u għandhom obbligu legali li jiġġieldu l-kriminalità ta' mibegħda razzista u xenofobika. L-ewwel mistoqsija tal-ILLUM saret fid-dawl taż-żieda ta' attakki virtwali kontra gruppi ta' minoranza bħal refuġjati u fil-fatt Dalli ġiet mistoqsija mill-gazzetta jekk taħsibx li Malta falliet fejn jidħol diskors ta' mibgħeda. Hija bdiet billi spjegat li waqt id-diskors hija għamlet referenza għal obbligi li hemm fuq l-Istati Membri fir-rigward tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill dwar il-ġlieda kontra ċerti forom u espressjonijiet ta' razziżmu u xenofobija permezz tal-liġi kriminali. Kompliet tgħid li filwaqt li din id-Deċiżjoni Qafas ma tagħmilx referenza diretta għar-refuġjati, il-liġi li titrasponi din id-deċiżjoni Ewropea fil- liġijiet ta' Malta diġà intużat fil-konfront tal-inċitar għall- vjolenza kontra l-persuni li kienu qed ifittxu ażil f 'Malta. "Qed nirreferi hawn għas-sentenza ta' priġunerija ta' Norman Lowell," iċċarat Dalli. Hawn Dalli kienet qed tirreferi għal dak li ġara fis-27 ta' Marzu, 2008. Dakinhar Lowell kien ikkundannat sentejn ħabs, sospiżi għal erba' snin, fuq tliet akkużi ta' mibegħda razzjali, u akkuża waħda li insulta lill- President tar-Repubblika. Huwa rebaħ il-każ dwar insulti li saru fuq il-President ta' Malta minħabba libertà tal-kelma iżda ġie ordnat ukoll iħallas multa ta' €500 għal terminoloġija razzista kontra l-Lhud. Stqarret li hemm ħafna aktar xi jsir sabiex id-diskors kollu ta' mibegħda jkun indirizzat b'mod ġust, inkluż permezz ta' iżjed infurzar tal-liġi u iżjed prosekuzzjonijiet skont il-bżonn. "Dan jgħodd għal Malta bħalma jgħodd għal diversi Stati Membri oħra. Kulħadd għandu jagħmel il-parti tiegħu sabiex neliminaw id-diskors ta' mibegħda fis- soċjetajiet Ewropej," kompliet tgħid hi. F'paġna 10 diġà ġiet spjegata aħjar il-kwistjoni ta' Frances Haugen u Facebook għalhekk il- gazzetta ILLUM staqsiet lil Dalli x'se tagħmel il-Kumissjoni issa li semgħet lil Haugen. Fid-diskors li sar dakinhar tal-konferenza, Dalli kienet diġà indikat li l-Kummissjoni Ewropea se tkun qed tagħmel proposta ħalli jidħlu proviżjonijiet diretti fit-Trattat tal-Unjoni Ewropea sabiex inkunu jitwessa' l-iskop tad-Deċiżjoni Qafas. Il-Kummissarju spjegat li fil-konfront tal-midja soċjali diġà teżisti sistema volontarja li permezz tagħha l-UE taħdem ma' pjattaformi differenti sabiex jwaqqfu u jneħħu kull kontenut ta' din ix-xorta. "Beħsiebna nkompluh dan u fejn nistgħu nibnu fuq li diġà għandna sabiex l-internet ikun post sigur fejn kollha kemm aħna nkunu nistgħu naċċessaw l-informazzjoni mingħajr ma nsofru ebda forma ta' vjolenza." 'Il-Kummissjoni mhix se toqgħod lura milli ttella' Stat Membru jew ieħor quddiem il-Qorti tal- Ġustizzja' Kemm fid-diskors tagħha fil- konferenza u anke f 'seduti tal- Parlament Ewropew li ttrattaw id-diskors ta' mibgħeda, isemmew kemm il-darba l-Polonja u l-Ungerija. F'dan iż-żewġ pajjiżi twettaq, skont l-UE, ksur tad- drittijiet fundamentali tal-persuni LGBTIQ+. Dan fetaħ il-bibien għall-aktar abbuż fuq gruppi ta' minoranza. Allura, x'azzjoni konkreta se tieħu l-Kummisjoni fil- konfront tal-Polonja u l-Ungerija? Helena Dalli għażlet li ma tippronunzjax ruħha dwar il- passi li jmiss għax hemm xogħol għaddej mal-pajjiżi in kwistjoni. Ma ninsewx li l-Kummissjoni ħadet azzjoni legali kontra l-Ungerija u l-Polonja għal ksur tad-drittijiet fundamentali fis-sajf li għadda. "Li nista' ngħid biss hu li l-Kummissjoni Ewropea tieħu d-drittijiet tal-minoranzi bis- serjetà u mhix se toqgħod lura milli ttella' Stat Membru jew ieħor quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja meta tinħass il-ħtieġa," temmet tgħid mal-ILLUM. Il-gazzetta ILLUM titkellem mal- Kummissarju Ewropew għall- Ugwaljanza, Helena Dalli fuq il-libertà tal-kelma u d-diskors ta' mibgħeda li żdied tant f'pajjiżna fl- aħħar snin Aquaculture Resources Ltd is currently building its engineering team, which will operate and maintain a newly constructed state of the art rendering plant that will be in operation in the first quarter of 2022. The following vacancies are available: • Mechanical Engineer • Mechanical Technician • Electrical Technician • Electronics and Control Technician Detailed position descriptions are available on request via jz@aquacultureresources.com The successful candidates will be responsible for the overall Operation and Maintenance of the factory equipment, including secondary mechanical systems. Specialized training on the operation and maintenance of major equipment will be provided by Aquaculture Resources Ltd. Employment will be remunerated with an attractive package commensurate with the abilities and performance of the selected candidate. Interested candidates are to send their application via email, including a detailed Curriculum Vitae, by 10th December 2021 to jz@aquacultureresources.com

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 28 November 2021