Illum previous editions

ILLUM 28 November 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1432937

Contents of this Issue

Navigation

Page 19 of 27

20 opinjoni IL-ĦADD 28 TA' NOVEMBRU 2021 • illum Carmel Cacopardo Nirregolaw il-lobbying Carmel Cacopardo huwa ċ-Chairperson tal-ADPD M eta l-Parlament, xi snin ilu approva l-liġi dwar l-iStandards fil-Ħajja Pubblika ma kien wasal għall-ebda konklużjoni dwar kif kellu jkun regolat il-lobby- ing. Dan ġie pospost billi intalab li jkun ikkunsidrat mill-Kummissar- ju dwar l-iStandards fil-Ħajja Pub- blika, li sa dakinnhar kien għadu ma nħatarx. Il-Kummissarju kellu jfassal linji gwida dwar il-lobbying. Issa għaddew kważi sentejn minn meta l-Kummissarju dwar l-iStandards fil-Ħajja Pubblika ippubblika dokument konsultattiv dwar ir-regolamentazzjoni tal-lobbying f 'Malta. F'dan id-dokument, George Hyzler, il-Kummissarju, jfisser il-ħsibijiet tiegħu dwar kif il-lobbying f 'Malta għandu jkun irregulat. L-uffiċċju tal-Kummissarju dwar l-iStandards fil-Ħajja Pubblika talab assistenza teknika mill-Unjoni Ewropea, mid- Direttorat Ġenerali dwar ir- Riformi Strutturali. L-assistenza intalbet fil-qasam tal-"integrità pubblika". L-Unjoni Ewropea ingaġġat tim tekniku mill-OECD li preżentement qiegħed Malta jassisti l-uffiċċju tal-Kummissarju dwar l-iStandards fil-Ħajja Pubblika. Iktar kmieni din il-ġimgħa kelli l-oportunità ta' diskussjoni utli ħafna ma wieħed mill-esperti tal-OECD dwar il- lobbying. Nittamaw li fil-ġimgħat li ġejjin ikun possibli għall-Kummissarju li jħabbar proposta ċara dwar kif għandna nirregolaw il-lobbying f 'Malta. Fid-dokument konsultattiv tiegħu ta' sentejn ilu l-Kummissarju ġustament jemfasizza li kawża taċ-ċirkustanzi partikolari tal- pajjiż, speċjalment id-daqs tal-pajjiż u tal-popolazzjoni, dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet huma faċilment aċċessibli għall- kulħadd. Dan iwassal għall- konklużjoni li it hemm ħtieġa biex ikun regolat il-lobbyist professjonali. Iktar jagħmel sens, jemfasizza l-Kummissarju, li jkunu ndirizzati l-kuntatti bejn min jieħu d-deċiżjonijiet u l-individwi privati li għandhom aċċess daqstant faċli għalihom. Dan, jgħid il-Kummissarju, għandu jsir bil-għaqal mingħajr ma jkun ostakolat il-kuntatt dirett bejn il-politiku li jiddeċiedi u l-votant fil-kostitwenza. Filwaqt li dan hu punt validu huwa ukoll perikoluż. Għax filwaqt li huwa veru li fil-kostitwenza li tissaħħah id-demokrazija, huwa veru ukoll fil-kostitwenza hemm l-għalqa fertili tal-klijenteliżmu. Anke dan karatteristika importanti ta' dan il-pajjiż żgħir. Il-lobbying huwa dwar kif tinfluwenza lil min jiddeċiedi. Huwa perfettament leġittimu għal kull ċittadin, jew grupp ta' ċittadini, inkella negozji jew NGOs li jfittxu li jinfluwenzaw it-teħid tad-deċiżjonijiet. Dan isir il-ħin kollu u jinvolvi l-komunikazzjoni ta' informazzjoni lill-politiċi, parlamentari u amministraturi. Ovvjament jinfurmhom b'dan kollu min għandu interess fid-deċiżjonijiet li jkunu qed jikkunsidraw li jieħdu. Hu għalhekk li hu meħtieġ li l-lobbying isir b'mod li jkun trasparenti biex ikun jidher ċar li l-affarijiet qed isiru sewwa. Dan normalment isir billi jkun assigurat li l-laqgħat li jkollhom dawk f 'karigi politiċi jew amministrattivi jkunu dokumentati sewwa u li l-minuti u d-dokumenti li jkun hemm magħhom ikunu aċċessibli għal skrutinju pubbliku. Dan jindirizza l-lobbying formali. Minbarra dan hemm imbagħad il-lobbying informali, li jista' jkun ta' uġiegħ ta' ras kbira. Dan jista' jkun irregolat biss jekk dawk effettwati jikkooperaw. Għax l-uniku mod prattiku kif dan jista'jsir hu li jkunu huma stess li minn jeddhom jagħmlu awto- dikjarazzjoni. Imma hemm iktar minn hekk ukoll. Hemm mod ferm agħar kif isir il-lobbying. Oqsma organizzati tal-industrija jew tan-negozju jimpjegaw bħala konsulenti tagħhom persuni li jkunu irtiraw jew spiċċaw minn karigi politiċi jew amministrattivi. B'dan il-mod jassiguraw li dan il-"konsulent" jagħmel użu minn dan l-għarfien, informazzjoni u kuntatti mill- qasam li qabel kien jirregola: din id-darba imma fl-interess ta' min jimpjegah issa. Din jirreferu għaliha bħala ""revolving-door recruitment" u teħtieġ li tkun regolat illum qabel għada.. Hemm bosta eżempji kemm mill-kamp lokali kif ukoll minn barra. Dwarhom diġa ktibt fil- passat. Dan jista' jkun regulat billi jkun stabilit żmien raġjonevoli li, sakemm jgħaddi, l-persuna ma tkunx tista' timpjega ruħha fis- settur ekonomiku li fih qabel kellha resposnabbiltà deċiżjonali jew regolatorja. F'demokrazija r-regolamenta- zzjoni tal-lobbying hu essenzjali. Mingħajr regolamentazzjoni il-lob- bying jista' jiżviluppa f 'korruzzjo- ni, u ġeneralment hekk jiġri. Il-lobbying jista' jkun attività leġittima. B'regolamentazzjoni adegwata biss jista' jkun assigurat li l-lobbying jibqa' f 'limiti leġittimi. F'demokrazija r-regolamentazzjoni tal-lobbying hu essenzjali. Mingħajr regolamentazzjoni il-lobbying jista' jiżviluppa f'korruzzjoni, u ġeneralment hekk jiġri

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 28 November 2021