Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1443444
06 analiżi IL-ĦADD 16 TA' JANNAR 2022 • illum MILL-2003 SAL-2017: L-GĦAXAR DISTRETT JIBQA' L-AKBAR FORTIZZA TAL-PN IMMA L-BRUDA QED TAGĦMEL TAGĦHA F'temp ta' ħames snin, fuq bażi nazzjonali, l-appoġġ għall-Partit Nazzjonalista naqas drastikament biex rebaħ l-elezzjoni ġenerali bi it għexieren ta' voti. Il-bruda għall- Partit Nazzjonalista nħasset ukoll fl-għaxar distrett anke jekk l-appoġġ baqa' wieħed sostanzjali. Il-Partit Nazzjonalista kiseb 63.20% tal-voti jew 13,773 vot filwaqt li l-Malta Labour Party kiseb 33.91% tal-voti jew 7,390 vot. Din id-darba, il-Partit Nazzjonalista kellu 12-il kandidat, fosthom kandidati popolari u uċuh familjari. Dan wassal biex il-voti tal-votanti Nazzjonalisti jinqasmu u għalhekk ħadd mill-kandidati Nazzjonalisti ma kiseb il-kwota minnufih. Fil-fatt, l-ewwel ma ġew eletti kienu Michael Falzon u Evarist Bartolo għall-Partit Laburista. Falzon kien elett l-ewwel, fl-14-il għadd, bi 3,667 vot. Bartolo kien elett fis-17- il għadd bi 3,830 vot. Din id-darba, il-Partit Laburista tella' żewġ Deputati. Eventwalment, Evarist Bartolo kien ċeda s-siġġu tiegħu f 'dan id-distrett, hekk kif kien tela' wkoll mid-distrett tiegħu tal-Mellieħa. Minfloku, għal darb'oħra, fl-elezzjoni każwali kien elett Joseph Cuschieri. Madanakollu, Cuschieri ma tantx dam Deputat. Kien hu li it xhur wara ċeda s-siġġu tiegħu biex seta' ġie co-opted il- Mexxej il-ġdid tal-Partit Laburista, Joseph Muscat. Lura għall-elezzjoni tal-2008, din id-darba, fost in- Nazzjonalisti, Robert Arrigo, minkejja li ma kellu l-ebda kariga fil-kabinett, kien l-aktar kandidat popolari. Huwa kien elett fid-19-il għadd bi 3,738 vot. Fl-ewwel għadd kien diġà kważi kiseb 3,000 vot. Dolores Cristina, dak iż-żmien Ministru għall-Familja u s-Solidarjetà Soċjali kienet eletta fil-21 għadd b'4,247 vot. George Pullicino, Ministru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent, kien elett fit-22 għadd bi 3,473 vot. Cristina kienet ċediet is-siġġu tagħha f 'dan id-distrett hekk kif kienet eletta minn distrett ieħor u minflokha kien elett Michael Frendo. Frendo sar Speaker tal-Kamra fl-2010 u Karl Gouder kien ġie co-opted fil-Parlament. Interessanti li dik is-sena, il-Partit Nazzjonalista kellu fuq il-lista tiegħu fl-għaxar distrett, diversi kandidati popolari, fosthom lil John Dalli u anke lil Paul Borg Olivier. Francis Zammit Dimech ma kienx ġie elett bis-saħħa tal- voti, imma tela' bis-saħħa ta' Artiklu 52 tal-Kostituzzjoni li dwaru tkellimna diversi drabi. Wara l-elezzjoni tal-1981, kienu daħlu fis-seħħ emendi biex ma jerġax jiġri dak li seħħ f 'dawk is-snin, meta l-Malta Labour Party, immexxi mill-Perit Dom Mintoff, iggverna għax kiseb l-akbar ammont ta' siġġijiet u mhux l-akbar ammont ta' voti. Fil-fatt, wara dik l-elezzjoni, fuq perjodu ta' diversi snin, kienu daħlu fis-seħħ tliet emendi prinċipali: • L-ewwel emenda tistabbilixxi li l-partit li jġib maġġoranza assoluta ta' voti, jiżdidulu s-siġġijiet awtomatikament biex ikollu, minn tal-inqas, maġġoranza ta' siġġu wieħed. • It-tieni emenda tgħid li anke jekk partit ikun rebaħ b'maġġoranza relattiva, xorta waħda jiżdidulu s-siġġijiet biex ikollu mqar maġġoranza ta' siġġu wieħed. • It-tielet emenda hija dik li nsejħulha tal-proporzjonalità fejn is-siġġijiet jiżdiedu biex jirriflettu s-saħħa tal-voti li jkunu kisbu l-partiti fl-ewwel għadd. Bħas-soltu, nibdew il-ħarsa tagħna lejn l-għaxar distrett bl-elezzjoni ġenerali tal-2003 li l-Partit Nazzjonalista rebaħ b'maġġoranza komda ftit ġimgħat biss wara li rebaħ ir- referendum għas-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea. Fl-għaxar distrett ma kien hemm l-ebda dubju. Il-Partit Nazzjonalista kellu appoġġ qawwi. Fil-fatt, il- Partit Nazzjonalista kiseb 73.01% tal-voti, jew 15,728 vot, filwaqt li l-Malta Labour Party kiseb biss 5,567 vot jew inkella 25.84% tal-voti. In-Nazzjonalisti kellhom diversi kandidati popolari u l-voti nxterdu tant li ħadd minnhom ma qabeż il-kwota mal-ewwel għadd. L-ewwel kandidat elett kien Joe Borg, li tela' b'4,018-il vot fl-għaxar għadd. Warajh, fit-12-il għadd, ġie elett George Pullicino, dak iż-żmien Segretarju Parlamentari fi ħdan il- Ministeru għall-Intern. Huwa kiseb 3,852 vot. Francis Zammit Dimech, li kien għadu kemm serva bħala Ministru għall-Ambjent, ġie elett fl-14-il għadd b'4,867 vot u immedjatament warajh ġie elett għall-ewwel darba Robert Arrigo bi 3,645 vot. L-uniku kandidat elett għall-Partit Laburista kien Evarist Bartolo. Huwa tela' fis-16-il għadd u lanqas irnexxielu jilħaq il-kwota ta' 3,591 vot. Fil-fatt, huwa kien elett b'2,988 vot. Bartolo kien ċeda s-siġġu tiegħu f 'dan id-distrett u fl- elezzjoni każwali kien tela' Joseph Cuschieri. Joe Borg ukoll kien ċeda s-siġġu tiegħu f 'dan id- distrett u minfloku, għall- Partit Nazzjonalista, kien elett Michael Frendo. Il-Partit Nazzjonalista kellu b'kollox għaxar kandidati, filwaqt li l-Malta Labour Party kellu sebgħa. 2003: Maġġoranza kbira għan- Nazzjonalisti; Siġġu wieħed għal- Labour u bla ma jilħaq il-kwota 2008: L-appoġġ għall-PN jonqos fl-għaxar distrett imma xorta jibqa' sostanzjali; Il-Labour issa jtella' żewġ siġġijiet Il-gazzetta ILLUM tkompli bil-ħarsa tagħha distrett distrett lejn ir-riżultati li kisbu ż-żewġ partiti l-kbar fl-aħħar erba' elezzjonijiet ġenerali. Din il-ġimgħa jmiss l-għaxar distrett MLP PN 25.84% 73.01% MLP PN 33.91% 63.20%