Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1435350
17 kotba illum • IL-ĦADD 5 TA' DIĊEMBRU 2021 Wara li ra skipp ifur bl-irjus tal-ħnieżer b'għajnejhom baqgħu miftuħin, Daniel Pisani qaleb għall- veganiżmu. Mark Vella jintervista lill-awtur ta' A Plant-Based Maltese Kitchen, volum mill-isbaħ li jista' jirrivoluzzjona l-mod kif nieklu u nikkunsmaw. tittraduċi lilha nnifisha anki fil-mod kif nieklu, il-volumi li mhux biss nikkunsmaw imma li niddivoraw qisu xi ħadd qed jiġri warajna, u nibqgħu dejjem irridu u rridu. Id-diskors, għalhekk, bilfors idur għal x'baqa' mill-Malta tagħna, li tant inħobbu, mhux biss il-Malta ta' tfulitna li m'għandniex ċens perpetwu fuqha għal kif irriduha tibqa', imma l-pajjiż li jagħtina l-identità tagħna: storja li ma tistax titħassar iżda li donnha nagħmlu l-impossibbli biex neqirduha. Il-kċina Maltija, u dan narawh mhux biss mill-ktieb ta' Pisani, kienet storikament u tradizzjonalment dejjem waħda fqira, fil-fatt waħda bbażata fuq il-pjanti u l-ħxejjex, bil- laħam lussu ta' darba fil. L-ikel u kif nikluh jurina għalhekk kif qegħdin ngħixu u x'għażliet qed nagħmlu, sa ma bilfors nispiċċaw niddiskutu l-problemi tal-bini bla rażan, iż-żieda fit-tniġġis, id- dipendenza fuq il-karozzi: fil- qofol, ħajja mgħaġġla u rgħiba li ma taqbilx mal-ispirtu essenzjali ta' pajjiżna u l-kultura tiegħu kif żviluppat tul iż-żminijiet. Daniel jaf jitlaq minn Malta, bħala ħafna żgħażagħ oħra, li xebgħu jaraw il-ħolm u l-ideali tagħhom jinqatlu mat-twelid, kważi metafora tat-tbiċċir tal- annimali għall-konsum tal- massa. L-aħbar ħażina stajt ħallejtha għall-aħħar, għax kienet żgur tagħmel aktar effett, imma dan ktieb ta' min jiċċelebrah, minkejja kollox. U allura ngħaddu għall-ikel. Ktieb imqassam skont l-istaġuni, u kontra kotba oħra simili, mhux imballat b'għaxriet ta' riċetti u verżjonijiet sfurzati, imma tassew l-essenzjali. Daniel jitnebbaħ, bħala bosta minna, mit-tisjir ta' nanntu, u jżomm mat-tradizzjoni tal- kċina Maltija anki fil-mod kif jipproponi r-riċetti tiegħu. Jiġifieri, l-ebda sorpriża li taħsad, ħlief l-attenzjoni għall- ingredjenti: minn naħa, il-frisk u l-lokali, prodott minn tant bdiewa żgħar, u mill-oħra, is- suġġeriment etiku għal sostituti xierqa bħal fil-każ ta' prodotti tal-ħalib bħall-bajd u l-ġobon. Jien u nqalleb fil-ktieb malli wasalli, flejt il-werrej ta' wara u rajt li hemm riċetta sew tal- istuffat tal-fenek sew taz-zalzett Malti. Għidt f 'qalbi, miskin ma setax jgħaddi mingħajrhom dawn u kellu jdaħħal il-laħam xorta. Imma nsib li minflok fenek juża l-faqqiegħ tal-ferla, u z-zalzett, li s-soltu jsir mill-aħħar fdalijiet u l-bċejjeċ tal-ħnieżer, huwa taħlita ta' għazz, fażola bajda u żerriegħa tal-kittien. Insaqsih: allura dawn min se jikolhom? kif se tbigħhom lill- wikkiel Malti? U hawn nibdew nifhmu x'inhu tassew il-laħam. L-ewwel xogħol, dawn riċetti ppruvati, imtiegħma u mikula. Fil-każ tal-fenek, kulħadd qallu kemm il-faqqiegħa, meta mqiegħda fit-togħmiet taz-zalza tradizzjonali Maltija, tixbah fit- tessut u l-gidma il-laħam abjad. Min-naħa l-oħra, ir-riċetta taz- zalzett ħareġ biha missieru, il-patrijarka tal-laħam, li issa (imma kienet triq iebsa u twila), ikkonvinċa ruħu mil-missjoni t'ibnu, tant li d-ditta saret ukoll timporta s-sostituti tal-laħam, u uża l-għarfien espert tiegħu biex joħroġ b'daz-zalzett li mejjet biex nippruvah. Għax, kif jgħidli Daniel, is-sigriet taz- zalzett Malti huwa fit-taħwira tal-bżar u l-kosbor (li ovvjament qegħdin ukoll f 'din ir-riċetta ġdida), u bħal fil-każ tal-fenek, il-laħam jassorbi t-togħmiet li titfagħlu, u kieku mhux għalhekk, ma għandu togħma ta' xejn. Jew aħjar, żgur mintix se ttiegħem dak li s-soltu tassoċja ma' biċċa stejk tistrieħ f 'dik it- tikka għadira demm. A Plant-Based Maltese Kitchen jaf ikun ir-rigal alternattiv u etiku f 'dawn iż-żminijiet tal- vaganzi. Jiċċelebra r-rikezza tal-kultura Maltija kif anki espressa fl-ikel, anki kif naraw mir-ritratti mill-isbaħ li bih huwa miżgħud il-ktieb, li Pisani jikkwalifikahom billi jinsisti li mhuwiex fotografu. Bħalma jinsisti wkoll li mhuwiex kok. Jaf għax dal-ktieb huwa wisq aktar minn hekk. Mhuwiex ħarsa nostalġika lejn Malta li għebet jew waslet biex, imma aktarx sejħa biex inbiddlu ħajjitna, jew aħjar biex nesploraw u nerġgħu niskopru l-ġid li għandna quddiem għajnejna u li tant sirna nwebbsu rasna biex ma narawhx. Il-parir tar-reċensur: Kumpann inużwali u umoristikament kritika għar- riċetti ta' Daniel Pisani: Iżżewwiġt Vegana ta' Favio Brizzi, maqlub għall-Malti minn Ludvic Azzopardi Ferrando (Merlin, 2016)