Illum previous editions

ILLUM 30 January 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1446840

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 27

07 analiżi illum • IL-ĦADD 30 TA' JANNAR 2022 YENDRICK CIOFFI Il-gazzetta ILLUM qed tkompli bis-sensiela ta' artikli li matulhom, hekk kif issa ninsabu fis-sena tal-elezzjoni ġenerali, qed tagħti rendikont u tanalizza s-sitwazzjoni tal-Partit Laburista u tal-Partit Nazzjonalista fid-distretti elettorali, mill-Elezzjoni Ġenerali tal-2003 sa dik tal-2017. Illum imiss it-tnax-il distrett li huwa wieħed mill-aktar interessanti. Minn fortizza nazzjonalista, il-PN qed jissogra li jitlef għal kollox l-appoġġ tiegħu f 'dan id-distrett. Minn distakk ta' 5,660 vot, dan niżel għal 800 vot biss fl-2017. Dan ifisser li jekk il-PN ma joqgħodx b'seba' għajnejn jinsab fil- periklu li minn blu, dan id-distrett jaqleb aħmar. It-tnax-il distrett jinkludi l-lokalitajiet kbar tal-Mellieħa, San Pawl il-Baħar u parti min-Naxxar. Nagħlqu bħal dejjem bl-aħħar elezzjoni ġenerali li reġa' rebaħ bi kbir lill-Partit Laburista. Issa anke fit-tnax- il distrett, il-Partit Nazzjonalista tista' tgħid li tilef l-appoġġ kważi kollu. Id-differenza bejn iż-żewġ partiti kienet ta' 800 vot biss. Fil-fatt, il-Partit Nazzjonalista kiseb 11,921 vot jew 50.97% tal-voti, filwaqt li l-Partit Laburista kiseb 11,120 vot jew 47.54% tal-voti. Il-Partit Nazzjonalista kien induna li kellu jagħmel xi ħaġa biex almenu jsalva dan id-distrett, anke għax il-kandidati li kellu fuq il-lista ma kinux b'saħħithom. Biss biss, din id-darba, la kien hemm Tonio Fenech u lanqas Michael Gonzi, li fl-aħħar elezzjonijiet kienu l-aktar popolari. Għalhekk, kien ikkontesta l-Kap tal- Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil Busuttil li kiseb 9,389 vot. Ovvjament kien elett minnufih mal-ewwel għadd. Il-Partit Nazzjonalista kellu mbagħad jistenna sas-27 għadd biex seta' jeleġġi lil Robert Cutajar li kiseb 4,123 vot. Fl- għadd ta' wara, eleġġa wkoll lil Claudette Buttigieg bi 3,869 vot, jiġifieri it voti biss inqas mill-kwota ta' 3,899 vot. Il-Partit Laburista reġa' eleġġa żewġ siġġijiet u l-aktar kandidati popolari baqgħu Michael Farrugia u Evarist Bartolo, anke jekk din id-darba, it- tabib Farrugia, li kien għadu kemm serva bħala Ministru għall-Familja u s-Solidarjetà Soċjali, ġab aktar voti minn Evarist Bartolo, dak iż-żmien Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol. Farrugia kien elett fl-24 għadd b'4,272 vot u Bartolo fil-25 għadd b'4,046 vot. Bartolo, għal darb'oħra, ċeda s-siġġu tiegħu biex fl-elezzjoni każwali kien elett għall-ewwel darba Clayton Bartolo, illum Ministru għat-Turiżmu. Simon Busuttil irriżenja fl-2020 wara li nħatar Segretarju Ġenerali tal- Partit Popolari Ewropew u minfloku f 'elezzjoni każwali kien elett David ake. Madanakollu, minħabba kwistjonijiet fuq ħlas ta' taxxi, ake irriżenja it tal-jiem ilu u permezz ta' co-option, il-Partit Nazzjonalista għażel lil Graziella Galea. Fl-aħħar elezzjoni ġenerali, il-Partit Laburista kellu disa' kandidati u l-Partit Nazzjonalista kellu 13. Naslu għall-2013. Il-Partit Laburista kien qaleb il-folja kompletament u issa kien il-partit tal-maġġoranza. Rebaħ b'maġġoranza storika u din kienet riflessa wkoll fit-tnax-il distrett. Issa l-appoġġ għall-PN kien naqas drastikament u dik li kienet fortizza nazzjonalista, issa spiċċat assedjata. Fl-2013, il-Partit Nazzjonalista kiseb 50.46% tal-voti, filwaqt li l-Partit Laburista kiseb 47.21% Dawn il-persentaġġi jissarfu fi 11,610 voti għall-PN u 10,862 vot għall- PL. Din id-darba, kemm fost il-kandidati Laburisti u anke fost il-kandidati Nazzjonalisti, il-voti kienu maqsuma. Kien hemm ħafna kandidati popolari mal- votanti u għalhekk kollha kemm huma damu xi ftit biex jilħqu l-kwota u jiġu eletti. L-ewwel kandidat elett dik is-sena, kien Evarist Bartolo. Huwa kien elett b'4,686 vot fl-14-il għadd. Warajh kien elett Michael Farrugia, fil-15-il għadd b'4,295 vot. Għall-Partit Nazzjonalista, din id-darba, Tonio Fenech għeleb lil Michael Gonzi. Fenech, kien għadu kemm serva bħala Ministru għall-Finanzi, l-Ekonomija u l-Investiment. Kien tista' tgħid il-wiċċ tal- kampanja elettorali għax għamel kampanja sħiħa jipprova jiskredita l-wiegħda tal- Partit Laburista li jibni power station ġdida u jraħħas il-kontijiet tad-dawl u l-ilma. Fenech kien elett fis-17-il għadd b'4,209 voti. Michael Gonzi kien elett fl-istess għadd iżda b'4,155 vot. Fl-ewwel għadd, Fenech kien kiseb 3,202 voti u Gonzi 2,886 vot. Għall-ewwel darba, kien elett ukoll Robert Cutajar. Huwa kien elett fid-19- il għadd b'4,061 vot. Cutajar għelibha lil Ċensu Galea, li kellu jistenna mill-ġdid lil Tonio Fenech biex iċedi s-siġġu tiegħu u jkun elett f 'elezzjoni każwali. Dik is-sena, Evarist Bartolo kien ċeda s-siġġu tiegħu f 'dan id-distrett biex setgħet ġiet eletta Deborah Schembri f 'elezzjoni każwali. Dik is-sena, il-Partit Laburista kellu 13-il kandidat, fost dawn Clayton Bartolo, li iżda ma kienx ġie elett. Il-Partit Nazzjonalista kellu seba' kandidati. 2013: Jonqos drastikament l-appoġġ tal-PN fit- tnax-il distrett ... iżomm b'ħajta t-tielet siġġu 2017: Il-PN u l-PL issa ras imb'ras; 800 vot biss differenza L-aktar kandidati b'saħħithom tal-ħdax-il distrett fl-aħħar erba' elezzjonijiet ġenerali PL PN 47.21% 50.46% PL PN 47.54% 50.97%

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 30 January 2022