Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1432937
25 kummerċjali illum • IL-ĦADD 28 TA' NOVEMBRU 2021 għandna bżonn fl-ambjent mibni tagħna. L-istat ta' kuntentizza tagħna u t-titjib fil- kwalità tal-ħajja jiddependu minn din il- bidla," jenfasizza s-Sur Gingell. Minbarra li r-rebbieħa jirċievu iżjed kredibbiltà, kemm mal-professjonisti tal- industrija kif ukoll mal-klijenti prospettivi, kull rebbieħ ta' premju jiġi ppreżentat bi trofew esklussiv tad-disinjatur Kane Cali, ispirat mill-forom angolari tal- fortifikazzjonijiet famużi tal-Belt Valletta. Ir-rebbieħa jingħataw l-opportunità li jipparteċipaw f 'firxa wiesgħa ta' inizjattivi kummerċjali u ta' relazzjonijiet pubbliċi għal sena. Il-MASP Awards ta' din is-sena jinkorporaw bidliet li jirriflettu bl-aħjar mod l-industrija dinamika li jirrappreżentaw. Flimkien mal-introduzzjoni ta' kategoriji ġodda u xi reviżjonijiet ta' oħrajn eżistenti, it-tielet edizzjoni se tkun l-ewwel waħda li tirrikonoxxi l-apprezzament tal-pubbliku ġenerali lejn l-arkitettura ta' kwalità lokali. Wara rispons mill-partijiet interessati fl-industrija, il-Premju ta' Riabilitazzjoni u Restawr tal-edizzjonijiet preċedenti nqasam fi tnejn billi issa hemm premju separat li jirrikonoxxi proġetti fejn l-enfasi primarja kienet li tiġi rrestawrata u ppreservata l-awtentiċità ta' bini u monumenti. Il-premju tad-disinn issa ġie estiż biex jinkludi bini u strutturi li mhux biss jinsabu f 'ambjent urban, iżda li juru disinn sabiħ f 'ambjent rurali jew marittimu. Sadanittant, premju ġdid għall-Arkitettura Residenzjali huwa ddedikat għal bini residenzjali ta' kwalità. Il-firxa ta' dawn il-MASP Awards se testendi aktar min dik ta' edizzjonijiet preċedenti. Premju ġdid għall-Fotografija tal-Arkitettura huwa miuħ għal kulħadd f 'Malta, li ser jinkludi sottomissjonijiet ta' fotografija ta' arkitettura lokali mibnija wara l-1960. Bl-istess mod, din is-sena l-pubbliku jista' wkoll jivvota online għal kwalunkwe proġett fil-premjijiet, bir-rebbieħ ġenerali jirċievi rikonoxximent addizzjonali. Iċ-Ċerimonja tal-Premjijiet għall- edizzjoni tal-2021 se ssir fit-Teatru Manoel fil-Belt Valletta nhar is-Sibt 26 ta' Frar 2022, f 'konformità mal-protokolli attwali kollha tal-COVID-19. Wieħed jista' jissottometti applikazzjoni għall-premjijiet sal-Erbgħa 5 ta' Jannar 2022, filwaqt li l-votazzjoni tal- pubbliku se ssir bejn l-24 ta' Jannar u l-5 ta' Frar 2022. "Il-ġurija se tevalwa l-forma, il-funzjoni, l-innovazzjoni, il-kwalità, is-sostenibbiltà u l-effiċjenza tal-enerġija ta' kull proġett biex tagħżel ir-rebbieħ f 'kull kategorija," temm jgħid is-Sur Gingell. "Il-MASP Awards huma opportunità kemm għal dawk li ma' ilhomx jaħdmu fl-industrija kif ukoll għal dawk li huma esperjenzati sew fl-industrija biex jingħaqdu flimkien u juru l-proġetti ta' kwalità u l-ideat innovattivi tagħhom, għall- benefiċċju tal-futur tal-arkitettura Maltija." Aktar informazzjoni u dettalji tas- sottomissjonijiet huma disponibbli online fuq www.maspawards.com 1. Rehabilitation & Conservation Award 2. Restoration Award 3. Design Award for Good Architecture, Building and Structure 4. Residential Architecture Award 5. Public Open Spaces Award 6. Commercial and Public Buildings Award 7. Interior Architecture Award for residential projects 8. Interior Architecture Award for Commercial or Public Buildings 9. Urban Planning Concept Award 10. Hospitality, Tourism Accommodation & Leisure Award 11. Emerging Architect Award 12. Architecture Photography Award Design Award for Good Architecture, Building and Structure Interior Architecture Award for Commercial or Public Buildings Interior Architecture Award for Residential Projects Emerging Architect Award Residential Architecture Award