Illum previous editions

ILLUM 16 January 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1443444

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 27

07 analiżi illum • IL-ĦADD 16 TA' JANNAR 2022 YENDRICK CIOFFI Qed noqorbu lejn it-tmiem. Il- gazzetta ILLUM qed tkompli bis- sensiela ta' artikli li matulhom, hekk kif issa ninsabu fis-sena tal-elezzjoni ġenerali, qed tagħti rendikont u tanalizza s-sitwazzjoni tal-Partit Laburista u tal-Partit Nazzjonalista fid-distretti elettorali, mill-Elezzjoni Ġenerali tal-2003 sa dik tal-2017. Illum imiss l-għaxar distrett, jiġifieri dak magħruf bħala l-akbar fortizza tal-Partit Nazzjonalista u li jinkludi l-lokalitajiet tal-Gżira, parti min-Naxxar u Baħar iċ-Ċagħaq, Pembroke, San Ġiljan u ż-żona ta' Paceville u anke Tas-Sliema. F'dan id-distrett, kif rajna anke fil-każ tad-disa' distrett, il-Partit Nazzjonalista baqa' minn fuq. Dan ma jfissirx li l-appoġġ baqa' fejn kien. Il-bruda għamlet tagħha u kien hemm snin fejn id-distakk bejn iż- żewġ partiti naqas iżda xorta jibqa' l-fatt li l-Partit Nazzjonalista żamm maġġoranza komda fih. Interessanti wkoll li fejn jidħlu l-kandidati, fl-aħħar erba' elezzjonijiet, għall-kuntrarju ta' dak li rajna fid-distretti l-oħra, it li xejn kien hemm bidliet. Fl-aħħar elezzjoni ġenerali, li seħħet fi żmien ta' tensjoni kbira fil-pajjiż u allegazzjonijiet ta' korruzzjoni li fiċ-ċentru tagħhom kien hemm fost l-ogħla uffiċjali tal-Gvern, inkluż il-Prim Ministru Joseph Muscat innifsu, fl-għaxar distrett, il-Partit Nazzjonalista rnexxielu jikseb mill-ġdid xi it mill-appoġġ li kien tilef. Fi-fatt, din id-darba, il-Partit Nazzjonalista kiseb 60.29% tal-voti jew 14,058 vot filwaqt li l-Partit Laburista kiseb 8,873 vot jew 38.05% tal-voti. Anke jekk żied l-appoġġ, il-Partit Nazzjonalista spiċċa biex tilef siġġu ieħor f 'dan id-distrett hekk kif ġiet eletta Marlene Farrugia. Vera li Farrugia kienet fuq il-lista tal-Partit Nazzjonalista, bħala parti minn dik li kienet qed tissejjaħ Forza Nazzjonali, iżda jibqa' l-fatt li hi kienet parti mill-Partit Demokratiku. Għalhekk, essenzjalment, il-Partit Nazzjonalista spiċċa b'żewġ siġġijiet biss f 'dan id-distrett, l-istess daqskemm tella' l-Partit Laburista. Din id-darba, tela' sparat Robert Arrigo. Anke jekk il-Partit Nazzjonalista kellu rekord ta' 21 kandidat fuq dan id-distrett, il-voti it li xejn inaqsmu. Il-preferenza tan-Nazzjonalisti kienet ċara. Huwa qabeż il-kwota minnufih u kien elett fl-ewwel għadd b'xejn inqas minn 4,793 vot. Warajh imbagħad, fit-30 għadd kienet eletta Marlene Farrugia bi 3,970 vot. Jidher li n-Nazzjonalisti riedu bidla. George Pullicino, li erba' snin qabel kien il- favorit tan-Nazzjonalisti f 'dan id-distrett, issa baqa' l-art, l-istess kif baqa' Francis Zammit Dimech. Karl Gouder, f 'din l-elezzjoni, ma kellux bżonn co-options. Anke jekk ma qabiżx il-kwota huwa ġie elett bi 3,502 voti fl-34 għadd. Għall-Partit Laburista, il-favoriti f 'dan id-distrett baqgħu Evarist Bartolo li ġie elett b'4,793 vot u anke Michael Falzon b'4,045 vot. It-tnejn li huma qabżu l-kwota fit-32 għadd. Robert Arrigo kien ċeda s-siġġu tiegħu fl-għaxar distrett u minfloku, fl-elezzjoni każwali, kien elett Karol Aquilina. F'din l-elezzjoni, il-Partit Laburista kellu għaxar kandidati. Naslu issa għall-Elezzjoni tal-2013. Il-Partit Laburista, issa b'dehra u Mexxej ġdid imur quddiem il-poplu u dan jagħtih il-fiduċja tiegħu bil-qawwi. Il-Partit Nazzjonalista jsofri telfa kbira u fl-għaxar distrett, anke jekk iżomm maġġoranza assoluta, l-appoġġ tiegħu jonqos sostanzjalment. Din id-darba, il-Partit Nazzjonalista jikseb l-appoġġ ta' 57.38% tal-votanti u jikseb 12,662 vot. Il-Partit Laburista, jikseb 39.26% tal-voti jew 8,665 vot. Fi żmien meta l-Partit Laburista kien qed jiġġedded u anke jeleġġi uċuh ġodda, il-Partit Nazzjonalista donnu baqa' fejn kien u eleġġa lill-istess nies. Fil-fatt, Dolores Cristina ma kkontestatx din l-elezzjoni u marru minn fuq George Pullicino u anke Francis Zammit Dimech. L-għażla għan-Nazzjonalisti ma kinitx xi waħda ta' barra minn hawn tant li l-voti, din id-darba, ma nxterdux, bl-għażla għall-votanti tal-PN tkun ċara. George Pullicino, li kien reġa' serva bħala Ministru, qabeż il-kwota minnufih u kien elett mal-ewwel għadd bi 3,827 vot. Warajh, iżda fil- 11-il għadd, kien elett Robert Arrigo bi 3,680 vot. Francis Zammit Dimech ma kellux bżonn mekkaniżmu fil-liġi. Issa laħaq eżatt il-kwota u kien elett fil-21 għadd bi 3,679 vot. L-ewwel kandidat elett għall-Partit Laburista kien Evarist Bartolo. Huwa kien elett fil-21 għadd bi 3,361 vot. Din is-sena kkontesta Manuel Mallia u mar minn taħt Michael Falzon. Mallia kien elett fil-21 għadd bi 3,069 vot, jiġifieri b'inqas voti mill-kwota. Eventwalment Manuel Mallia kien ċeda dan id-distrett u minfloku kien elett Michael Falzon. George Pullicino wkoll kien ċeda dan is- siġġu u kien ġie elett il-Professur Albert Fenech. Fenech kien irriżenja mill-Parlament fl-2016. Fl-ittra tar-riżenja huwa kien qal li se jagħmel dan minħabba impenji barra mill-pajjiż f 'taħriġ biex ikun jista' jaqdi aħjar il-funzjonijiet ta' Direttur mediku u kap tad-Dipartiment tal- Kardjoloġija tal-isptar San Luqa u tal-Isptar Ġenerali ta' Għawdex. Fil-fatt, huwa kien ġie avviċinat għal dawn il-karigi minn Vitals Global Healthcare (li kienu għadhom kemm ingħataw il-konċessjoni għat-tmexxija ta' tliet sptarijiet pubbliċi) wara li xogħlu ntemm ħabta u sabta f 'Mater Dei. Għalhekk, il-Partit Nazzjonalista kellu bżonn jagħmel co-option u l-għażla reġgħet waqgħet fuq Karl Gouder. Kemm il-Partit Nazzjonalista u anke l-Partit Laburista kellhom ħdax-il kandidat. 2013: Jerġa' jonqos l-appoġġ tal-PN u issa jkollu tliet Deputati biss minn dan id-distrett 2017: Il-PN jerġa' jsaħħaħ xi ftit l-appoġġ tiegħu iżda Tal-PD jnaqqsulu siġġu ieħor L-aktar kandidati b'saħħithom tal-għaxar distrett fl-aħħar erba' elezzjonijiet ġenerali PL PN 39.26% 57.38% PL PN 38.05% 60.29%

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 16 January 2022