Illum previous editions

ILLUM 5 December 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1435350

Contents of this Issue

Navigation

Page 25 of 27

26 oroskopju IL-ĦADD 5 TA' DIĊEMBRU 2021 It-tielet ġimgħa fiż-żodjaku ta' Sagittarius Mill-Ħadd 5 ta' Diċembru sas-Sibt 11 ta' Diċembru Aquarius mill-20 ta' Jannar sat-18 ta' Frar F'din it-tielet ġimgħa fiż-żodjaku ta Sagittarius għalik Aquarius ser jurik li int ma tistax tibqa bħal qisek qegħda tgħix fil-passat. Sfortunatment dan il- passat li huwa mwaħħal miegħek trid tgħaraf li tkun b'saħħtek u tagħmlu kapitlu magħluq. Int ma tistax tispira lilek innifsek lejn futur aħjar jekk int ser tibqa' mwaħħal mal-passat tiegħek. Dati ideali għal din il- ġimgħa huma: 5, 7 u 9. Il-kristalla ideali għalik hi l-Amber. Namaste Pisces mid-19 ta' Frar sal-20 ta' Marzu F'din it-tielet ġimgħa fiż-żodjaku ta Sagittarius għalik Pisces ser iġgħelek tħoss li int trid twettaq tibdil madwarek. Fost it-tibdil hemm li int trid issib aktar spazju u aktar ħin għalik innifsek u dan għandu jservik sabiex barra li int tgħaraf tibda tħossok aħjar, dan ikun mezz sabiex tibda tgħaraf aktar il-bilanċ tal-ħajja ta' madwarek aktar aħjar. Dati ideali għal din il-ġimgħa huma : 6 , 8 u 11. Il-kristalla idejali għalik hi l-Cat's eye. Namaste Aries mill-21 ta' Marzu sat-19 ta' April F'din it-tielet ġimgħa fiż-żodjaku ta Sagittarius għalik Aries ser ikun mument fejn int tibda tirranġa dawk id-differenzi li int għandek madwarek speċjalment jekk dawn id-differenzi qed ikunu ta' ħsieb. Dan huwa l-aħjar mument li int tista' tgħaraf sew sabiex dan jitranġa sabiex b'hekk int tkun tista' tgħaraf aħjar dak it-twettieq meħtieġ jitwettaq. Dati ideali għal din il-ġimgħa huma : 8 , 9 u 10. Il-kristalla idejali għalik hi l-Blue Topaz. Namaste Taurus mill-20 ta' April sal-20 ta' Mejju F'din it-tielet ġimgħa fiż- żodjaku ta Sagittarius għalik Taurus ser ikun dak il-mument ta' riflessjoni profonda ta' dak li int qed tesperjenza. Issa huwa ferm importanti li int trid tasal għal forma ta' konklużjoni li tkun idejali kemm għalik personali u kemm għal dawk ta' madwarek u b'hekk l-istabbilta' li tixtieq tibda titkattar. Dati ideali għal din il-ġimgħa huma : 5 , 7 u 11. Il-kristalla idejali għalik hi l-Fluorite. Namaste Gemini mill-21 ta' Mejju sal- 20 ta' Ġunju F'din it-tielet ġimgħa fiż-żodjaku ta Sagittarius għalik Gemini ser ikun perjodu fejn int tagħmel analażi u riflessjoni tiegħek innifsek sabiex b'hekk int tkun tista' tara x'hemm l-aktar meħtieġ li int tibda twettaq minn dawk id-diversi proġetti li hemm ippjanati. Dati ideali għal din il-ġimgħa huma : 7 , 9 u 10. Il-kristalla idejali għalik hi s-Sapphire. Namaste Cancer mill-21 ta' Ġunju sat- 22 ta' Lulju F'din it-tielet ġimgħa fiż-żodjaku ta Sagittarius għalik Cancer ser joffrilek dak l-għarfien profond ta' dawk ta' madwarek li huma lesti jkunu miegħek f 'appoġġ fi twettieq u tibdil li int ser tkun qed twettaq fil-ġimgħat li ġejjin. Għalhekk agħmel analażi profonda sabiex ikollok aktar serħan tal-moħħ. Dati ideali għal din il-ġimgħa huma : 6 , 7 u 9. Il-kristalla idejali għalik hi l-Moonstone. Namaste Leo mit-23 ta' Lulju sat-22 ta' Awwissu F'din it-tielet ġimgħa fiż- żodjaku ta Sagittarius għalik Leo ser ikun mument li jagħmlek tirrifletti aktar fuq dak li fil- mument int qiegħed tħoss ġewwa fik. Ovvjament peress li bħalissa m'intix kuntent għal dak li bħalissa hemm madwarek taqatax qalbek għax dan ser jibda jinbidel u int ser tibda tħossok aktar int innifsek u b'hekk tgħaraf iżjed x'għandek twettaq. Dati ideali għal din il-ġimgħa huma : 6 ,8 u 10. Il-kristalla idejali għalik hi l-Jasper. Namaste Virgo mit-23 ta' Awwissu sat- 22 ta' Settembru F'din it-tielet ġimgħa fiż-żodjaku ta Sagittarius għalik Virgo ser ikun mument ta' riflessjoni profonda fil-karriera tiegħek li fil-ġimgħat li ġejjin ser ikunu quddiem nett tal- pjannijiet tiegħek u dan sabiex int tkompli titkattar aktar. Grazzi għal dan int ser tkompli tkun attiv u motivat u dan jawgura tajjeb sabiex int tkompli miexi lejn żmien pożittiv. Dati ideali għal din il-ġimgħa huma : 7 , 8 u 11. Il-kristalla idejali għalik hi l-Onex. Namaste Libra mit-23 ta' Settembru sat- 22 ta' Ottubru F'din it-tielet ġimgħa fiż-żodjaku ta Sagittarius għalik Libra ser jagħmlek tgħaraf aktar il- pożizzjoni li bħalissa qeda ddur madwarek. Int għandek tagħmel kuraġġ u ssib dak il-mezz kif tista' tagħmel lilek innifsek aktar motivat għax jekk int ser toqgħod taħrab mir-realta' din is-sitwazzjoni taf iġġib konsegwenzi. Dati ideali għal din il-ġimgħa huma : 5 , 8 u 10. Il-kristalla idejali għalik hi r-Rose Quartz.Namaste Scorpio mit-23 ta' Ottubru sal- 21 ta' Novembru F'din it-tielet ġimgħa fiż-żodjaku ta Sagittarius għalik Scorpio ser ipoġġik f 'sitwazzjoni ta' tħassib u dan jaf ikollu ċertu effett li jħarbatlek ċertu pjanijet li int għandek imħejjija. Għalhekk waqt li tara kif b'aktar mod intelliġenti tegħleb dan l-ostaklu u b'hekk int tkun kapaċi tibqa' għaddej bil-pjanijiet tiegħek. Għandek taħtaf dan il-perjodu sabiex tgħaraf tisaħħaħ aktar. Dati ideali għal din il-ġimgħa huma : 6 , 9 u 11. Il- kristalla idejali għalik hi il Quartz. Namaste Sagittarius mit-22 ta' Novembru sal-21 ta' Diċembru F'din it-tielet ġimgħa fiż-żodjaku ta Sagittarius għalik l-istess Sagittarius ser jagħmlek tgħaraf tikkumbatti nċertezzi li ma jħallukx tavvanza kif int tixtieq. Dan qiegħed ikun ta' ħafna tfixkil għalik u għalhekk aktar minn qatt qabel int trid tgħaraf tuża moħħok sabiex tħares il- quddiem b'aktar determinazzjoni. Dati ideali għal din il-ġimgħa huma : 5 , 7 u 10. Il-kristalla ideali għalik hi t-Topaz. Namaste. Capricorn mit-22 ta' Diċembru sad-19 ta' Jannar F'din it-tielet ġimgħa fiż-żodjaku ta Sagittarius għalik Capricorn ser jurik li int trid tkompli tistinka għal dak li int ksibt b'tant dedikazzjoni. Għalkemm bħalissa hemm xi ntoppi madwarek trid tgħaraf iżjed il-ħeġġa kbira li int għandek ġewwa fik sabiex b'hekk int tkompli tavvanza lejn aktar miri ta' stabbilta. Dati ideali għal din il-ġimgħa huma : 7 , 9 U 11. Il-kristalla idejali għalik hi l-Yellow Topaz. Namaste L-ewwel Premju: Voucher bi skont fuq il- pubblikazzjonijiet kollha ta' PaulJon, flimkien mal- Kalendarju Żodjaku 2020. It-tieni Premju: Voucher bi skont fuq trattament tas-sbuħija, mogħti minn Angels and Crystals Beauty Wellness Salon Marsascala, flimkien ma' tifkira tal-Kalendarju Żodjaku 2020. L-ewwel premju ntrebaħ minn: Nadia Spiteri minn Naxxar It-tieni premju ntrebaħ minn: Pauline Borg minn Marsaxlokk Mistoqsija sempliċi ta' din il-ġimgħa hi: Il-Qamar kwinta ta' Sagittarius jiġi fid-19, fil-21 jew fis-27 ta' Diċembru? Ibgħat it-tweġiba postali tiegħek lil: Paul Jon, Kompetizzjoni "ILLUM", Po Box 27, Paola. Iż-żodjaku ta' Sagittarius u l-Qmura Iż-Żodjaku ta' Sagittarius bħal kull żodjaku ieħor iwasslilna ż-żewġ qmura li dawn ser ikunu jwasslu bosta aspetti pożittivi. In-New Moon li beda l-bieraħ is-Sibt 4 ta' Diċembru ser ikun qiegħed jagħti spinta sabiex tgħaraf tkun iffokat ferm iżjed lejn il-madwar tiegħek, lejn il-personalita' tiegħek u lejn twettieq ta' tibdil fil-ħajja personali tiegħek. Il-Qamar Kwinta jiġi l-Ħadd id-19 ta' Diċembru u dan ser ikun qiegħed iwasslek għal aktar mumenti sensittivi, tkun aktar konxju fit-twettieq, tkun aktar ikkonċentrat jagħti wkoll għarfien lejn is-saħħa tiegħek fejn hawn trid tagħti għarfien. B'hekk b'dawn il-qmura int trid tgħaraf kemm jistgħu jkunu ta' benefiċċju għalik. Int li taqa' taħt dan iż-żodjaku għandek l-opportunitajiet li tiaħ toroq ġodda, għandek l-opportunita' li tgħaraf tmexxi lilek innifsek iżjed il-quddiem fejn verament tixtieq u ovvjament sabiex titkattar u tkompli tisaħħaħ. Namaste KOMPETIZZJONI MA' PAULJON

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 5 December 2021