Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1435350
11 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 5 TA' DIĊEMBRU 2021 tal-qbiela biex bdiewa ma jibqgħux jiġu żgumbrati agrikola. L-istess f 'Malta, bejn għal infrastruttura, bejn għal żvilupp u bejn l-użu tal-art agrikola għal użu rekreazzjonali, l-art agrikola li tinħadem qed tisparixxi quddiem għajnejna. Is-sidien min-naħa l-oħra xi drabi ma tagħtihomx tort, iżda l-prezzijiet drastiċi li qed jintalbu għall-art agrikola ukoll mhux tgħin lil bidwi jkompli jaħdem. Xi drabi d-dejn fiss li jidħol fih il- bidwi huwa tqil wisq. Kien ġie innotat, bħal ma hu l-każ f 'Malta, li l-bidwi beda'jaħdem biex jgħix minflok jaħdem biex jagħmel profitt. X'tgħid il-liġi Franċiża? Kellha tkun it-Tieni Gwerra Dinjija li tagħti aktar drittijiet lill-bidwi Franċiż fil- fatt sa nofs is-seklu 20, is-sid kellu poter fuq il-bidwi. L-ewwelnett, bħalma aħna għandha il- Kostituzzjoni ta' Malta, Franza għandhom il-Kodiċi Napoleoniku. Dan hu uffiċjalment il-Kodiċi Ċivili Franċiż, stabbilit taħt il- Konsulat Franċiż fl-1804, u għadu fis-seħħ sal-ġurnata tal-lum. Approvat u iffirmat minn Napuljun Bonaparti nnifsu, dan il-kodiċi kien uġigħ ta' ras kbira mhux biss għal bdiewa iżda wkoll għan-nisa, tfal, nies vulnerabbli u nies foqra. Dan għaliex kien miktub bl- għan li jagħti saħħa lir-raġel sinjur. Sintendi din ma kinitx tirrifletti tajjeb fuq il-bdiewa. Il-liġi tal-agrikoltura fi Franza kienet prinċiparjament inbiddlet sabiex il-Gvern jinkoraġġixxi l-iżvilupp tas-settur agrikolu, b'mod speċjali l-bdiewa, mhux ir-raħħala. Tajjeb li ninotaw differenza waħda bejn Malta u Franza. Ġie innotat minn riċerkaturi Franċiżi li fin-Nofsinhar ta' Franza, reġjuni bħal Occitanie, hemm iktar raba frank, maħdum mis-sid stess. Min- naħa l-oħra fit-Tramuntana ta' Franza, f 'reġjuni bħal Pays de la Loire, hemm raba maħdum bil-qbiela. F'Malta pero', bħal ma diġà spjega sew Malcolm Borg, għandna romniet sħaħ ta' raba bil-qbiela. Implimentata fl-1945, il-Code Rural a bail hu mibni fuq erba' prinċipji. • Il-bidwi huwa garantit aċċess għall-art fit-tul • Il-livell ta' dħul huwa kkontrollat mill- Istat • Poltika speċifika fil-każ ta' kunflitti. • Ħidma flimkien ma' politiki oħra fosthom dawk ta' żvilupp u infrastruttura Skont din il-liġi, il-kuntratti jistgħu jsiru kemm bil-miktub jew verbalment. Il-perjodu minimu ta' snin li bidwi jikri l-art bil-qbiela mis-sid hu ta' disa' snin iżda perjodu ta' 18-il sena u 25 sena huma aċċettati bil-liġi wkoll. L-aħħar għażla hi li bidwi jikri l-art għal-istess ammont ta' snin li għandu biex jirtira. Eżempju jekk għad baqgħalu 36 sena biex jirtira, il-kuntratt isir għal 36 sena. Jekk il-bidwi imut qabel ma jagħlaq il- kuntratt, l-art tmur għand l-eredi. Fil-każ li l-bidwi jagħmel xi żviluppi li jtejbu l-valur tal-art, is-sid irid jagħti kumpens lis-sid. Min-naħa l-oħra, jekk malli jagħlaq il-kuntratt, is-sid jagħżel li ma jġeddidx il-kuntratt sabiex ibigħha, ix-xerrej irid ikollu esperjenza ta' aktar minn tlett snin fil-biedja. X'effetti ħalliet din il-liġi? Il-politika tal-biedja bil-qbiela fi Spanja, li kienet inspirata minn dak li ġara fi Franza, kellha effetti differenti ħafna. Is- sidien tal-art irreaġixxew billi rriutaw li jagħtu l-artijiet tagħhom biex jinħadmu minn ħaddieħor. Minħabba dan, l-aċċess għall-art huwa saħansitra aktar diffiċli minn qatt qabel, speċjalment għall-bdiewa ġodda. Id-dgħjufija relattiva tal-organizzazzjonijiet tal- bdiewa Spanjoli meta mqabbla mal-organizzazzjonijiet agrikoli Franċiżi hija x'aktarx waħda mir-raġunijiet li tispjega dan in-nuqqas relattiv. Numru ta' bdiewa Franċiżi jisħqu li l-implimentazzjoni tal- liġi agrikola fi Franza kienet biss possibbli grazzi għal pressjoni li saret minn għaqdiet tal-bdiewa. Intant, wieħed mill-effetti sekondarji li ħalliet il-liġi Franċiża hu li fiż-żmien it-80ijiet ġiet inutata żieda qawwija fil- produzzjoni ta' prodotti agrikoli. Din waslet għal kriżi kronika ta' produzzjoni żejda li intremiet u ħalliet effetti negattivi fuq l-ambjent. Dan ġie solvut iktar tard grazzi għall- esportazzjoni, li iktar tard fid-90ijiet provdiet ukoll lil bdiewa b'ħafna aktar profitt. Il-Ministru Anton Refalo