Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1435350
IL-ĦADD 5 TA' DIĊEMBRU 2021 • illum aħbarijiet Stop the spread of infection Stay home if you are sick Wash your hands regularly Cover your coughs and sneezes C M Y CM MY CY CMY K Stop the Spread Campaign (Newpaper Half pg advert) 2021.pdf 1 02/12/2021 13:12:45 'Is-suċċess tat-tonn jista' jkun replikat fuq prodotti oħrajn fir-relazzjoni Malta-Ġappun' ANTHEA CACHIA L-Ambaxxata tar-Repubblika ta' Malta għall-Ġappun ilha biss miuħa mit-28 ta' Settembru 2020. Minkejja dan tul din is-sena l-Ambaxxata ħadmet biex il-Ġappun tingħata togħma tal-kultura Maltija. Dan jinkludi introduzzjoni tal-ikel Malti, mużika Maltija amalgamata ma' dik Ġappuniża u saħansitra kors tal-lingwa Maltija fl-Università. Dan ħabbru l-Ministru għall-Affarjiet Barranin u Ewropej Evarist Bartolo wara li ġie mistoqsi mid-Deputat Carmelo Mifsud Bonnici dwar il-ħidma tal-istess Ambaxxata. Kommunikazzjoni kontinwa bejn l-Ambaxxata u Malta Malta kienet l-aħħar Membru Stat tal-Unjoni Ewropea (UE) li fetħet Ambaxxata tagħha ġewwa l-Ġappun. Waħda mill-irwoli tal-Ambaxxata huwa li tiġbor informazzjoni minn diversi sorsi f 'Tokjo, uħud mid-drabi anke qabel il-mezzi tal-kommunikazzjoni. Tul dawn il-15-il xahar li kienet miuħa l-Ambaxxata, fil-Ġappun kien hemm żewġ elezzjonijiet u żewġ Prim Ministri, Fumio Kishida u Yoshihide Suga. L-Ambaxxata tat rapporti kontinwi fuq l-andament politiku ġewwa Tokjo lill-Ministeru għall-Affarjiet Barranin. L-Ambaxxata tat ukoll is-sehem tagħha f 'inizjattivi relatati mal-promozzjoni tal- kandidatura ta' Malta għal Siġġu Mhux Permanenti fuq il-Kunsill ta' Sigurtà Nazzjonijiet Maqgħuda (UN) għas-snin 2023-2024 u żżomm kuntatt fil-qrib mar- Rappreżentazzjoni Permanenti fi New York. Esportazzjoni mhux biss ta' prodotti iżda tal- kultura Maltija L-Ambaxxata, ħadmet biex tippromwovi lil pajjiżna bħala sieħeb fil-kummerċ u destinazzjoni għall-investiment f 'diversi setturi inklużi l-agrikoltura, l-informatika, l-loġistika, l-industrija ċinematografika u l-manifattura. B'hekk, din il-ħidma ndirizzat l-eżigenzi tal-istakeholders kummerċjali Maltin li sa riċentament kienu qegħdin isibuha diffiċli li jagħmlu kuntatt mal-kontropartijiet tagħhom fil-Ġappun. Dan għaliex, is-suq tal-lokal kien jitlob preżenza ta' uffiċjali diplomatiċi b'għarfien tal-kultura impreditorjali Ġappuniża. Bartolo qal li Malta rnexxielha tikseb suċċess fl-esportazzjoni tat-tonn fil-Ġappun. "Dan is-suċċess jista' jiġi replikat bi prodottti lokali ġenwini u l-Ambaxxata qiegħda taħdem biex tiaħ is-suq Ġappuniż għal prodotti bħalma huma majjal, ġbejniet, għasel, żejt taż-żebbuġ, frott u ħaxix." Bħalissa, l-Ambaxxata qiegħda f 'kuntatt mal-Ministeru Agrikolu Ġappuniż u Malti biex prodotti Maltin jirnexxielhom jidħlu fis-suq Ġappuniż u jġibu l-permessi meħtieġa. Fl-Ambaxxata stess hemm tagħrif u kampjuni ta' dawn il-prodotti bil-għan li tippromwovi l-prodotti Maltin u tinkoraġixxi l-produtturi lokali biex jesploraw is-suq. Kotba fuq is-sorijiet, mużika Maltija bl- intelliġenza artifiċjali u ristorant Malti … kollox fil-Ġappun L-Ambaxxata ta' Malta ħadet diversi iniżjattivi biex tiffaċilità żieda fl-għarfien storiku u uman bejn iż-żewġ pajjiżi. Dawn jinkludu l-publikazzjoni tal-ewwel ktieb bl- Inglżi u traduzzjoni bil-Ġappuniż fuq il-ħajja ta' sorijiet Maltin tas-Sacro Cuor ġewwa l-Ġappun mill-bidu tas-seklu l-ieħor. L-Ambaxxata tat appoġġ lill-artisti Maltin fil-Ġappun billi għenet f 'esibizzjoni ta' arti kemm f 'Malta u Tokjo f 'Settembru u Ottubru s-sena l-oħra. Appoġjat ukoll l-Ambaxxata għal festival tal-films fejn intwera l-film Malti 'Lużżu' bis-sotto titoli bil-Ġappuniż. L-Ambaxxatur laqa' wkoll Ambaxxaturi oħrajn fir-ristorant Malti f 'Tokjo. Intlaqa' tajjeb ukoll id-difużjoni tal-ikel Malti ġewwa l-Ġappun kif ukoll pjanijiet ta' food truck u menu speċjali Malti f 'xi ristoranti. L-Ambaxxata ġewwa Tokjo kienet l-unika Ambaxxata Maltija li akkiwstat fondi tad- Diplomazija Kulturali għal żewġ proġetti tul din is-sena. L-ewwel proġett li jikkonsisti f 'dokumentarju lokali bil-lingwa Ġappuniża fejn jamalgama u jintroduċi mużika tradizzjonali Maltija ma' dik Ġappuniża. Dan permezz tal-użu tal- Intelligenza Artifiċjali. Bħalissa f 'Università f 'Tokjo qed tiġi mgħallma wkoll il-lingwa Maltija. L-Ambaxxatur qiegħed f 'kuntatt ma' Professur Ġappuniż u jtih l-għajnuna neċessarja biex jkompli jgħallem l-ilsien Malti.