Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1443444
11 analiżi illum • IL-ĦADD 16 TA' JANNAR 2022 ibbrilla, fejn biddel, fejn falla kien! Muscat u kif qawwiet ta' poter (Keith Schembri) tħallew joperaw b'impunità ma' qawwiet ta' negozju (Yorge Fenech et al) bil- konsegwenza li nħoloq l-ambjent perfett biex seta' jiġi esegwit l-assassinju. Ma' dan kellu l-uġigħ ta' ras tas-senserija ta' Rosianne Cutajar, l-allegazzjonijiet kontra Carmelo Abela (sa issa mhux sostanzjati b'ebda mod), l-messaġġi personali bejn Zammit Lewis u Yorgen Fenech u iktar riċenti d-deċiżjoni tal-Kummissarju tal-Istandards fir-rigward ta' kuntratt ta' €15,000 minn Justyne Caruana, lis-sieħeb tagħha. Imbagħad id-Deputat Ian Castaldi Paris ma ddikjarax madwar €300,000 u r-riżenja tad- Deputat Silvio Grixti li qed ikun investigat mill-Pulizija. L-istampa kollha hija iżda li fil-każ ta' Justyne Caruana kien hemm riżenja minn Ministru tal-Edukazzjoni, Cutajar minn Segretarjat Parlamentari, Castaldi Paris irtira l-kandidatura mal-Partit Laburista għall- elezzjoni ġenerali li jmiss u Grixti irriżenja minn Deputat. Minkejja l-ħidma li semmejna allura l-perċezzjoni popolari fl-aħħar sena u nofs kienet ta' Gvern li għandu wisq nies fi ħdanu li ħasbu għalihom, li fittxew li jistagħnew u li għamlu żbalji jew kisru l-etika mistennija mingħandhom - fi kliem ieħor nuqqas ta' governanza tajba. Għalhekk Abela la jfalli miżerjament - għax passi tajbin saru, xi ħaġa rikonoxxuta mill-Kummissjoni Venezja, il- Moneyval u anke l-FATF stess u anke saru l-ewwel tentattivi ta' rikonċiljazzjoni mal-familja Caruana Galizia! Pero' ma jmurx tajjeb ħafna għax il-passi tajbin kienu newtralizzati mill-iżbalji, iż-żelqiet u l-azzjonijiet ta' ċerti membri fil-Kabinett, tal-lum u ta' qabel. Fuq il-kwistjoni tal-governanza wkoll Abela qed ikun akkużat li qed jilgħab bid-demokrazija biex fil-Parlament idaħħal il-Yes men. Għalkemm huwa veru li l-proċess tal-co-option qed jiġi użat (u abbużat xi it!) biex Abela jpoġġi nies fil-Parlament li huma "magħżulin tiegħu", wieħed ma jistax ma jinnotax li l-għażliet ta' Abela - Jonathan Attard, Andy Ellul, Oliver Scicluna, Miriam Dalli u anke Clyde Caruana, huma kollha relattivament żgħażagħ, politiċi nodfa, teknokratiċi jew ġejjin minn ambitu inqas politiku u ta' midja u li qed jagħtu dehra aktar friska lill-Grupp Parlamentari Laburista. Jiġifieri dawn il-manuvri, jekk xejn, huma messaġġ ċar lill- votant Laburist ta' x'tip ta' politiċi jippreferi madwaru Robert Abela. Ekonomija/flus fl-idejn (8/10) Kemm ilu l-Partit Laburista fil- Gvern saru elenku ta' miżuri li niżlu tajjeb ferm ma' sezzjonijiet kbar tal-poplu: tneħħija tat- taxxa tal-boll mill-ewwel jew it-tieni proprjetà - miżura li tat imbutattura lis-settur tal-propjetà u għenet lil ħafna żgħażagħ isiru sidien ta' darhom, kif seħħ b'ħemel miżuri bħal equity sharing jew inkella skemi li permezz tagħhom il-Gvern iħallas id-depożitu ta' 10% lil dawk li ma jistgħux. Il-Gvern preżenti żied il- pensjonijiet f 'kull baġit, ħoloq u żied l-In Work Benefit għal ġenituri li jaqilgħu pagi baxxi, offra ċ-child care b'xejn - servizz li normalment jiswa' l-eluf kbar, filwaqt li daħħal ukoll it-tapering tal-benefiċċji sabiex il-benefiċċju tal-qgħad ma jispiċċax mill- ewwel, malli persuna ssib xogħol. Ħoloq ħlasijiet lil dawk ir-romol li ma ħadmux u spiċċaw bla pensjoni u żied l-għajnuna lil dawk li jieħdu ħsieb lill-ġenituri tagħhom. Kien hemm diversi miżuri oħrajn li laqtu sezzjonijiet differenti tal-poplu wkoll matul l-aħħar disa' snin, inkluż fl-aħħar sentejn. Pero' l-Gvern ta' Abela qed jerfa' wkoll il-piż tal-prezzijiet ogħla tal-enerġija - bil-Eurostat turi li Malta u Lussemburgu kellhom l-orħos kontijiet f 'Novembru 2021, u b'pajjiżna jżomm dawn il-prezzijiet f 'din l-istabbilità għal matul is-sena kollha. Anke fil- każ tal-prezzijiet tal-uwils - li bħalissa qed iwasslu għal prezzijiet ħafna ogħla madwar l-Ewropa - il-Gvern ta' Abela qed jagħmel l-istess u allura jżomm l-għoli tal- prezzijiet 'il bogħod minn xtutna (għalissa għall-inqas!). Mhux l-istess jista' jingħad għall-prezzijiet tal-ikel - li qed jaraw żieda kollettiva u f 'xi każi konsiderevoli minħabba diversi fatturi l-aktar: Iż-żieda qawwija fil-prezzijiet tal-qamħ u l-ġwież li jwassal għal żieda fil-prezzijiet tal-ħobż, ħalib, ċereali, ġobnijiet u aktar. Il-Brexit, li qed iwassal biex jonqsu u jiżdiedu fil-prezz prodotti mir-Renju Unit, kif ukoll żieda fil- prezzijiet ta' trasportazzjoni. Dawn huma kollha realtajiet li qed jgħafsu fuq il-but tal-poplu, speċjalment tal-ħaddiem u l-pensjonant, ta' dak li jaqlagħha u jikolha. Il-Gvern ta' Abela jaf li jikkontrolla l-prezzijiet ma jistax, pero' jaf ukoll li hi x'inhi r-raġuni u valida kemm hi valida, l-għoli tal-ħajja dejjem iġġib magħha tgergir, biża', nuqqas ta' kunfidenza u inqas infiq! Affarijiet li f 'nofs pandemija, ma tantx għandu aptit il-poplu u lanqas il-Prim Ministru! Jinħass ukoll li l-Gvern irnexxielu jżomm lill-kuntratturi l-kbar u anke dawk żgħar kuntenti, kemm b'injezzjonijiet ta' flus u skemi, kemm bit-tħaffif tal-mod kif joħorġu l-permessi u anke bi tqassim ta' tenders u xogħol - xi kultant u sfortunatament mhux bl- aktar modi trasparenti jew inkella b'xi direct order miljunarju. Ambjent (4/10) F'kollox issib it-tajjeb u l-ħażin. Proġetti ta' fejda saru fil-qasam tal-ambjent u anke inizzjattivi tajbin ittieħdu fl-aħħar sentejn f 'dan il-qasam. Fosthom il- projbizzjoni tas-single use plastics, diversi inizjattivi ta' tħawwil ta' siġar bħal f 'Bengħisa kif ukoll il-qalba ta' miżbla f 'post imsaġġar f 'Wied Fulija u anke għaddej proġett simili fil-Qortin. Qed jittieħdu inizzjattivi tajbin ukoll ta' lokalitajiet iktar ħodor f 'diversi toroq fi bliet u rħula. Kien hemm ukoll it-tħabbir ta' proġetti li se jibdew bħax-Shore- to-Ship f 'Birżebbuġa kif ukoll it-tneħħija tat-tankijiet tal-uwil fl-istess lokalità. Minkejja dan il-pożittiv jeżisti sens qawwi ħafna ta' rabja fuq diversi aspetti ambjentali. L-ewwelnett, il-ħmieġ li hawn kważi kullimkien: karti, plastik, kaxxi - kollox itir mar-riħ. Il- kampanja wkoll qed tisfa' vittma ta' ħmieġ li għadu qed jintefa' b'mod mill-aktar irresponsabbli. Mixja fil-kampanja tlaqqgħek ma' kull tip ta' ħmieġ. Din hija verament traġedja li l-Gvern ta' Abela evidentement mhux jagħmel biżżejjed dwarha! Iktar minn hekk iżda settur b'saħħtu ħafna ta' kostruzzjoni, qed iwassal biex il-krejn sar karatteristika komuni fl-irħula tagħna u ċerti żoni bħal Paceville u l-Qawra saru qishom sit ta' kostruzzjoni perpetwu. L-aċċettazzjoni tal-iżball gravi li kien għamel Gvern Nazzjonalista fl-2006, meta estenda l-konfini tal-iżvilupp, minn Robert Abela u l-Ministru Aaron Farrugia, ma jgħinx wisq biex iqawwi qalb dawk li jħossu illi l-konkrit sar jiddetta kollox f 'Malta. Biex tkompli żżid ma' dan kollu fl-aħħar xhur kien hemm kwistjoni oħra - din id-darba dwar yacht marina f 'Wied il-Għajn li wkoll qajmet ħafna oppożizzjoni u wasslet biex l-għaqdiet kollha lokali kienu voċiferi kontra it- teħid tal-baħar ukoll għal fini tal- iżvilupp. Dan jingħaqad ma' diversi każi ta' teħid ta' art agrikola biex jitwessgħu jew isiru toroq. F'xi każi anke jekk it-toroq ikunu bżonnjużi u l-proġett ikun sabiħ, ċerta arroganza li biha daħlu gafef fuq art agrikola jew il-mod kif bdiewa - min imexxi entità - jgħidilhom 'gawdejtu l-art biżżejjed', turi wkoll livelli ta' arroganza li ddejjaq u tnaffar lill- votanti. Abela, ma jistax jingħad li wettaq xi differenza f 'dan is- settur, anzi jinħass u jidher ċar fis-sondaġġi xjentifiċi li l-inkwiet ambjentali kompla jiżdied. Għalhekk filwaqt li l-kuntratturi u kull min jaqla' ħobżu mill- kostruzzjoni huwa probabilment kuntent bit-trab u l-krejnijiet , il- marka għall-ambjent għal-Gvern ta' Abela jkollha tkun miżerabbli. Trasport, toroq u traffiku (6/10) L-aħħar sentejn raw proġetti kbar u xogħol estensiv isir fuq diversi toroq. Ir-realtà hija li kuntrarjament għall-Affarijiet Barranin, l-Inklussività jew l-Fondi Ewropej jew ir-Riċerka, proġetti ta' toroq jidhru u jintużaw kuljum u allura jaffetwa aktar il-ħsieb ta' persuna dwar dan il-qasam u l-qasam tal- Infrastruttura b'mod ġenerali. Fost il-proġetti li saru f 'dawn is-sentejn hemm dak tal-Marsa, li kien wieħed mill-akbar proġetti ta' toroq li saru fl- aħħar snin li jestendi minn Triq Aldo Moro sar-roundabout ta' Santa Luċija, fejn inbniet ukoll underpass. Sar il-proġett tas- Central Link - minkejja numru ta' protesti minħabba qtugħ ta' siġar u li jestendi minn Ħ'Attard sa taħt l-Imdina u proġett kbir ieħor ta' toroq bħalissa f 'Ħal Luqa, mal-ħruġ mill-Ajruport Internazzjonali ta' Malta. Jiġifieri xogħol qed isir u jidher li qed isir. Il-pożittiv ta' dawn il-proġetti kbar - anke minħabba l-fatt li tlestew bejn wieħed u ieħor skont il-miri ppjanati - kien imċajpar xi it b'numru ta' kwistjonijiet. L-ewwelnett it- teħid ta' art agrikola jew tneħħija ta' siġar b'nuqqas ta' rispett lejn bdiewa f 'xi drabi u b'nuqqas ta' konsultazzjoni. It-tieni l-fatt li l-proġett tal-Marsa - kbir kemm kien kbir - ma qatax it-traffiku għal kollox. U hawnhekk allura nsemmu t-traffiku. Minkejja dawn il-proġetti kollha u oħrajn li saru madwar il-pajjiż kull min isuq jgħidlek li t-traffiku għadu problema u jkun hemm ġranet fejn it-traffiku jkun prevalenti kważi kullimkien. Fuq dan il-punt il-Gvern ta' Abela ma għamilx biżżejjed differenza għaliex 1) baqa' jinċentiva l-użu tal-karozzi, bħal kull Gvern qablu u allura bqajna wieħed mill-aktar pajjiżi bl-aktar karozzi ras għal ras fl-UE u 2) Għadu ma għamilx il-qabża kbira u neċessarja 'l quddiem lejn trasport pubbliku ħafna iktar effiċjenti u modern. Għalhekk fuq dan il-punt ħafna mill-ġudizzju finali ta' Abela se jkun fuq il-proġett tal-Metro: L-ewwelnett jekk isirx, it-tieni jekk iżommx mal-miri taż-żmien, it-tielet jekk jiġux rispettati l-ambjent u anke l-bżonnijiet tan- nies, jekk il-proċess biex isir il- proġett ikunx trasparenti u nadif u finalment jekk ikollux pjan serju u fattibbli ta' x'se jagħmel bl-iskart ta' kostruzzjoni!