Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1443444
20 opinjoni IL-ĦADD 16 TA' JANNAR 2022 • illum Ir-riżenja ta' David Thake Carmel Cacopardo huwa ċ-Chairperson tal-ADPD Carmel Cacopardo I r-riżenja ta' David ake minn Membru Parlam- entari hi pass 'il quddiem għall-politika f 'Malta. Trid il-kuraġġ biex tkun kapaċi tam- metti li kont żbaljat u kuraġġ ikbar biex tkun lest li terfa' r-responsab- biltà politika għal dan. Hemm oħrajn li jmisshom jimxu fuq il-passi tiegħu. Kieku dan kellu jsir, bla dubju, l-Parlament jibda jikseb lura r-rispett li jixraqlu. Għadna lura. Imma irridu nir- rikonoxxu li dan pass 'il quddiem. Il-fatt li sirna nafu bin- nuqqasijiet dwar il-ħlas tal-VAT mill-kumpaniji ta' David Thake minn dak li qalu l-gazzetti, li ippubblikaw tagħrif kunfidenzjali li wasal għandhom, ma jnaqqas xejn mill-gravità tal-każ. Jindika biss li l-problema għandha dimensjoni oħra kbira: nuqqas gravi ta' etika istituzzjonali, din id-darba min-naħa tal- awtoritajiet tat-taxxa. Għal dan hemm il-Ministru tal-Finanzi Clyde Caruana li għandu responsabbiltà politika. Għandu jaġixxi bla dewmien. L-edituri reġistrati, bil-liġi, diġa għandhom id-dritt li jitolbu r-returns tat-taxxa tad-dħul tal- membri parlamentari kollha. Dan id-dritt għandu jkun estiż għar- returns tal-VAT mhux biss tal- Membri Parlamentari infushom, imma anke dawk tal-kumpaniji li huma jikkontrollaw. Dan jasigura li tkun magħrufa l-informazzjoni dwar kull Membru Parlamentari u mhux biss dwar dawk li l-Gvern ikun irid ikisser. Hu fatt stabilit li ż-żewġ kumpaniji ta' David ake, jiġifieri Vanilla Telecoms Limited u Maltashopper Limited ġabru l-VAT bħala parti mill-ħlas għas-servizz li jipprovdu. Imma imbagħad, it-taxxa miġbura żammewha għandhom għal perjodu twil ta' żmien. Il- kumpaniji tiegħu, qalilna ake, kellhom problema ta' likwidità u ma kinux f 'pożizzjoni li jgħaddu t-taxxa miġbura lid-Dipartiment tal-VAT. Vanilla Telecoms Limited ġabret €270,000 filwaqt li Maltashopper Limited ġabret €550,000 f 'VAT u dawn żammewhom għandhom biex jaħdmu bihom. Dawn huma ammonti sostanzjali li nġabru mingħand in-nies u jinkludu multi u interessi dovuti lid- dipartiment. David Thake qal li huwa kien qed jibbenefika mill-iskema tal-Gvern li biex ittaffi l-impatti tal-pandemija tat ċans biex il- ħlasijiet isiru tard. Hemm dubji serji dwar kemm dan hu minnu. Billi l-ħlasijiet pendenti li għandhom il-kumpaniji ta' Thake, fil-parti l-kbira tagħhom imorru lura s-snin, Thake għad jeħtieġlu jispjega għaliex dam daqshekk biex jaġixxi ħalli jindirizza l-problemi finanzjarji tal-kumpaniji tiegħu. Xerred ħafna dmugħ tal-kukkudrilli biex jispjegalna li kellu għażla dwar jekk iħallasx lill-impjegati tiegħu inkella jekk jgħaddix lill-Gvern il-VAT li ġabar. Bid- dewmien tiegħu, imma, iktar għamel ħsara lill-impjegati tiegħu stess! Mhux korrett li David ake ikun deskritt bħala li qiegħed jevadi t-taxxa. L-anqas ma hu korrett li jxebbħuh ma' Bernard Grech, il-Kap tal-Partit tiegħu, li kien investigat fuq evażjoni ta' taxxa imma imbagħad għażel li jħallas dak li kien mitlub, lejliet il- kampanja għat-tmexxija tal-PN. Il-kumpaniji ta' Thake ilhom żmien ma jippreżentaw l-accounts tagħhom u allura għad mhux ċar għala dawn jinsabu f 'diffikultajiet finanzjarji u qed jispiċċaw jaħdmu bil-flus miġbura mill-VAT. Dan fil-fatt hu l-qofol ta' kollox. Minflok ma ħa self mill-bank, David Thake għamel użu mill-VAT miġbura (€820,000) biex b'dawn il-flus jiffinanzja l-kumpaniji tiegħu. Il-fatt li probabbilment hemm oħrajn li jagħmlu l-istess, forsi agħar ukoll, ma hu tal-ebda konsolazzjoni. Thake kien membru tal-parlament li ġie elett bi programm elettorali li jemfasizza l-ħtieġa ta' governannza tajba u ta' imġieba korretta. L-imġieba tiegħu, kif tidher mill-operat tal-kumpaniji tiegħu, jikkuntrasta ma dan kollu. Dan mhux nuqqas żgħir amministrattiv kif emfasizza David Thake meta ħabbar ir- riżenja tiegħu. Hu faċli li tipprietka l-governanza tajba. Id-diffikulta hi biex timplimentha. Ir-riżenja ta' David Thake, anke jekk dam ftit jaħsibha, iddaħħal ftit sens fil-politika Maltija. Hu pass tajjeb. Issa jmiss lil Ian Castaldi Paris u Rosianne Cutajar. Mhux korrett li Thake ikun deskritt bħala li qiegħed jevadi t-taxxa. L-anqas ma hu korrett li jxebbħuh ma' Bernard Grech, il-Kap tal-Partit tiegħu, li kien investigat fuq evażjoni ta' taxxa David Thake