Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1446840
05 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 30 TA' JANNAR 2022 George Hyzler Żur ilma.org.mt għal aktar pariri siewja. DAK HU ILMA TAJJEB GĦALL-PJANTI GĦALIEX ĦAFNA DRABI JKUN FIH LIVELLI GĦOLJA TA' NITROĠENU, TIP TA' FERTILIZZANT NATURALI. TARMIX L-ILMA TAL-AKWARJUM JEW LI MA XORBUX L-ANNIMALI Programm Opera v I - Fondi Stru urali u ta' Inves ment Ewropej 2014-2020 "It-trawwim ta' ekonomija kompe va u sostenibbli li lqa' l-isfidi tagħna" Proġe parzjalment iffinanzjat mill-Fond ta' Koeżjoni Rata ta' ko-finanzjament: 85% Fondi mill-Unjoni Ewropea; 15% Fondi Nazzjonali 'Kulħadd jaf li Efimova tinsab il-Greċja... imma l-Pulizija qatgħu qalbhom li jsibuha' ALBERT GAUCI CUNNINGHAM L-eks Prim Ministru Joseph Muscat ilbieraħ reġa' tkellem permezz tal-midja soċjali u filwaqt li qal illi huwa għamel xogħol iddikjarat, li jista' jarah kulħadd u li fuqu ħallas it-taxxa - wissa li mhux se jitħalla jintuża biex issir ħsara lill-Partit Laburista. "Jiena ħa nkompli naħdem, kwiet mhux bil-protagoniżmu - il-ħin li kelli nagħmel għamiltu - pero' mhu se nħalli lil ħadd jivvendika ruħu jew jużani biex ikisser lill-Moviment Laburista, il-Moviment li għadu b'saħħtu u li se jibqa' b'saħħtu u se jibqa' miexi 'l quddiem." Huwa sostna li x-xogħol li għamel ma' kumpanija, li kienet involuta mal-kumpanija li ħadet l-isptarijiet (VGH) kien iddokumentat, kien juri liema xogħol għamel u kien iddikjarat, filwaqt li fuqu ħallas it- taxxa. Fil-fatt l-istorja oriġinali fuq e Times kienet tgħid li l-flus, €60,000 b'kollox mill-kumpanija Accutor, kienu daħlu fil-kont ta' Joseph Muscat f 'bank lokali. "Mela jiena ma għandix dritt naħdem?" staqsa Muscat. "Jiena ħdimt u ddikjarajt ix-xogħol li għamilt u ħallast it-taxxa fuq ix- xogħol li għamilt." Huwa kompla jsostni li hu qatt ma ried li jiġi trattat differenti għax hu min hu, imma anqas irid li jiġi trattat inġustament għax hu min hu. U kien hawn li semma' lil Maria Efimova, "li vvintat il- gidba tal-Egrant... Kulħadd jaf li qegħda l-Greċja, tant li talbet biex tixhed remotament, imma fl-istess ħin il-pulizija qatgħu qalbhom li ser isibuha," qal l-eks Prim Ministru. Fir-rapport dwar Egrant, li ma sabx rabta bejn din il-kumpanija fil-Panama u Michelle Muscat, l-Imħallef Aaron Bugeja kien iddikjara li Efimova kellha tiġi akkużata quddiem il-Qorti b'iffalsifikar ta' firem u kalunja. Hija ħarbet minn Malta, kif kienet telqet ukoll minn Ċipru qabel, għax qalet li qed tibża' għal ħajjitha. Efimova kienet qalet illi hija rat dokumenti fil-bank Pilatus fejn kienet taħdem illi kienu juru li Egrant Inc. kienet ta' Michelle Muscat. Sostniet li din id-declaration of trust kienet qegħda f 'safe fil-kċina, liema safe l-inkjesta ma sabitx li kien hemm. L-inkjesta lanqas sabet li Egrant kellha kontijiet mal-Pilatus. Daphne Caruana Galizia kienet qalet li Efimova kienet sors tagħha dwar din l-istorja, imma kienet qalet ukoll li Efimova ma kinitx l-uniku sors tagħha. Muscat qal li t-tfittxija fil- basktijiet tat-tfal tiegħu kienet żejda u qal li wara l-ewwel filmat tiegħu sar jaf li "kantuniera 'l bogħod waqt it-tfittxija kien hemm Robert Aquilina." Muscat qal li dan, flimkien mad-dikjarazzjonijiet tad-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi qabel ma saret it-tfittxija, li kienu jindikaw li din ser issir, "jimminaw il-fiduċja - tiegħi u ta' eluf kbar oħrajn - f 'din l-inkjesta." Huwa qal illi l-fatt li xi ħadd ikun jaf minn qabel x'se jiġri f 'inkjesta maġisterjali timmina l-fiduċja ta' ħafna nies f 'dik l-inkjesta. "Il-fatt li kien hawn nies jafu x'se jiġri timmerità investigazzjoni għaliha waħedha," qal l-eks PM u eks Mexxej Laburista Joseph Muscat. L-eks PM Joseph Muscat jgħid li mhu se jħalli lil ħadd jużah biex jitkisser il-Moviment Laburista, li jisħaq għadu u se jibqa' b'saħħtu...