Illum previous editions

ILLUM 30 January 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1446840

Contents of this Issue

Navigation

Page 16 of 27

17 kotba illum • IL-ĦADD 30 TA' JANNAR 2022 L-għajta maħnuqa Il-maskra qatgħetilna nifisna lkoll, u Rita Saliba donnha wkoll qed tintebaħ b'dan f'Minn Taħt l-Ilsien (KKM, 2021). Mark Vella jipprova jissuġġerixxi t-taħlil ta' din l-għoqla. It-titlu tal-aħħar ġabra ta' Rita Saliba ismu miegħu, kif ngħidu. Jaf b'xi mod relatat ma' dak li ħareġ waqt il-pandemija, li kienet pretest għal xi wħud għal aktar xogħol, jew inkella xprun għal proġetti mhux tas-soltu bħala Jien – Noti – Jien (KKM, 2020) ta' Toni Sant u Immanuel Mifsud li ħareġ mir-riflessjonijiet mużikali fuq Facebook waqt l-ibernazzjoni furzata tal-lockdown. Fil-każ ta' Saliba, il-qoxra tal-ktieb iddisinjata minn Pawlu Mizzi turi maskra kirurġika mdendla ma' pum ta' bieb, bħallikieku ilkoll issikkitna u dak li ngħidu nispiċċaw inlissnuh malli nneħħu din is-sarima u nidħlu d-dar għall-arja. Bħal f 'bosta mix-xogħlijiet preċedenti tagħha, kemm kwalità kiebja għall-aħħar fir-rakkonti ta' Saliba, li spiss jinstemgħu donnhom impespsa, ma jmurx jinstemgħu minn min mhux suppost jisma', jew inkella l-awtriċi donnha għażlet li tliġġem leħinha sakemm saret tista' tinstema' biss b'dan il-volum baxx awto- impost. Anki f 'tentattiv daqsxejn aktar ambizzjuż, ir-rumanz O.B.E (KKM, 2019) forsi jfalli lejn l-aħħar, b'konlużjoni mgħaġġla, konfuża u it li xejn plawżibbli, preċiżament għal din ir-raġuni: mhux b'nuqqas ta' ħila tal-kittieba, iżda għaliex forsi jseħħ l-eżawriment ta' din l-għoqla espressiva li għad tista' tifga l-isforz letterarju. Anki f 'dawn l-istejjer ġodda, hemm kontinwament għaddej dan il-fil ta' leħen li jitħabat biex jinstema', ta' lsien li aħjar jinbela' milli jħanġar mal-erbat irjieħ, ta' soffokament. Bħal fl-aħjar tradizzjoni tan-novella, sew dinjija sew Maltija, il-karattri ta' Saliba huma kollha individwi it jew wisq anonimi, u dan l-anonimat, imfisser bosta drabi bħala inkapaċità jew ċediment, jeqridilhom fl-istess ħin dik l-individwalità inizjali. Sikwit il-karattri huma nisa, Maltin sa ruħ ommhom f 'sens storiku u antropoloġiku, li s-skiet tagħhom jaf għandu għeruq kulturali, iżda kemm-il darba huwa bħallikieku kundanna imposta, anki lil hinn mis-sess u l-ġeneru, biex kull possibbiltà ta' azzjoni sseħħ wara l-bibien magħluqa tal-kuxjenza. Anki jekk xi drabi l-karattru jkun raġel, naraw bnedmin weħidhom, li tilfu xi ħaġa xi mkien fiż-żmien, huwiex kumpann tal-ħajja jew inkella raġuni oħra li kienet tagħti s-sens lill-eżistenza tagħhom. Hu x'inhu, nies li jagħrfu biss li jistgħu jgħixu u jeżistu fl-għeluq tagħhom infushom. Biex nerġgħu lura għar-rumanz reċenti ta' Saliba, il-kunċett tal- OBE, l-out of body experience, jaf ikun letterarjament tentattiv ta' ħarba lil hinn minn dan il-ħabs tal- ħsibijiet. Sforz biex ma nibqgħux niddjalogaw mal-mera jew nibżgħu nirfsu l-għatba ta' barra. Il-wens tad- dar donnu jitlef kull sens, u l-għeluq jagħti konfort sempliċement għaliex isakkrek mid-dinja ta' barra, iżda xorta waħda ma jħallikx teħles mill-fantażmi u d-dimonji jwerdnu f 'moħħok. Sikwit ukoll, il-kelma ma tibqax biżżejjed, anki għax mhux permess tieħu n-nifs kif trid, u għalhekk il- fehim jipprova jitwassal bis-sensi l-oħra, speċjalment bix-xamm, li spiss jieħu l-karattri lura fiż-żmien biex jippruvaw jagħmlu sens mill- qagħdiet tagħhom. Iktar ma nirrifletti fuq l-opra ta' Saliba, aktar jiġini dan is-sens ta' asfissija, biex inkun niżżilt kelma oħra li tipprova twassal dan is-sens ta' skiet sfurzat li jaf kemm-il darba jinsatar taħt velu ta' prudenza. Il-limiti imposti fuq il-karattri jikkuntrastaw mal-prolifiċità u l-immaġinazzjoni produttiva tal- awtriċi, fejn il-preokupazzjoni tagħha kapaċi toħroġ f 'għadd ta' sitwazzjonijiet immaġinati, imma anki ġeneri oħra, fosthom fil- miksrostejjer ta' MittKelma (KKM, 2020) u Fuq Widnejn Torox (KKM, 2018). Il-qosor jagħti l-intensità, xi kultant anki n-knockout tal-aħħar, imma jissikka wkoll il-possibiltajiet, u fil-każ tal-aħħar ktieb, it- titlu donnu jilgħab, anki jekk inkonxjament, b'din l-ironija ta' min ma jridx deliberatament aktar minn dawn l-istejjer 'żbukkati'. Imma kemm hu minnu dawn? Saliba tassew taqla' dak li għandha fuq l-istonku biex ixxerrdu mal- erbat irjieħ, ta' żaqqha f 'fommha, jew inkella wasal żmien li tassew nimu għala kollox għadu qed jitlissen minn taħt? Għal darb'oħra, dan mhuwiex il-limitu tal-kittieba, anki għaliex bħalma jiddikjara b'kumdità estrema Ġorġ Mallia fid-daħla għall-ġabra tal-2018, Rita Saliba 'taf tikteb!' Madankollu, din li jien naraha bħala ossessjoni tematika, donnha tixref ukoll fl- istil u l-limiti tiegħu, fejn anki l-espressjoni tal-kittieba donnha biż-żmien qed tinfaga bil-mod il- mod sakemm ma tkun tista' tgħid xejn aktar, lanqas minn taħt l-ilsien. Id-dinjiet li laħqet ħolqot Saliba jaf issa għandhom bżonn żbokk ieħor, fejn ineħħu l-maskra u jgħajtu b'kemm għandhom saħħa. Pass lil hinn mil-limiti imposti tal-prudenza u tal-kawtela għal xogħol letterarju aktar kuraġġuż u qawwi li b'xi mod jgħolli l-għatu minn fuq dak li ilu jbaqbaq għal żmien twil. Temi partikolari bħal dik tas-solitudni soċjali, kif ukoll l-idea politika tal-ġeneri (sew l-identitajiet individwali kif ukoll ir-relazzjonijiet bejniethom), fihom qawwa biżżejjed fil-mod kif ilha taffrontahom Saliba li jistgħu jwasslu għal devjazzjoni ħafna aktar konvinċenti mill-mogħdijiet tas- soltu. In-nisa qed jirbħu bħalissa. Speċjalment fir-rakkont qasir, fejn ħadu x-xettru mill-irġiel, u qed jespandu b'qawwa liema bħalha fuq tematiċi attwali, bħalma anki rajna b'xogħlijiet reċenti bħal ta' Loranne Vella u Nadia Mifsud. Kitbiet li b'kunfidenza jasserrixxu ilħna li kienu ilhom biex jinstemgħu. Fil- każ ta' Saliba, il-pudur malinkoniku mhuwiex difett: anzi, huwa kwalità rari li saret it-timbru tal-awtriċi. Madankollu, m'għandux jitħalla jżomm minn espressjoni aktar żbukkata, tassew did-darba. Ir- rikkezza emozzjonali li kapaċi tesplora tant tajjeb Saliba ħaqqha bibien miuħa beraħ minn fejn toħroġ u ssemma' lilha nnifisha. Rokna letterarja mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 30 January 2022