Illum previous editions

ILLUM 28 November 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1432937

Contents of this Issue

Navigation

Page 25 of 27

26 oroskopju IL-ĦADD 28 TA' NOVEMBRU 2021 Id-Disa' New Moon fiż-Żodjaku ta' Sagittarius Mill-Ħadd 28 ta' Novembru sas-Sibt 4 ta' Diċembru Aquarius mill-20 ta' Jannar sat-18 ta' Frar F'dan in-New Moon taż-żodjaku ta' Sagittarius għalik Aquarius ser ikun iffisser mument li ser jagħmlek aktar determinat fl-ambizzjonijiet li int tixtieq tibda twettaq. Dan jaf ikun mument ta' sfida f 'dan l-istadju iżda issa aktar minn qatt qabel int trid turi l-abbilta' tiegħek f 'dak li int finalment ser twettaq għal dik l-istabilta' mixtieqa. Kuluri idejali għal Aquarius huma l-kannella u l-oranġjo. Il-kristalla ideali għalik għal din il-ġimgħa hi l-Moonstone. Namaste Pisces mid-19 ta' Frar sal-20 ta' Marzu F'dan in-New Moon taż-żodjaku ta' Sagittarius għalik Pisces ser ikun mument eċitanti f 'dak li int trid twettaq. B'hekk int ser tkun aktar motivat sabiex b'hekk int tkompli miexi b'determinazzjoni u tħares il- quddiem f 'dak li hemm riesaq lejk. Kuluri idejali għal Pisces huma l-iswed u l-vjola. Il-kristalla ideali għalik għal din il-ġimgħa hi l-Aquamarin. Namaste Aries mill-21 ta' Marzu sat-19 ta' April F'dan in-New Moon taż-żodjaku ta' Sagittarius għalik Aries ser ikun mument ta' riflessjoni dwar liema direzzjoni int minn issa tixtieq tieħu. Minħabba li ser jagħddulek xi ħsibjiet dwar esperjenzi mill- passat, ovvjament dan jaf joħloq xi problema. Għalhekk għaraf biss x'esperjenzajt u kompli bit-twettieq għal futur stabbli. Kuluri idejali għal Aries huma l-aħmar u l-oranġjo. Il-kristalla ideali għalik għal din il-ġimgħa hi l-Black Opal. Namaste Taurus mill-20 ta' April sal-20 ta' Mejju F'dan in-New Moon taż-żodjaku ta' Sagittarius għalik Taurus ser ikun iffisser mument ta' diversi reflessjonijiet u għalhekk int trid tgħaraf tkun iffokat sabiex minn dawn ir-riflessjonijiet joħroġ l-aħjar sabiex tkompli bit-tkabbir tiegħek f 'dak li int tixtieq. Dan jista' jitwettaq għax grazzi għal dan il-qamar ser tkun aktar mottivata. Kuluri idejali għal Taurus huma l-aħmar u l-isfar. Il-kristalla ideali għalik għal din il-ġimgħa hi t-Tigers Eye. Namaste Gemini mill-21 ta' Mejju sal- 20 ta' Ġunju F'dan in-New Moon taż-żodjaku ta' Sagittatius għalik Gemini ser ikun iffisser li trid timxi b'aktar għaqal sabiex iżomm lilek innifsek iffokat aktar mis-soltu sabiex ma tikkomettix ċertu żbalji li forsi jistgħu jkunu ta' xi konsegwenzi, iżda tkattar dak li hemm riesaq lejk sabiex ovvjament tissaħħaħ aktar kemm fil- ħiliet tiegħek kif ukoll fl-istabilta' ta' madwarek. Kuluri idejali għal Gemini huma l-isfar u l-kannella. Il-kristalla ideali għalik għal din il-ġimgħa hi l-Onyx. Namaste Cancer mill-21 ta' Ġunju sat- 22 ta' Lulju F'dan in-New Moon taż-żodjaku ta' Sagittarius għalik Cancer ser ikun iffisser mument ta' riflessjoni profonda dwar bidla li ser ikollok twettaq. Issa minħabba dan int trid tgħaraf tikkontrolla aktar kemm lilek innifsek u ferm aktar is-sitwazzjonijiet li jistgħu jiżviluppaw madwarek waqt li ġej żmien it delikat lejk imma żgur li dan int kapaċi tegħlbu. Kuluri idejali għal Cancer huma l-griż u blu. Il-kristalla ideali għalik għal din il-ġimgħa hi l-Jade. Namaste Leo mit-23 ta' Lulju sat-22 ta' Awwissu F'dan in-New Moon taż- żodjaku f 'Sagittarius għalik Leo ser ikun iffisser mument ta' aktar konċentrazzjoni u għalhekk issa għandek tgħaraf tikkontrolla aktar kemm lilek innifsek u kemm il-madwar tiegħek sabiex dak li riesaq lejk tiffaċjaħ b'aktar fokazzjoni u trankwillita' sabiex b'hekk tkun aktar deċiż f 'dak li int ser twettaq. Kuluri idejali ghal Leo huma l-aħmar u l-kannella. Il-kristalla ideali għalik għal din il-ġimgħa hi l-Lemon Quartz. Namaste Virgo mit-23 ta' Awwissu sat- 22 ta' Settembru F'dan in-New Moon taż-żodjaku f 'Sagittarius għalik Virgo ser ikun iffisser mument ta' aktar kontroll fil- madwar komplut tiegħek fejn jekk int issoltu kont tkun ikkontrollat minn ċertu aspetti tal-ħajja. Dan issa sejjer jinbidel kompletament għax minn issa l-quddiem il-kontroll trid tibda twettqu bit-tħejjija ta' pjan sabiex int tisaħħaħ aktar. Kuluri idejali għal Virgo huma l-abjad u l-oranġjo. Il-kristalla ideali għalik għal din il-ġimgħa hi l-Amber. Namaste Libra mit-23 ta' Settembru sat- 22 ta' Ottubru F'dan in-New Moon taż-żodjaku f 'Sagittarius għalik Libra ser ikun iffisser mument li jqawwilek iżjed il-moral tiegħek sabiex b'hekk int tgħaraf aktar tkompli tissaħħaħ fil- karriera tiegħek kif ukoll tal-madwar tiegħek. Dan huwa perjodu ferm utli għalik sabiex it-tisħieħ li hemm bżonn ikompli ikattar il-ġejjieni tiegħek. Kuluri idejali għal Libra huma l-isfar u lewn id- deheb. Il-kristalla ideali għalik għal din il-ġimgħa hi s-Saphire. Namaste Scorpio mit-23 ta' Ottubru sal- 21 ta' Novembru F'dan in-New Moon taż-żodjaku f 'Sagittarius għalik Scorpio ser ikun iffisser mument li tgħaraf timxi aktar b'dak il-pass mgħaġġel fejn minn issa l-quddiem int tibda twettaq deċiżjonijiet b'aktar determinazzjoni u ħeġġa. Dan ikun iffisser li r-ritmu tal- ħajja tiegħek ser jesperjenza aktar tkabbir fl-istabbilta' li hi tant meħtieġa għalik. Kuluri idejali għal Scorpio huma l-blu u r-roża. Il-kristalla ideali għalik għal din il-ġimgħa hi l-Cats Eye. Namaste Sagittarius mit-22 ta' Novembru sal-21 ta' Diċembru F'dan in-New Moon taż-żodjaku f 'Sagittarius għalik l-istess Sagittarius ser ikun iffisser mument li int trid tgħaraf aktar tqassam il-bilanċ tiegħek kemm għalik personali u anke għal ma' dawk ta' madwarek. Għalkemm int se tkun mitluf ħafna dwar xi idejat ġodda xorta waħda għandek tgħaraf twettaq dan il-bilanċ sabiex tkompli miexi lejn tkattir. Kuluri idejali għal Sagittarius huma l-griż u l-isfar. Il-kristalla ideali għalik għal din il-ġimgħa hi l-Fire Gate. Namaste Capricorn mit-22 ta' Diċembru sad-19 ta' Jannar F'dan in-New Moon taż-żodjaku f 'Sagittarius għalik Capricorn ser ikun iffisser ħtieġa ta' aktar paċenzja. Dan jaf ikun tajjeb sabiex int tgħaraf aktar b'għaqal dak li tixtieq twettaq fil-karriera tiegħek. Għaraf l-esperjenza li int akkwistajt sa issa sabiex b'hekk finalment tirbaħ dak li int tant tixtieq. Riflessjoni tkun idejali għalik. Kuluri idejali għal Capricorn huma l-blu u l-oranġjo. Il-kristalla ideali għalik għal din il-ġimgħa hi r-Rose Quartz. Namaste L-ewwel Premju: Voucher bi skont fuq il- pubblikazzjonijiet kollha ta' PaulJon, flimkien mal- Kalendarju Żodjaku 2020. It-tieni Premju: Voucher bi skont fuq trattament tas-sbuħija, mogħti minn Angels and Crystals Beauty Wellness Salon Marsascala, flimkien ma' tifkira tal-Kalendarju Żodjaku 2020. L-ewwel premju ntrebaħ minn: Sandra Borg mill-Imsida It-tieni premju ntrebaħ minn: Helen Vella mir-Rabat Mistoqsija sempliċi ta' din il-ġimgħa hi: Iż-żodjaku ta' Sagittarius huwa t-tminn, id-disa' jew l-għaxar żodjaku? Ibgħat it-tweġiba postali tiegħek lil: Paul Jon, Kompetizzjoni "ILLUM", Po Box 27, Paola. JIBDA D-DISA' ŻODJAKU TA' SAGITTARIUS Diċembru jlaqqagħna ma' żewġ żodjaki mportanti fl-aħħar kwart ta' dan il- kalendarju żodjaku, fejn l-ewwel nesperjenzaw iż-żodjaku ta' Sagittarius imbgħad lejn tmiem ix-xahar nesperjenzaw iż-żodjaku ta' Capricorn. Dan ix-xahar jikkombina diversi aspetti. Minbarra l-astroloġija, jlaqqagħna mal-bidla ta' l-istaġuni minn dak tal-ħarifa għal bidu tal-istaġun kiesaħ dak tax-xitwa, iżda ovvjament attivita' mportanti huwa jum il-Milied u twelied tas- sena l-ġdida. Iż-żodjaku ta' Sagittarius huwa preżentat b'żewġ simboli, s-simbolu tal-vleġġa u s-simbolu ta' kreatura nofsha umana u nofsha ta' żiemiel jew ċerva. Is-simbolu prinċipali jibqa l-vleġġa li skont il-mitoloġija Griega, tissimbolizza fejqan imsejjaħ healing li hu mezz ta' fejqan mhux taħt kura medika imma mezz ta' fejqan b'meditazzjoni profonda. Il-vleġġa għanda t-tieni tifsira, dik ta' pont li jgħaqqad lid-dinja tagħna ma' dik imsejjħa l-eternita' spiritwali. Jkompli. KOMPETIZZJONI MA' PAULJON

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 28 November 2021