Illum previous editions

ILLUM 28 November 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1432937

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 27

13 intervista illum • IL-ĦADD 28 TA' NOVEMBRU 2021 naħsbuha ... għandna fost l-aktar ekonomiji miftuħa' ma jsirux attakki bl-ajru jew bil- baħar u lanqas ma jkollha hawn bażi militari. Imma akar li dan ma jfissirx li Malta ma tistax tagħmel ħsara. "Jekk aħna nħallu lil pajjiżna jsir ċentru għall-kuntrabandu taż-żejt, għat-traffikar tad- droga jew għall-ħasil tal-flus, nistgħu nagħmlu l-ħsara. Illum nista' nattakka pajjiż mingħajr ajruplani jew missili, imma b'mod ċibernatiku. Id-daqs mhuwiex importanti. Meta aħna ngħidu li ma rridux inħallu lil pajjiżna jagħmel ħsara lil pajjiżi oħra, hija xi ħaġa pożittiva," kompla jisħaq. Fakkar li Malta għandha politika attiva ta' sigurtà fiċ- ċentru tal-Mediterran, għax minn hawn jgħaddi kwart tal-kummerċ tad-dinja. "Kieku aħna nħallu lil pajjiżna u ta' madwarna għall-kummerċ maħmuġ, nagħmlu l-ħsara. Dak ukoll huwa d-daqs ta' pajjiż. Il- pożizzjoni tagħna fil-Mediterran hija importanti ħafna," kompla. "Importanti għax aħna mhux biċċa minn ħaddieħor u s-saħħa tagħna żdiedet għax aħna parti mill-Unjoni Ewropea." Qal li it tal-ġimgħat ilu kellu laqgħa ma' Ministru Ċiniż. "Tista' timmaġina kif tħossok titkellem ma' Ministru taċ-Ċina. Hu stess qalli li l-pożizzjoni tagħna hija importanti għax ninsabu fit- tarf tal-Ewropa, l-Afrika u huma jżidu wkoll l-Asja," saħaq. "Mhux ngħid li aħna ċ-ċentru tad-dinja imma niżbaljaw jekk narmu lilna nfusna." 'Ma nistgħux inkunu passivi...' Kien għalhekk li saħaq li Malta mhux talli ma tridx tagħmel ħsara, talli fejn tista' tgħaddi kelma għall-ġid. "Nieħdu l-borma tagħli tal- Mediterran bejn l-Eġittu, it- Turkija, il-Greċja u Ċipru. Dawn kollha jriduna nżommu magħhom. Aħna nitkellmu favur il-kompromess u d-djalogu," saħaq. "Bilfors irridu nkunu attivi. Jekk inkunu passivi, aħna nkunu ħut mejjet li jinġarr mal-kurrent u kurrenti hawn ħafna." 'Biex din l-istrateġija tagħmel sens trid tkun tal-pajjiż sħiħ' Fit-tnedija tal-istrateġija, il- Ministru Bartolo qal li l-għan prinċipali ta' din l-istrateġija huwa politika barranija li sservi lin- nazzjon, l-interessi u liċ-ċittadini tagħna. L-ILLUM staqsietu biex jispjega dan b'mod konkret. Beda jispjega li l-politika barranija mhijiex biss xi ħaġa tal-Ministru għall-Affarijiet Barranin. Lanqas ma hi xi ħaġa tal-kabinett, imma tal-pajjiż kollu kemm hu. "Biex din l-istrateġija tagħmel sens trid tkun tal-pajjiż sħiħ. Inkella kif se niġbdu l-kummerċ jew l-investiment? Għalhekk diġà ressaqna dan id-dokument quddiem il-Kumitat Parlamentari għall-Affarijiet Barranin u għalhekk se nitkellmu mal-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Soċjali u Ekonomiku," spjega Bartolo. "Jekk kien hemm prova kemm dan il-Ministeru jrid jaħdem ma' kulħadd u ma' ministeri oħra, żgur li kien fi żmien il-pandemija." Fakkar li kien hemm nies li riedu jiġu lura minn diversi pajjiżi, anke dawk 'il bogħod. Aħna ridna nġibuhom u dan billi ħdimna ma' ħafna entitajiet oħra, fosthom mal-ambaxxati u mal-Air Malta. "Kellna bżonn ilbies protettiv għall-Covid. Ħdimna ma' sħabna tas-saħħa u ġibnihom. Pajjiżi oħra qalulna li kellhom ċittadini li riedu jirritornaw. Aħna ħdimna biex nassiguraw li dawn jirritornaw. Dejjem trid taħdem ma' gvernijiet differenti, ministeri u entitajiet oħra," saħaq il-Ministru. '... għandna nimplimentaw ir- rakkomandazzjonijiet kollha tal-inkjesta pubblika' Tkellimna fuq ir-reputazzjoni, bl-ILLUM tistaqsih li r-reputazzjoni ta' pajjiż hija importanti meta jiġi biex ipoġġi ma' pajjiżi oħra għad-diskussjoni. Il-fatt li Malta hija l-uniku pajjiż tal-Unjoni Ewropea fuq il-lista l-griża, dan mhux qed itappan ir-relazzjoni tagħha ma' pajjiżi oħra? Aħna se nitkellmu kontra l-korruzzjoni? "Wieħed irid ikun onest għax inkella ma nsolvux problemi," beda jisħaq il-Ministru. Fakkar kif aktar kmieni din is-sena, il-Gvern organizza diskussjonijiet virtwali ma' madwar 2,500 ruħ minn 70 pajjiż differenti, minn oqsma varji, fosthom regolaturi, ekonomisti, nies fil-qasam tal-liġi etċ. Id- diskussjoni kienet dwar il-ħasil tal-flus, il-finazjament tat- terroriżmu u l-korruzzjoni. "Aħna qajjimna din id- diskussjoni u apprezzaw. Min irid iħawwad u min irid jieħu sehem f 'reati ekonomiċi internazzjonali, se juża kull pajjiż fejn jista'," saħaq il-Ministru. Propju għalhekk li x-xewqa tal- Ministru Bartolo hija li jkun hemm netwerk ta' pajjiżi żgħar biex flimkien jiġġieldu dawn ir-reati. Fil-fatt, dwar dan, diġà kien hemm diskussjonijiet ma' Ministri oħra barranin u organizzazzjonijiet internazzjonali. "Dawn kollha jippridkawlna u jagħtuna fuq rasna. Aħna qed ngħidulhom biex apparti li jiġbdulna l-attenzjoni, jgħinuna niffaċċjaw u nindirizzaw dawn l-isfidi, għax dawn mhux l-ewwel darba li ħallew ċittadini tagħhom jużawna bħala fossa. Il-ħmieġ jinġabar hawn imma ġej minn xi mkien ieħor," saħaq il-Ministru. Fakkar pereżempju kif Malta hija fost l-akbar reġistraturi ta' vapuri u għamlet proposta li qed tintlaqa' tajjeb. Insista li jekk xi ħadd juża vapur irreġistrat bil- bandiera Maltija għal kummerċ maħmuġ u jitħassar minn fuq ir-reġistru marittimu Malti, ma għandux imbagħad jitħalla jirreġistra f 'pajjiż ieħor. "Hekk jiġri b'nies li r-regolaturi f 'Malta ma jaċċettawhomx. Immorru pajjiżi oħra u jaċċettawhom. Aħna qed ngħidu li għandu jkun hemm patt bejn il-pajjiżi biex jaqsmu l-informazzjoni flimkien," saħaq il-Ministru. 'Dan il-Ministeru mhuwiex make-up artist' Dwar il-lista l-griża tal-FATF, il- Ministru insista li Malta għandu jkollha l-kuraġġ u l-onestà li tiffaċċja n-nuqqasijiet tagħha u tirranġaha. "Dan il-ministeru mhuwiex make-up artist. Dmirna mhux li nagħmlu l-make-up fuq xi ħaġa kerha biex ma tibqax kerha imma li nbiddlu dak li hemm bżonn inbiddlu. Fuq il-kwistjoni tal- qtil ta' Daphne Caruana Galizia lil lilna għamlilna ħafna u ħafna ħsara, hemm biss triq waħda, jiġifieri li toħroġ il-verità kollha u jitwettqu r-rakkomandazzjonijiet kollha li hemm fl-inkjesta pubblika," insista Bartolo. Saħaq ukoll li kien hemm min ikkritikah li ma rnexxilux jikkonvinċi biżżejjed lil membri tal-FATF biex ma jivvutawx kontra Malta. "Għandek prodott u r-reklamar tiegħu. L-aqwa riklam huwa l-prodott innifsu," saħaq Bartolo. "Anke hawn irridu nkunu u qed inkunu attivi. Jekk xi ħadd prova juża strutturi f 'Malta biex jaħbi flus maħmuġa, ma għandux ikun aċċettat minn pajjiżi oħra." 'Aħna nistgħu nitkellmu għax ma għandnix aġenda' Tkellimna wkoll fuq is- sostenibbilità li l-istrateġija wkoll issemmi. Insista li Malta mhux l-ewwel darba li ħarġet bi proposti kbar f 'dan ir-rigward. Fakkar kif fl-1969 kien diplomatiku Malti, Arvid Pardo, li ħareġ bl-idea li l-ġid f 'qiegħ il-baħar għandu jkun wirt komuni tal-umanità. "Dik se joħroġ biha pajjiż kbir li għandu s-saħħa jaħtaf fejn jista' jaħtaf ?," staqsa l-Ministru. "Konna aħna li fl-1988 għidna l-ewwel li l-kwistjoni tal-klima hija ta' tħassib għall-umanità kollha." Kien hawn li l-Ministru insista li anke fil-kwistjoni tat-tibdil fil- klima, Malta trid issemma' leħinha għall-bqija tal-pajjiżi ż-żgħar. Qal li hu jikkalkula li minn madwar 190 pajjiż, 40 jikkwalifikaw bħala stati żgħar. "Dawn huma l-inqas li jipproduċu tniġġis u huma l-aktar li se jweġġgħu," saħaq Bartolo waqt li semma pajjiżi żgħar fil-Paċifiku li l-ogħli fil-livell tal-baħar diġà beda jaffetwahom. "L-għelieqi tagħhom spiċċaw. Qed jieklu biss ikel tal-bott. Tista' timmaġina? Saħħithom diġà marret lura." Fakkar ukoll li tliet kwarti tal- oċeani ma huma tal-ebda pajjiż u hemm qed isiru atroċitajiet kbar. "Huma pajjiżi bħalna li rridu nitkellmu dwar dan. Pajjiżi kbar mhux se jitkellmu fuqhom. Bħal meta nitkellmu fuq in-nefqa fl- armamenti. Is-sena li għaddiet, id-dinja ma sabitx 50 biljun dollaru biex nagħtu t-tilqima lid-dinja kollha imma 72 biljun dollaru biex nimmodernizzaw l-armi nukleari tagħna, sibnihom. Kien hemm pajjiżi li ma kellhomx biżżejjed għall-ventilators imma ffirmaw biex ikollhom aktar armi, arjuplani u bastimenti tal-gwerra," insista. Fi kliemu, huma pajjiżi bħal Malta li jistgħu jitkellmu u jqajmu kuxjenza dwar dan għax ma għandhomx aġenda. "Se jagħtu kasna? Jekk ma ngħidu xejn żgur mhux se jagħtu kasna. Aħna nistgħu nqajmu kuxjenza," temm jisħaq il- Ministru.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 28 November 2021