Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1446840
20 opinjoni IL-ĦADD 30 TA' JANNAR 2022 • illum Sieħeb, jekk jogħġbok Rafel Grima huwa membru tal-Moviment Graffitti Rafel Grima F il-ħin bikri tat-tieni jum tas-sena l-ġdida, Paulina Dembska ġiet stuprata, mgħallqa u finalment maqtula. Bħalma l-istorja tal- bniedem mhijiex ċiklu imma kontinwazzjoni ta' ħafna ġrajjiet, tantieħor hija l-istorja tal-femiċid- ji f 'Malta u l-kultura patrijarkali ta' xtutna. In-numru kbir ta' nies li attendaw il-velja f 'Tas-Sliema ftit jiem wara li nqatlet Paulina Dembska, juri biċ-ċar li dan l-episodju mhux biss tefa' - iżda huwa - dell ikrah fuq artna. Il- fatt li attendew diversi nies minn oqsma differenti tas-soċjetà, fosthom l-ogħla uffiċċjali tal-istat, juri li bħala poplu m'għandniex nittolleraw atti bħal dawn. Ir-reazzjonijiet ta' ċertu individwi prominenti, fosthom qassis, huma inkwetanti imma mhux xokkanti. Xokkanti kienu r-reazzjonijiet ta' wħud, li minkejja li dan huwa każ ovvju ta' femiċidju, kellhom il-wiċċ jiċħdu li s-soċjetà tagħna hija waħda patrijarkali. Ma nistenniex li kull individwu juża l-kelma 'partijarkali' biex jiddeskrivi l-kultura misoġinista tagħna. Nistenna biss l-umiltà bażika li nagħrfu li f 'Malta din il-problema teżisti. Li bosta jibqgħu jiċħdu li fis-soċjetà Maltija n-nisa huma filfatt meqjusa bħala esseri inferjuri, jixhed is-sessiżmu ingranat fl-imħuħ ta' bosta rġiel f 'dan il-pajjiż. Jiena, bħala raġel, trabbejt f 'kultura fejn ix-xenqiet sesswali tas-subien tas-sekondarja u l-kummenti ta' disprezz fil- konfront tan-nisa ma ġewx indirizzati mill-edukazzjoni, il-knisja jew is-soċjetà. Anzi f 'ċertu każijiet, din it-taħlita ta' sentimenti kbar kompliet tissaħħaħ mill-fatt li konna segregati fi skejjel differenti - subien u bniet. Niftakarni niddardar jien u nisma' l-kliem ta' studenti subien sħabi meta kienu jiġu gruppi ta' tfajliet minn skejjel oħra jużaw l-awditorju tal-iskola tagħna għal xi serata teatrali. L-eċitament inkontrollabbli li konna nħossu spiss kien jissarraf fi frustrazzjoni enormi fi sħabi u ħafna ħolm li kellu ħabta jieħu xejra disturbanti. Qatt ma ħassejt li fi tfuliti kien hemm spazju pubbliku għal diskussjonijiet serji u neċessarji li jgħinuna lilna is- subien naffrontaw l-attitudnijiet sessisti ta' pajjiżna. Neskludi lill- familti minn din il-kategorija. Kien grazzi għall-prinċipji tal-ugwaljanza, is-solidarjetà u r-rispett li għallmitni familti li rnexxili nirreżisti ħafna milli nipparteċipa f 'dan it-tip ta' diskors. Xorta waħda kelli niġġieled mentalità li wara ċertu żmien kienet saret norma għalija - ngħidu aħna l-'male gaze' jew li nitkellmu jew ngħajtu fuq in- nisa meta jitkellmu huma. Wasal iż-żmien – cioè qegħdin tard - li naffrontaw il-privileġġi li s-soċjetà tagħti lill-irġiel. L-aqwa għodda f 'dan il-proċess hija r-riflessjoni personali. Għandna nibdew billi nistabbilixxu fuq l-iktar livell intimu u personali li kwalunkwe persuna ħaqqha r-rispett. Minn hemm imbagħad irridu nħarsu lejn ir-relazzjoni personali tagħna man-nisa fiċ-ċrieki soċjali tagħna, fuq il-post tax- xogħol u fil-familja. Hawn ser indur fuq żewġ karattri mir-rumanzi ta' Sally Rooney għax ifakkruni fl- attitudni ta' ħafna rġiel man-nisa fis-soċjetà Maltija. Fir-rumanz Normal People insibu l-karattru ta' Connell, raġel nieqes mill- kunfidenza fih innifsu li jasal biex ikollu relazzjonijiet strambi, kważi mingħajr emozzjoni ma' numru ta' nisa. Dan sakemm jispiċċa f 'relazzjoni ma' Marienne, fejn iħoss sens ta' poter emozzjonali ġej mill-fatt li huwa r-raġel u li Marienne trid tagħmel l-isforzi kollha biex togħġob lilu iżda qatt bil-kontra. Is-sess bejniethom isir bil-moħbi minn sħabhom u l-familja, u Connell jiddetta meta għandhom jiltaqgħu. Minkejja li jgħid li jħobbha spiss tiġih kilba kbira li jagħtiha daqqa ta' ħarta - hekk biss donnu jista' jistabbilixxi xi tip ta' dominanza u l-ordni patrijarkali ta' din ir-relazzjoni. Minn barra, Connell jissimbolizza r-raġel li żviluppa u kapaċi juri l-emozzjonijiet tiegħu u kapaċi anki fix-xogħol tad-dar, iżda b'xi mod jew ieħor, sesswalment jew psikoloġikament, irid jibqa' ggranfat mat-traċċi kollha tad- dominanza li dejjem ħass fuq il-mara. Nick, karattru fil-ktieb Conversations with Friends, miżżewweġ lil Melissa iżda għandu relazzjoni ma' Frances li hija ħafna iżgħar minn martu. L-arranġament huwa ta' "open relationship" iżda f 'dal-każ "open" tapplika għalih biss. Ir-relazzjoni ta' bejn Nick u Frances hija mifnija bid-difetti, inkluż abbuż emozzjonali fuqha minn raġel sabiħ, ikbar fl-età, kemxejn mistħi u s-setgħa kollha li jbiddel il-burdata u l-atteġġjament ta' Frances kif u meta jrid.Kollox sigriet, kollox minn taħt ma jmurx jinqabad. U meta jinqabdu, mhux li jiġri wisq. Naturalment hi taqlagħha agħar minnu. Rooney taqbad tajjeb il- kuntradizzjoni fl-emozzjonijiet ta' ħafna rġiel fil-ħajja tal-lum, xi ftit jew wisq ikkawżata mit- transizzjoni mill-moraliżmu reliġjuż tan-nanniet u l-ġenituri tagħna għall-valuri liberali tal-lum. Din il-ġlieda interna naraha f 'ħafna nies li jagħrfu l-valur tar-rispett lejn in-nisa, pero', impliċitament xorta juru li xi mkien għad fadal jiġri fihom it-twemmin ingranat jew il-frak moħbi tal-ħsieb ikrah u distruttiv li r-raġel għandu f 'idu l-kontroll emozzjonali u sesswali fuq il-mara. F'intervista mal-MaltaToday fl-2018, Dr Marceline Naudi talbitna biex nidħlu fil-fond tar- riflessjonijiet tagħna u naħdmu serjament sabiex ma nibqgħux nirrepplikaw l-arranġamenti soċjali tal-ġenituri tagħna, għaliex il-probabbiltà kbira hija li dawn m'għadhomx jgħoddu għall-lum il-ġurnata. Dan il-proċess jista' joħloq ħafna kunflitt intern, speċjalment għall-irġiel. Minjaf kemm-il darba fakkruna meta konna żgħar fil-privileġġi tagħna bħala subien u li għandna naġixxu ta' "rġiel" mat-tfajliet tagħna. Il-proċess li nifhmu u negħlbu s-sens ta' dritt sagrosant għall- privileġġi għax aħna rġiel, jekk meħud bis-serjetà, huwa diffiċli u jirrikjedi ħidma kbira u iebsa biex neqirdu l-ideat li trabbejna fhom u trawwimna bihom fejn jidħlu nisa. Nemmen li huwa d-dmir ta' kull raġel li jagħraf u jaġixxi fuq il-vjolenza domestika u vjolenza fuq in-nisa f 'Malta. Il-qtil ta' Paulina Dembska għandu jallarmana għaliex huwa indikazzjoni ċara li, lil hinn mill-ħafna eloġji dwar l-ugwaljanza, fil-verità hemm numru kbir ta' nisa li għadhom jiġu abbużati emozzjonalment u sesswalment, u saħansitra maqtula. Minkejja li hemm każijiet ta' vjolenza domestika fuq l-irġiel jew bejn koppji tal- istess sess, l-istatistika turi biċ- ċar li primarjament huma n-nisa li qegħdin isofru taħt idejn l-irġiel. Wasal iż-żmien li bħala rġiel nieqfu nieħdu għalina u minflok ikollna farka ta' umiltà u r-rieda li ninbidlu.