Illum previous editions

ILLUM 28 November 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1432937

Contents of this Issue

Navigation

Page 18 of 27

19 opinjoni illum • IL-ĦADD 28 TA' NOVEMBRU 2021 Kwalità ta' ħajja aħjar: sena wara S ena ilu, f 'din l-istess gazzetta ILLUM, tajt l-opinjoni tiegħi dwar is-sostenibilità, u għidt li din tfisser li rridu nilħqu bilanċ biex ikollna kwalità ta' ħajja aħjar. Kont għidt illi: "Din mhix xi buzzword iżda r-realtà ġdida li rridu naħdmu biha. Kull settur jista' jikkontribwixxi biex verament ikollna impatt pożittiv fuq il-ħajja ta' kull wieħed u waħda minna." Għaddew 12-il xahar minn meta ġejt fdata mill-Prim Ministru Robert Abela biex inmexxi l-Ministeru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli. Ministeru ġdid li juri li l-Gvern qed jaħdem biex is-suċċess tiegħu mhux biss jitkejjel fuq l-iżvilupp ekonomiku, imma anke fuq il- kwalità tal-ħajja taċ-ċittadini Maltin u l-Għawdxin. Dan kien il-qofol tal-ħidma tal- Ministeru u l-entitajiet rispettivi tul il-ħidma tiegħi matul din is-sena. Sew meta konna qed nfasslu il- politika jew miżuri għall-intrapriżi; sew meta konna qed niddiżinjaw proġetti għal aktar spazji miuħa; jew meta konna qed nippjanaw inizjattivi għall-iżvilupp sostenibbli l-prinċipji tas-sostenibbiltà kienet il-gwida li mexxietna. Se nibda minn waħda mill-aktar miżuri li nħoss li hija tanġibbli u li n-nies ħassewha direttament fil-bwiet tagħhom: l-użu tal- enerġija rinovabbli fid-djar jew fuq il-post tax-xogħol. Din is-sena offrejna l-aktar skemi ambizzjużi biex inħeġġu l-investiment f 'dan il-qasam. Il-viżjoni tagħna hi li nżidu l-użu tal-enerġija nadifa. Dan ma jistax isir mis-settur pubbliku waħdu u se nkomplu ninċentivaw l-involviment tas-settur privat u l-familji. Għall-familji, żidna l-iskemi biex barra li jinvestu f 'teknoloġiji bħal solar water heater u pannelli tax-xemx, jinvestu wkoll f 'batteriji biex jaħżnu l-enerġija ġenerata ħalli jkunu jistgħu jużawha aktar tard matul il-ġurnata jew bil-lejl. Rajna żieda ta' 15% fuq l-applikazzjonijiet għal dawn is- sistemi meta mqabbla mas-sena ta' qabel. Ridna nippremjaw lin-nies għal dan l-investiment. Meta l-iskemi tal-Feed-In-Tariff ġew introdotti minn amministrazzjoni Nazzjonalista, kellhom skadenza ta' sitt jew tmien snin. Ħafna familji spiċċaw jieħdu anqas mil-orħos rata għal kull unit ta' l-elettriku. Ħadna d-deċiżjoni li kull skema tiġi estiża awtomatikament biex tkopri perjodu ta' 20 sena, li bejn wieħed u ieħor tkopri l-lifetime ta' pannella tax-xemx. L-investiment f 'enerġija rinovabbli jaqbel għal pajjiżna, jirriżulta f 'anqas emissjonijiet u anqas tniġġis fl-arja li jwassal għal mard respiratorju u mard ieħor. It-trasport huwa settur ieħor minn fejn nistgħu nnaqqsu t-tniġġiż u f 'pajjiżna n-nies kienu qed jitolbu għal infrastruttura aktar b'saħħitha biex jiċċarġjaw il-vetturi eletriċċi. F'din is-sena rajna li nagħtu spinta meħtieġa u se nkomplu ninvestu. Minn 56 charging pillar, sal- aħħar tas-sena n-nies se jkollhom total ta' 186 charging pillar. 130 charging pillar ġdid li joffru 260 charging point. Se nibdlu wkoll il-56 charging pillar li twaħħlu snin ilu biex it-total ta' charging points jitla' għal 362. Fi tliet snin, dawn irriduhom jiżdiedu b'1,200 charging point oħra. Iridu lill-privat jinvesti fl-enerġija, fejn mhux biss qed nistiednu l-investituri jinvestu fi proġetti ta' enerġija rinovabbli fuq skala akbar – anke fil-baħar tagħna– imma qed ngħinu u ninċentivaw il-kumpaniji nfushom biex jinvestu f 'aktar makkinarju li huwa effiċjenti u f 'sistemi li jikkonsmaw anqas enerġija. Qegħdin inħeġġu lill- kumpaniji l-kbar jinvestu fil-kriterji ta' ESG: kriterji ambjentali, soċjali u ta' governanza. Dawn il-kriterji jimbuttaw lill-kumpaniji biex il- proġetti tagħhom ikunu sostenibbli, b'impatt pożittiv mhux biss fuq il-profitti imma wkoll fis-soċjetà li joperaw fiha b'impatt pożittiv fuq l-ambjent. Il-kriterji ESG qed isiru importanti anke għal investituri barranin li qed ifittxu li jinvestu. Fil- jiem li ġejjin se nkunu qed nħabbru inizjattiva importanti oħra bħala parti mill-ħidma tagħna. In-nies ma tagħtix valur lill- flus biss, iżda tħares lejn ħin ta' kwalità li tistà tqatta' mal-ħbieb jew il-familja. Konxji mit-talba tan-nies għal aktar spazji miuħa u ħdimna biex nagħtu spinta lill-aktar spazji miuħa matul din is-sena, anke permezz ta' Parks Malta u l-kollaborazzjoni li qed nidħlu fiha kemm ma' entitajiet jew għaqdiet volontarji, kif ukoll mal-kunsilli lokali. Ħabbarna diversi proġetti li l-ħidma fuqhom bdiet – ħidma li tvarja bejn dik amministrattiva u teknika għal dik fiżika. Punt kruċjali kien li ndaħħlu s-sostenibilità anke fl-ispazji miuħa – ġonna li huma carbon neutral – bħal dak tal-Kalkara – jew il-Bee Garden f 'San Ġwann. Qed naraw li dawn l-ispazji jkun self-sustaining, bid- dawl iġġenerat mix-xemx, u sistemi ta' irrigazzjoni intelliġenti biex ma jkunx hemm ħela ta' ilma waqt it-tisqija. Dan fejn ikollna ġonna b'ġibjuni fil-viċinanzi fejn bl-ilma tax-xita jkun jista jinġabar l-ilma u jerġa jintuża għat-tisqija ta' dawn il-ġonna. Dan mingħajr ma nsemmi l-kampanji ta' tindif li għamilna fil- widien u l-manutenzjoni tal-widien biex nipproteġu l-biodiversità u t-tħawwil ta' aktar siġar f 'postijiet differenti. L-akbar promoturi tal-bidla għal ħajja sostenibbli huma t-tfal. Dan narah fiż-żjarat li jkolli u fid-diskussjonijiet edukattivi meta npoġġu flimkien u nitkellmu dwar l-iżvilupp sostenibbli. M'humiex biss konxji tal-iżvilupp sostenibbli imma jafu x'inhuma dawk l-affarijiet li rridu nbiddlu biex nagħmlu d-differenza – bħal li nnaqqsu l-użu tal-plastik. Bħalissa filfatt għaddejjin bl-installazzjoni ta' water fountains fl-iskejjel biex it-tfal jixorbu ilma frisk u ta' kwalità fi fliexken li jġorru magħhom. Is-sostenibilità hija stil ta' ħajja li tibda sa mit-twelid u għalhekk ngħid li fost l-isbaħ inizjattivi li ppreżenta dan il-Ministeru din is-sena hija s-Sustainable Baby Box, kaxxa bi prodotti eco-friendly li qed titqassam b'xejn għal kull tarbija li titwieled. Din hija inizjattiva li ilni noħlom dwarha sa miż-żmien tiegħi fil- Parlament Ewropew meta kont qed nara x'jiġri f 'pajjiżi bħall-Irlanda. Din l-inizjattiva tgħin lill-familji jagħmlu għażliet aktar sostenibbli fix-xiri u l-konsum tal-prodotti tagħhom. Dan huwa biss it mix-xogħol li għamilna matul din is-sena u nħares 'il quddiem għal sena oħra mimlija ħidma. Minn 56 charging pillar, sal-aħħar tas-sena n-nies se jkollhom total ta' 186 charging pillar. 130 charging pillar ġdid li joffru 260 charging point. Se nibdlu wkoll il-56 charging pillar li twaħħlu snin ilu biex it-total ta' charging points jitla' għal 362 Miriam Dalli hija l-Ministru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli Miriam Dalli

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 28 November 2021