Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1443444
12 intervista IL-ĦADD 16 TA' JANNAR 2022 • illum Il-missjoni ta' Kevin Attard: li jgħaddi lill-ġenerazzjoni żagħżugħa ANTHEA CACHIA Ħafna minna meta nisimgħu l-kelma 'arti' moħħna jmur lejn xi pittura famuża esebita fil- Louvre bħalma hi l-Monalisa. Iżda fil-verità l-arti hija waħda fluwida tant li tvarja bejn xi żifna, xi poeżija, mużika jew saħansitra l-ġojjellerija artiġjanali. Kien għalhekk li l-gazzetta ILLUM iltaqgħet ma' Kevin Attard għalliem u artist artiġjanali. Huwa spjegalna pass, pass il-proċess kollu li jwassal biex jinħadem il- filugranu bl-idejn, l-importanza tat-tagħlim, il-filugranu diġitali u fejn se jkun il-filugranu 100 sena oħra. "Il-filugranu bdejt naħdmu 35 sena ilu, meta kelli 13-il sena. Missieri kellu workshop u kont ixxurtjat biżżejjed li kellu ħabib tiegħu jaħdem il-filugranu u għallimni hu," irrakkonta Attard. Huwa saħaq li llum il-ġurnata din is-sengħa hija aċċessibli ħafna għaliex biex wieħed jibda' jagħmel il-filugranu ma jridx jinvesti f 'għodda li jiswew l-eluf tal-flus. "Nista' ngħidlek li b'€500 għandek l-għodda kollha li għandek bżonn," spejga Attard filwaqt li wera' lil din il-gazzetta l-għodda bażiċi tiegħu fosthom il- pinzetta u t-tnalja. Madankollu huwa spjega li fi żmien missirjietna ma kinitx daqstant faċli li wieħed jitgħallem din l-arti. Tant hu hekk li Attard saħaq li, "dak iż-żmien, l-idea ġenerali kienet li dak li taf ma tgħaddih lil ħadd għax jekk jien qed naqla lira mhux se ngħid lilek ħalli l-lira nibqa' naqlaha jien." Minkejja r-reqqa u d-dettall impekkabbli li jsir f 'kull oġġett tal-filugranu, wieħed ma jistax ma jinnutax is-sempliċità ta' dawn l-istess oġġetti. Attard qasam il- proċess f 'erbgħa. L-ewwel fażi tkun l-iskeletru u t-tieni pass ikun li timla' l-iskeletru b' wires irqaq. L-aħħar żewġ fażijiet huma li tuża n-nar biex tgħaqqad kollox u fl- aħħar il-filugranu jitnaddaf. Apparti x-xogħol ikkummissjonat, Attard qal mal- gazzetta li huwa għalliem ukoll. Attard jgħid li f 'dawn l-aħħar 20 sena jgħallem kompla jtejjeb it- teknika tiegħu u llum il-ġurnata, barra li jgħallem biex jaqla l-flus sar jieħu gost. Jgħid li, "hemm bżonn li din is-sengħa tingħata lill-ġenerazzjoni tal-futur, jekk trid tibqa' ħajja." Attard żied jgħid li huwa jixtieq li jerġa' jqajjem din is-sengħa mill-ġdid, li bil-mod qed tintelaq "u dan mhux fenomenu Malti biss, din mad-dinja kollha." Minkejja l-isfidi f 'din l-industrija, huwa jisħaq li fortunatament f 'Malta, il-Gvern investa ħafna. Kien hawn li huwa semma' lill-Malta Cras Foundation li qiegħda toffri proġetti u opportunitajiet, kemm f 'Malta kif ukoll lil hinn minn xtutna. Iżda din l-arti, kif se tibqa' ħajja? Għad hawn interess għax-xogħol bl-idejn? Attard, bi tbissima qal li bħalissa hawn domanda kbira għal min irid jitgħallem. "Hawn ħafna nies ta' kull età però b'mod speċjali ż-żgħażagħ. Nemmen li dan huwa l-effett tal-pandemija. Il-pandemija ġiegħlet lin-nies jiskopru l-pjaċir li jaħdmu b'idejhom. Peress li qattajna ħafna ħin ġewwa, ridna naraw ma xhiex ser naqbdu. Jien qed ikolli bumbardament ta' nies li jridu jitgħallmu, fil-fatt qed ikolli nirriuta," qal Attard. Huwa żied jgħid li t-tagħlim jirrikjedi ħafna ħin u enerġija iżda wieħed mill-pjanijiet tiegħu huwa li jiaħ skola, speċifikament għall- filugranu. "L-iskola għandha tkun miuħa għall-iskejjel kollha. Jekk trid tgħaddi s-sengħa, l-ewwel li trid tinvesti huwa fiż-żgħir. Fil- fatt, meta jiġu l-anzjani biex jitgħallmu, jekk inkun nista' naċċetthom, però l-preċedenza nagħtiha liż-żgħar," saħaq l-artist. Kien hawn li reġa' tenna li l-filugranu mhux diffiċli biex titgħallmu, tant hu hekk li l-kors fasslu fuq medda ta' seba' sigħat u nofs biss. 'Il-pandemija ġiegħlitni nbiddel l-istrateġija tiegħi' Mistoqsi x'inhuma l-akbar diffikultajiet li jiltaqa' magħhom f 'dan ix-xogħol, huwa wieġeb, id- dixxiplina. Saħaq li l-ġenerazzjoni ta' issa għandhom vantaġġ akbar minn tiegħu, għaliex huwa għamel 20 sena jaħdem għall-ħwienet. "Il-pandemija ġiegħlitni nbiddel l-istrateġija tiegħi. Minn dakinhar waqa inforni lil ħwienet u bdejt inbigħ online. Irrid ngħid li mort aħjar. Jekk jien kont nagħmel ċurkett, lil tal-ħwienet kont inbiegħu €5 u tal-ħanut ibiegħu €20. Issa qed nagħmel inqas sigħat fuq il-bank u ndaħħal l-istess profitt. B'hekk qed ikolli aktar ħin ngħallem, xi ħaġa li nħobb nagħmel … apparti proġetti oħra." 'L-aktar ħaġa li tagħtini pjaċir huwa meta jitolbuni xi ħaġa u nkun kapaċi nikkuntentahom' Huwa stqarr magħna li minkejja li t-tgħallim jkompli jgħin lilu bħala persuna, m'hemm xejn li jagħtih sodisfazzjon daqs meta jiġi mitlub li jagħmel proġett u jlestih. Wieħed mill-proġetti kurrenti li qiegħed jagħmel huwa kranju magħmul mill-filugranu. "Għalija dan se jkun riżultat ta' 35 sena ta' riċerka u tentattiva biex nipprova ninkorpora l-abiltajiet kollha tiegħi f 'daqqa. U x'ħin inlestih se nipprova nagħmel xi ħaġa aktar diffiċli," qal Attard. Minn naħa l-oħra mil-lat ta' tagħlim huwa aċċenna għall-fatt li meta jgħallem lill-istudenti tiegħu u jara li qed isiru tajbin f 'xogħolhom, għalih din hija xi ħaġa naturali "li x-xiħ jgħallem liż-żgħir biex malli jmut, iż-żgħir ikompli f 'xogħlu …. Dik hija Għalliem u artist artiġjanali … L-ILLUM tiltaqa' ma' Kevin Attard fl-isfida tiegħu biex iżomm il-filugranu ħaj saħansitra f'forom differenti