Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1432937
L -istorja tat-Twelid ta' Kristu, minkejja s-sem- pliċita' tagħha, kienet, għadha u tibqa' issaħħar lil kulħadd, kbar u żgħar. Sa minn żmien ilu, Malta u Għawdex baqgħu magħrufa għall-imħabba lejn din il-ġrajja li drajna nżejnu- ha bil-Presepju. Kont għadni naqra ta' tifel meta missieri kien jibnielna l-Presepju fid-dar. Ġimgħat qabel kien jieħu lili u lil ħija , xi sentejn iżgħar minni, biex inġibu l-ġebel addattat għall-bini tal-Presepju minn ħdejn il-knisja ta' Santa Dminka fit-tarf tar-Rabat. Sena wara l-oħra kont nistenna dan iż-żmien, li baqa' stampat ġo moħħi sal-ġurnata tal- lum. Barra l-ġebel, konna mmorru nġibu r-rina (trab safrani) minn fuq l-Għolja ta' Gelmus, ir-Rabat, u l-leħjet ix-xiħ min-naħa Ta' Sarċ, f 'Kerċem. Kull sena konna nkabbru dan l-imbierek ta' Presepju li missieri kien jibnielna b'tant paċenzja fil-kantina. Il-kantina fejn kien jibnielna l-Presepju kienet post abitabbli għall-aħħar, arjuża u mdawwla sew b'żewġt itwieqi għall- barra, allavolja taħt l-art. Ta' tfal li konna, il-pasturi konna nixtruhom minn tlett iħwienet principali: dak ta' Majsi Zahra, li kienu jgħidulu tal-Għadmu, ta' Ġużepp Meylaq imlaqqam tal-Belt u ta' Toni Borg ta' Kuzzitu. Dawn kienu lkoll mir-Rabat. L-ewwel tnejn kienu jagħmlu l-pasturi huma stess. Kienu veru mgħallmin u tas- sengħa. Bħala dilettant tal-Presepju għad fadalli fil-kollezzjoni tiegħi pasturi lkoll maħduma minnhom. Nibża għalihom daqs il-mimmi t'għajnejja, u kull meta narahom niakar f 'dak iż-żmien sabiħ. Barra il-Madonna, San Ġużepp u s-Slaten Maġi, li kellhom ilbies antik Lhudi, il-pasturi l-oħra kellhom ilbies Malti. Per eżempju fil-grotta tat-Twelid konna mpoġġu l-mistagħġeb b'idejh miuħa u mgħollija 'l fuq, waqt li maġenbu kien jidher l-aduratur, għarkubbtejh u b'rasu baxxuta. Xi daqqaqa bl-istrument f 'idejhom kienu jkunu preżenti wkoll. Jagħti ħafna fil-għajn, konna nwaħħlu l-Anġlu bil-karta tal-Gloria f 'idejh, fuq l-Għar tat-Twelid. Maġenb l-Għar prinċipali kien jinbena għar ieħor, iżda kemmxejn iżgħar. Dan l-għar kien jissejjaħ tar-ragħajja għax fih konna npoġġu xi żewġ ragħajja għassa mal-merħla tan-nagħaġ lesti biex jitilqu ħalli jaraw it-Tarbija Divina. Hawnhekk konna npoġġu l-massa tan-nagħaġ. F'post li jidher sewwa f 'dan l-għar konna npoġġu l-anġlu jagħti l-aħbar tat-Twelid. Fuq ix-xellug tal-Presepju kont nagħmel taraġ waqt li fuq il- lemin kont nifforma trejqa wieqfa wieqfa biex tasal għat-tieni indana tal-Presepju. Din il-parti kienet tħabbatni sew u kemm-il darba kien jisfronda xi parti minnu. Fuq dan is-saff kont nagħmel xi għar baxx b'xi mara qed taħsel il-ħwejjeġ. Pero' fuq ħafna spazju ta' din ix-xaqliba kont inpoġġI fih xi djar tal-kartun. Għad fadalli tlett idjar ħelwin li kont nuża f 'dan il-Presepju. F'xi passaġġi jew triqat kont npoġġi xi ragħajja mexjin bil-merħla. Kont nuża xi nagħaġ li kont nagħmilhom imxabbtin fuq il-blat. Mhux l-ewwel darba jew tnejn li kienet tidgerbibli xi waħda għal isfel. Is-saqajn tagħhom tat-tafal kienu fraġli ħafna u l-biċċa kbira tagħhom kienu jinkisru. Lil din in-nagħġa b'sieq waħda kont impoġġiha sserraħ ma' xi nagħġa oħra jew mal-ħajt tal-blat. Fl-aħħar kont npoġġi is-siġar tas-sagħtar. Dawn billi kien fihom dehera li tgħaxxaq kienu jimlew il- kantina bir-riħa li toħroġ minnhom. Billi missieri kien parrukkier, dawn is-siġar maqtugħin friski kien iġibhomlna ċertu Menzju minn Ta' Sannat u kien jaqtagħhom minn fuq Ta' Ċenċ. Meta kien ikun lest il-Presepju, erħilhom sħabi t-tfal tal-iskola deħlin u ħerġin mill-kantina biex jaraw il-Presepju . Mill-banda l-oħra jien u ħija konna morru sikwit f 'darhom nistagħġbu bil- bravura tagħhom. Kbirt u xorta bqajt dilettant tal-Presepju. Kont dħalt membru fl-Għaqda Ħbieb tal-presepju Għawdex-Malta fejn għadni s'issa. Illum f 'Għawdex il-ħeġġa għall- Presepju kibret ħafna. Fi gżiritna din l-Għaqda qed tagħmel kull sforz u rnexxielha tqajjem iżjed interess fil-Presepju. Dan l-artiklu huwa wieħed f 'sensiela ta' artikli li qed tiġi iffaċilitata b'arranġament milħuq bejn id-direzzjoni tal-ġurnal ILLUM u l-Kunsill tal-Assoċjazzjoni tal-Għaqdiet Mhux Governattivi Għawdxin - (Gozo NGOs Association) - VO No: 0145. Permezz ta' dan l-arranġament il-ġurnal Illum qiegħed jipprovdi pjattaforma għall-vuċi tas-settur tal-volontarjat u l-għaqdiet mhux governattivi (NGOs) Għawdxin. Settur (illum imsejjaħ bħala it-tielet settur) importanti ħafna f 'kull kommunità, iktar u iktar f 'dik Għawdxija. Dawk l-Għaqdiet tal-volontarjat li huma attivi f 'Għawdex u li jkun jixtiequ jagħmlu użu minn din l-inizjattiva huma mitluba li jinfurmawna b'dan l-interess permezz ta' emejl indirizzata: info@ gozongos.org Anton Galea Anton Galea huwa Membru tal-Kumitat tal-Għaqda Ħbieb Tal-Presepju Għawdex-Malta 1985 23 opinjoni illum • IL-ĦADD 28 TA' NOVEMBRU 2021 Kemm inħobbu l-Presepju!