Illum previous editions

ILLUM 30 January 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1446840

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 27

12 intervista IL-ĦADD 30 TA' JANNAR 2022 • illum 'Kellha tkun traġedja makabra l-fastidju f'dan il-pajjiż' MARIANNA CALLEJA X'għandhom komuni Eva, Medusa, u Paulina Dembska? Kollha vittmi tal-misoġinija! L-istmerrija, anzi l-mibgħeda jew preġudizzju kontra n-nisa. Anke jekk il-pulizija joħorġu stqarrijiet jgħidu li l-qtil ta' Paulina Dembska ma kienx femiċidju, lil hinn mill-argumenti li nqalgħu bejn il-poplu u lil hinn dawn l-istqarrijiet, Paulina tibqa' vittma tal-misoġinija. Għax malli faqqgħet l-aħbar dlonk qabeż Ċikku jistaqsi għaliex kienet weħidha barra fil-5:00.a.m u wara qabeż Ġamri jistaqsi x'kienet liebsa. Intant mal-ILLUM iddiskutiet dan Lara Dimitrijevic, il-moħħ wara l-Women's Rights Foundation. Il- fondazzjoni volontarja li tinforma, teduka u tagħti s-setgħa lin-nisa dwar id-drittijiet legali tagħhom. Lura għal ta' Paulina, Dimitrijevic kienet fost il-kelliema fid- demostrazzjoni 'Għejejt u Xbajt', li seħħet nhar is-Sibt, 22 ta' Jannar, quddiem il-Kwartieri Ġenerali. Flimkien ma' 11-il organizzazzjoni oħra, biex jesprimu r-rabja u l-frustrazzjoni tagħhom lejn l-istqarrija tal-Pulizija li "li l-qtil ta' Paulina Dembska m'għandux għeruqu fil-ġeneru tal-persuna." Mela allura għaliex il-Women's Rights Foundation jibqgħu jinsistu li hu femiċidju? 'Li kieku persuna qabad jispara bl-adoċċ u qatel mara, ma kienx ikun femiċidju' Mal-gazzetta ILLUM, Lara Dimitrijevic tispjega li t-tweġiba ta' mistoqsija bħal dik tista' tingħata biss jekk nimu d-differenza bejn omiċidju u femiċidju. Filwaqt li għas-saħħa tal-argument ninsew dak li ġara qabel fil-passat tal- akkużat Abner Aquilina, u nħarsu lejn il-qtil tagħha biss, il-fatt li ġiet stuprata u maqtula diġà jikkostitwixxi għal femiċidju għal Dimitrijevic. Tispjega wkoll illi kieku persuna qabdet pistola u sparat bl-addoċċ qalb folla ta' nies, kemm irġiel u nisa, iżda qatlet biss mara, ma kienx se jkun femiċidju. Kuntrarju għal dan il-qtil, Aquilina allegatament stupra u qatel persuna abbażi tal- ġeneru. Għal Lara Dimitrijevic, li ġara fil- passat tal-aggressur anke jekk kien jipprostitwixxi ruħu bħala sostenn għal vizzju tiegħu, m'għandux itellef mill-fatt li l-qtil ta' Paulina jibqa' femiċidju. 'Isemmu l-edukazzjoni u moħħna jmur għall-iskejjel, imma dak għalija mhux biżżejjed' L-ILLUM tfakkar lil Dimitrijevic fil-protesta tas-Sibt, meta nġabru quddiem il-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija u saħqu li hemm bżonn iktar edukazzjoni. X'inhi din l-edukazzjoni li jridu dawn l-organizzazzjonijiet? Mela m'hawnx biżżejjed għarfien? U allura għaliex ma marrux jipprotestaw quddiem il-Ministeru tal-Edukazzjoni wkoll? Dimitrijevic twieġeb li l-ewwel ħaġa li tiġi f 'moħħna meta nsemmu l-edukazzjoni, hi l-iskola, iżda l-edukazzjoni fl-iskejjel biss mhux biżżejjed f 'dan ir-rigward. B'dan f 'moħħna, Lara Dimitrijevic xorta telenka modi differenti kif l-għarfien dwar l-ugwaljanza jista' jiġi introdott anke f 'suġġetti bħal matematika. "Jekk tibda ta' età żgħira, tgħallimhom kif iħaddnu l-ugwaljanza u rispett lejn il- ġeneri b'mod ġenerali, tkun diġà bdejt tnibbet fit-tfal, il-kunċett ta' differenza bejn il-ġeneri," issostni Iċ-ċavetta għandha tgħinna nittrattaw il-problema mill- għeruq, u għal Dimitrijevic dan iseħħ biss jekk b'mod konsistenti u impjenjattiv ngħallmu lis-soċjetà minn età żgħira imma wkoll lill- adulti ta' età ikbar, imma x'se tkun dik iċ-ċavetta? Dan jista' jseħħ jekk il-komunità tkun involuta f 'djalogu, fuq livell politiku, livell edukattiv u ġenerali kif ukoll fil-postijiet li tant Maltin jiffrekwentaw. Mill-każin tal-banda għall-każin politiku, mill-festa għall-Kunsill Lokali, id-diskussjoni hija dik iċ-ċavetta. Skont Dimitrijevic, għalkemm l-għarfien kien biżżejjed biex ninfurmaw lill-vittma li l-għajnuna qegħda tistenniha, il-prevenzjoni xorta għadha ma ġietx indirizzata. Jekk mara tiġi stuprata nistaqsuha mitt mistoqsija, jekk raġel jiġi stuprat ngħidulu bikkej u li missu ħa gost ... għaliex? Ġaladarba persuna tiaħ qalba fuq esperjenza kerha bħal stupru, dejjem issib lil xi ħadd jiġġudika. Jekk tkun mara li titkellem, nistaqsuha x'kienet liebsa, f 'liema ħin ħarġet u mitt mistoqsija oħra. Malli t-tweġibha ma ddoqilniex għal widnejna dlonk ngħidulha "ehh mela kont qed tistedinha!" Min-naħa l-oħra, jekk raġel jitkellem, issib xi ħadd u jgħidlu "min jaf kemm ħadt gost!" Allura din l-edukazzjoni li semmiet Lara Dimitrijevic, se tgħin biex dawn il-kummenti bla sens jinqatgħu? Hija tgħid li dan għandu jkun wieħed mill-għanijiet primarji, dak li nnaqsu l-isterjotipar. Ladarba dak il-preġudizzju Minn ġerħa friska għas-soċjetà, il-qtil makabru ta' Paulina Dembska, għal temi kontroversjali bħal feminiżmu. Il- gazzetta ILLUM titkellem mad-direttur tal-Women's Rights Foundation, Lara Dimitrijevic

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 30 January 2022