Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1446840
06 analiżi IL-ĦADD 30 TA' JANNAR 2022 • illum MILL-2003 SAL-2017: IL-PN FIL-PERIKLU LI JITLEF IL-MAĠĠORANZA GĦALL-EWWEL DARBA FIT-TNAX-IL DISTRETT F'temp ta' ħames snin, l-appoġġ tal- Partit Nazzjonalista fuq bażi nazzjonali għeb għal kollox. Rebaħ elezzjoni bi ftit mijiet ta' voti. Fit-tnax-il distrett, l-appoġġ naqas xi ftit iżda kien għadu b'saħħtu ħafna. Fil-fatt, fl-2008, il-Partit Nazzjonalista kiseb 12,629 vot jew 58.61% tal-voti, filwaqt li l-Malta Labour Party kiseb 8,398 vot jew inkella 38.97% tal-voti. Anke jekk il-Partit Nazzjonalista żamm il-maġġoranza, din id-darba, il- preferenza tan-Nazzjonalisti marret lejn Deputati iżgħar u li kienu tista' tgħid ġodda fil-politika. Michael Gonzi, ħu l-Prim Ministru Lawrence Gonzi, ġie elett fl-ewwel għadd bi 3,967 vot. Dan minkejja li hu ma kellu l-ebda rwol fil-kabinett. Il-bqija tal-voti fost in-Nazzjonalisti kienu maqsuma ħafna. Kemm Tonio Fenech, Louis Deguara u anke Robert Cutajar ġabu għadd konsiderevoli ta' voti. Fil-leġislatura li kienet għadha kemm għaddiet, Tonio Fenech kien għadu ma ngħata l-ebda rwol fil-kabinett, iżda rnexxielu jegħlibha lil Louis Deguara li kien reġa' serva bħal Ministru għas- Saħħa u anke tal-Anzjani u l-Kura fil- Komunità. Fil-fatt, Tonio Fenech kien elett fis-17- il għadd bi 3,469 vot. Deguara kien elett fl-istess għadd iżda bi 3,003 voti. Fil-fatt, huwa kien l-uniku kandidat elett li ma laħaqx il-kwota ta' 3,592 vot. Il-Partit Laburista reġa' eleġġa lil Evarist Bartolo u lil Michael Farrugia. Bartolo qabeż il-kwota ta' 3,592 vot. Huwa kien elett fil-11-il għadd bi 3,693 vot, filwaqt li Michael Farrugia kien elett fis-16-il għadd b'4,825 vot. Eventwalment, Tonio Fenech kien ċeda s-siġġu tiegħu f 'dan id-distrett u minfloku kien elett Ċensu Galea, li din is-sena kellu bżonn elezzjoni każwali u dan anke jekk kien għadu kemm serva bħala Ministru għall-Politika tal- Kompetizzjoni u l-Kommunikazzjoni. Fl-2008, il-Malta Labour Party kellu tmien kandidati u l-Partit Nazzjonalista sebgħa. Fl-2003, il-Partit Nazzjonalista kien fl-aqwa żminijiet tiegħu. Rebaħ referendum għas-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea u ftit ġimgħat wara rebaħ ukoll l-elezzjoni ġenerali b'distakk sostanzjali kontra l-Partit Laburista. L-istess riżultat tajjeb kien rifless fit-tnax-il distrett, li l-Partit Nazzjonalista rebaħ bi kbir. Fil-fatt, il-Partit Nazzjonalista kien kiseb 62.09% tal-voti, jew 14,046 vot. Il- Malta Labour Party (MLP) kien kiseb 37.07% tal-voti jew 8,386 vot. L-ewwel ma ġie elett kien Louis Deguara, li dak iż-żmien kien qed iservi bħala Ministru għas-Saħħa u minnufih warajh Ċensu Galea, dak iż-żmien Ministru għat-Trasport u t-Telekomunikazzjoni. It-tnejn li huma qabżu minnufih il- kwota fl-ewwel għadd. Deguara kiseb 3,962 vot u Galea 3,409 voti. Warajhom kien elett għall-ewwel darba it-tabib Michael Gonzi. Gonzi kien elett fis-16-il għadd b'4,491 vot. Il-Partit Laburista kien eleġġa lil Evarist Bartolo u anke lil Michael Farrugia. Dak iż-żmien kienu diġà żewġ Deputati veterani tal-Partit Laburista. Bartolo kien elett fid-19-il għadd b'4,766 vot u t-tabib Farrugia kien elett fl-20 għadd b'4,578 vot. Dik is-sena, il-Malta Labour Party kellu tmien kandidati filwaqt li l-Partit Nazzjonalista kellu ħdax. 2003: Il-PN minn fuq bil-kbir u jkaxkar lil-Labour 2008: L-appoġġ għall-PN jibqa' b'saħħtu iżda n-Nazzjonalisti jippreferu Deputati ġodda Il-gazzetta ILLUM tkompli bil-ħarsa tagħha distrett distrett lejn ir-riżultati li kisbu ż-żewġ partiti l-kbar fl-aħħar erba' elezzjonijiet ġenerali. Din il-ġimgħa jmiss it-tnax-il distrett MLP PN 37.07% 63.09% MLP PN 38.99% 58.61%