Illum previous editions

ILLUM 28 November 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1432937

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 27

10 aħbarijiet IL-ĦADD 28 TA' NOVEMBRU 2021 • illum Ittra miftuħa: X'qed tieħdu b'din il-mibgħeda kollha? MARIANNA CALLEJA Meta konna nmorru l-iskola, ta' età żgħira għallmuna biex naqsmu l-ġugarelli ma' sħabna. Meta bdejna nitfarfru, għallmuna nesprimu ruħna u nirrispettaw l-ideat ta' xulxin. Meta konna mmorru il-museum apparti l-valuri kattoliċi, kienu għallmuna biex inħobbu lil xulxin mingħajr ebda preġudizzju, anzi nħobbu iktar lil dawk li huma inqas ixxurtjati minna. Filwaqt li nżommu dan kollu f 'moħħna, bla ma trid issib ruħek tistaqsi: Kif malli nixgħelu l-Facebook jintesa kull valur u prinċipju li għallmuna l-għalliema, il- katekisti u l-ġenituri tagħna? Mela fuq il-midja soċjali mhux xorta trid tħobb lil għajrek? Tgħin lil ħaddieħor? Taqsam l-ideat, l-ispazju u l-imħabba mingħajr preġudizzju? Kif taħt il-kappa "tal-liberta tal-espressjoni" naslu nweġġgħu lil ħutna? Dan kien il-ħsieb li ħareġ mill- konferenza bl-isem "Combatting and Preventing Hate Speech', organizzata mill-Kummisjoni Ewropea flimkien mal- Ambaxxata Ġermaniża f 'Malta nhar il- Ħamis, 18 ta' Novembru. Mhux imbilli nużaw l-iskuża tal-libertà tal-kelma… Realtà oħra li ġiet diskussa fil- konferenza, hi l-injoranza li jħaddan il- poplu meta jagħżel li jinjora d-definizzjoni propja tal-artiklu 10. Il-famuż artiklu, li kulħadd jikkwota qabel ma jipprova jiem il-vera tifsira warajh. Fi it kliem, l-artiklu 10 jgħid li kulħadd għandu d-dritt għal-libertà tal- espressjoni. Dan mingħajr indħil la minn awtorità pubblika u irrispettivament mill-Istat. Għaldaqstant, id f 'id ma' dak l-artiklu jiġi d-dmir. Il-libertajiet tiegħek, li tgħid li trid meta trid, jistgħu jkunu soġġetti għal kundizzjonijiet jew penali li huma preskritti mil-liġi u li huma meħtieġa f 'soċjetà demokratika. Dan ifisser, il- kliem tiegħek, skont l-artiklu, ma jistgħux iweġġgħu individwi oħra u ma jistgħux imorru kontra l-Kostituzzjoni, fost aktar kundizzjonijiet. F'dinja perfetta u stat utopjan, lanqas biss kien ikun hemm bżonn ninġabru f 'konferenza nisimgħu lil Helena Dalli u lil Owen Bonnici jitkellmu fuq x'inhi tagħmel Malta u l-Unjoni Ewropea kontra l-kliem ta' mibgħeda. Intant, il-konferenza saret, id-diskors ta' dawn il-kelliema seħħ u magħhom qamu mistosijiet bħal jekk il-leġislaturi u r-riformi kreati, kemm mill-UE u anke mill-Gvern Malti, humiex biżżejjed. Jekk tidħol ħames minuti fuq Facebook malajr taqra it kummenti li jwassluk għar-risposta. Mhux biżżejjed li ġiet imnedija riforma ġdida kontra r-razziżmu. Mhux biżżejjed li l-Kostituzzjoni ta' Malta, tniżżel id-diskors ta' mibgħeda bħala forma ta' kriminilità b'sentenza ta' ħabs f 'ċertu ċirkostanzi. Le, dan mhux biżżejjed, għax fil-verità Ċikku l-poplu xorta jista' jmur jiaħ grupp kontra nies ta' karnaġġjon iswed, paġna kontra LGBTIQ+ jew inkella jinġabar taħt is-swar tal-Belt Valletta u jħeġġeġ persuna taqbeż għal-isfel waqt li jxerridha virtwalment. Dan kollu mmotiva lill-gazzetta ILLUM biex titkellem mal-Kummissarju Ewropew għall-Ugwaljanza, Helena Dalli, u tistaqsi kif qed ikun żgurat li r-riformi u l-liġi jiġu inforzati. (Ara paġna 11) Il-mentalità ta' "aħna kontra huma" u l-famużi trolls Kien il-Ministru Evarist Bartolo li tliet snin ilu, f 'konferenza simili kkundanna l-mentalità ta' "aħna kontra huma" għax sempliċiment ma naqblux mal-individwi l-oħra. Bartolo dakinhar kellu raġun. Ġieli kont f 'diskussjoni u għax persuna ma taqbilx miegħek bħal donnok teħodha kontriha? Dlonk taqbad tgħid, "għax inti ma qbiltx miegħi, mela inti ħażin, jien tajjeb u allura inti kontrija." Minn hemm jaqbad murtal ta' kliem ikkulurit li biex jieħu ma tantx idum imma biex jieqaf mhux faċli. Fil-verità kieku tkellimtu t-tnejn bil-kalma probabbli kien jintlaħaq kompromess. Dan li semmejna hu biss tip wieħed ta' kliem ta' mibgħeda, dejjem jekk ikun qed jindirizza grupp ta' minoranza. Skont ir- riċerkatriċi Ġermaniża, Hannah Hauser, li tkellmet ukoll fil-konferenza, hemm aktar tipi ta' kliem ta' mibgħeda. Fosthom, bħal ma semmejna, kummenti li jinħolqu sforz is-saħna tal-mument u li wara l-kalma jiddispjaċina li għidna u magħhom il- famużi trolls. Dawn tal-aħħar sirna nisimgħu bihom ħafna aktar riċentament grazzi għall- kultura tal-midja soċjali, speċjalment fejn tidħol il-poltika. Donald Trump. pereżempju, kien akkużat illi kien qed iqabbad gruppi ta' nies biex fuq il-midja soċjali jgħajru gruppi ta' minoranza, speċjalment refuġjati. Iktar kemm għadda żmien, iktar bdiet tieħu forma it-tifsira wara l-isem 'trolls'. Hauser iddeskriviet lit-trolls bħala nies li jieħdu gost jweġġgħu lin-nies biex sempliċiment jiġbdu l-attenzjoni. Qishom dawk il-mostri fil-kotba tal-fantasija, li joħorġu minn taħt pont u jieħdu gost biss iwerwru n-nies. L-Ambaxxatur tal-Ġermanja f 'Malta, Walter Haßmann, qabel u żied jgħid li "mill-kumdità tad-darna, faċilment nistgħu nabbużaw, ngħajru u nargumentaw mingħajr ma naħsbu fil- konsegwenzi." Il-Gazzetta ILLUM tkompli tiftaħ id- diskussjoni dwar id- diskors ta' mibgħeda wara li attendiet il- konferenza "Combatting and Preventing Hate Speech" fejn fost l-oħrajn tkellmet ukoll il-Kummissarju Ewropew għall- Ugwaljanza, Helena Dalli Malta bla ebda protezzjoni kontra l-kliem tal-mibgħeda u l-miżinformazzjoni fuq Facebook Ġimagħtejn ilu, il-Parlament Ewropew poġġa għal seduta differenti fejn minflok ġie diskuss rapport, il-MEPs semgħu lil Frances Heugan tispjega l-allegazzjonijiet tagħha kontra Mark Zuckerberg u l-kumpanija tiegħu, META. Heugan fis-seduta, spjegat l-evidenza li hi mexxiet kontra Zuckerberg, is-sid ta' Facebook, Whatsapp u Instagram. Issemma kif il-pjattaformi ta' Zuckerberg, b'mod speċjali Facebook, mhux qiegħed jagħmel biżżejjed kontra l-miżinformazzjoni u l-kliem ta' mibgħeda. Minkejja dan, jidher li Facebook nefaq madwar $13-il biljun fuq kampanji u miżuri kontra l-istess kwistjoni. Allura jekk Zuckerberg qiegħed jgħid li nefaq $13-il biljun imma Heugan qed tgħid li Facebook mhux jagħmel biżżejjed ... dawn il-biljuni kollha fejn marru? Dawn qed imorru, skont Heugan, fl-ipperfezzjonar ta' Facebook fl-Istati Uniti u kull fejn hi użata l-lingwa Ingliża biex b'hekk is-sistema tagħraf mil-ewwel fejn qed jintuża kliem ta' mibgħeda u miżinformazzjoni. Sfortunatament din it-tip ta' intelliġenza artifiċjali għadha mhux disponibbli għal-lingwi bħal Malti. Dan ifisser illi sal-lum għadu ħafna iktar diffiċli tiġi miġġielda l-mibgħeda meta indirizzata b'lingwi lilhinn mill-Ingliż.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 28 November 2021