Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1443444
27 films illum • IL-ĦADD 16 TA' JANNAR 2022 Carmel Bonnici Perry Mason - Avukat Difensur formidabbli! (1) Il-karattru tal-avukat difensur li ma jaħrablu xejn, Perry Mason, kulħadd jafu mis-serje televiżiva tassew popolari tas- snin ħamsin u sittin. Pero', qabel din is- sensiela twila, f 'Hollywood bejn is-snin 1934 u 1937 inħadmu mhux inqas minn sitt films dwar dan il-karattru li ħareġ mill- pinna ta' Erle Stanley Gardner. Maħluq għall-ewwel darba fl-1933, Perry għamel id- debut tiegħu fuq il-liżar ċinematografiku sena biss wara f 'e Case Of e Howling Dog, ibbażat minn waħda minn novelli ta' Gardner li l-aktar inbiegħet. Infatti, l-films kollha dwar dan l-avukat formidabbli ġew addattati mill-kotba tas- serje miktuba mill-awtur stess, xi ħaġa li ma kinitx is-soltu ta' Hollywood. L-attur ewlieni, Warren William, qabel kien ħadem partijiet kemm ta' detective u anki ta' avukat, imma dawk li jaddattaw l-istejjer għall-films, u possibbli wkoll id-direttur, kull darba kienu jbiddlu ħsibijiethom kif Perry Mason għandu jidher fuq il-liżar il-kbir. Il-persuna tiegħu fil-films kienet iżjed prużuntuża minn dik kif esprimiha Gardner fis-serje tal-kotba tiegħu. L-uffiċju tiegħu hu post lussuż, atmosfera abbinata biss ma Hollywood u fuq il-liżar kienu jgħaddu ħafna inqas ħin fis-sala tal- qorti. F'e Case Of e Lucky Legs hu kien muri bħala wieħed li sikwit jagħti t-"tips" u f 'e Case Of e Curious Bride jidher tant entużjażmat li qisu fis-sakra. Il-kontinwità f 'dawn ix-xogħlijiet ċinematografiċi ma kinitx sodisfaċenti għax, kważi kull darba, l-attriċi li taħdem il-parti tas-segretarja tiegħu, Della Street, kienet tinbidel. Kienet biss Claire Dodd li ħadmet din il-parti f 'żewġ produzzjonijiet wara xulxin, fejn ukoll tirbaħ il-proposta taż-żwieġ ta' Perry fl-aħħar ta' e Curious Bride u narawhom fil-honeymoon f 'e Velvet Claws. Wara l-ewwel żewġ films, il-kumpanija Warner Bros. baxxew il-livell ta' din is-serje minn grad A għal B movies, billi naqsu il- baġits u wara li deher f 'erba' films Warren William telaq. Is-suċċessur tiegħu kien Ricardo Cortez li nterpretah ġo film wieħed biss. Sadanittant, Donald Woods wiret din il-parti u b'hekk kien ovvju li Warner Bros. tilfu l-interess f 'din is-serje. Kellhom jgħaddu madwar 20 sena fejn it-televiżjoni tassew irnexxielu jipprofitta ruħu minn dan il- karattru li reġa' akkwista fama vasta. Erle Stanley Gardner (1889 – 1970 – 81 sena) kien avukat b'ammont kbir ta' enerġija u b'ħafna nteressi oħrajn, inkluż jikteb dwar karattri fittizji. Hu kiteb ħafna kotba taħt ismijiet differenti, kif ukoll taħt ismu propju wara 20 sena fil-professjoni legali u kważi daqshekk ieħor bħala kittieb ta' novelli sensazzjonali, hu kkrea lil Perry Mason, avukat immodellat fuqu nnifsu. Tant beda jikteb novelli u stejjer qosra b'ritmu mgħaġġel li telaq mill-professjoni legali u ppubblika tużżani fuq tużżani ta' kotba, waqt li nvolva ruħu sewwa fir-radju u l-adazzjoni tal- istejjer tiegħu għat-TV dwar Perry Mason, probabilment għax ma kienx sodisfatt bil- films maħduma għand il-Warners. F'dawn it-thrillers enerġetiċi u vigorużi, Perry jagħti l-impressjoni li hu aktar kalm u ċert minnu niffsu minn kif Gardner iddeskrivih fil-volumi tiegħu. Ukoll, il-films ma tantx ħlew ħin bil-kawżi fil-qorti u hawn dan l-awtur ħassu offiż. Ta' min jgħid ukoll li l-ewwel ktieb dwar Mason, e Case Of e Velvet Claws mhux bħall-oħrajn għax xeni fil qorti ma fihx. Waqt li nħallu dan kollu fil- ġenb, ta' min jgħid li dawn il-produzzjonijiet modesti tassew taw pjaċir lill-udjenzi. (Ikompli nhar il-Ħadd li ġej...)