Illum previous editions

ILLUM 30 January 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1446840

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 27

03 illum • IL-ĦADD 30 TA' JANNAR 2022 aħbarijiet 'Jew kulħadd jew ħadd! Is-settur tal-arti u d-divertiment għandu jiftaħ b'mod normali u immedjatament' YENDRICK CIOFFI "Jekk kulħadd jew ħadd. Is-settur tal-arti u d-divertiment hemm bżonn jiaħ b'mod normali u immedjatament. 10,000 persuna jaħdmu f 'dan is-settur u issa qed niddiskriminaw magħhom." Hekk saħaq mal-gazzetta ILLUM il-President tal-Assoċjazzjoni Maltija għall-Industrija tal-Arti u d-Divertiment, Howard Keith Debono wara li għal darb'oħra, dan is-settur tħalla fl-għama minkejja li aktar kmieni din il- ġimgħa tħabbar ir-rilaxx ta' aktar miżuri. Fil-fatt, id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne ħabbar kif mis-7 ta' Frar, iċ-ċertifikat tal-vaċċin mhux se jibqa' obbligatorju biex wieħed jidħol f 'ristorant, snack bars u l-każini u mill-14 ta' Frar mhux se jibqa' obbligatorju għad- dħul f 'barijiet, gyms, ċinemas u anke teatri. Madanakollu, anke wara l-14 ta' Frar, iċ- ċertifikat tal-vaċċin jibqa' obbligatorju biex persuna ssiefer, tmur f 'casino, tattendi avvenimenti tal-massa u anke għal avvenimenti sportivi. Dwar is-settur tal-arti u d-divertiment ma ntqal tista' tgħid xejn. Għalhekk l-obbligu taċ-ċertifikat tal-vaċċin biex wieħed jattendi għal attivitajiet jew inkella fi stabbiliment tad-divertiment jibqa' hemm u l-udjenza jew il-klijenti jridu jibqgħu bilqiegħda. Propju għalhekk li l-gazzetta ILLUM tkellmet ma' Howard Keith li insista li l-awtoritajiet tas-saħħa għandhom jieqfu immedjatament jiddiskriminaw kontra l-industrija tal-arti u d-divertiment, għax fi kliemu, jekk se jibqa' jsir hekk, mhux se jkollhom għażla oħra għajr li jirrikorru għal "miżuri legali." Saħaq li tul il-pandemija kollha, kull meta kien hemm bżonn, l-artisti u l-industrija kollha kemm hi baxxiet rasha biex tikkopera mal- awtoritajiet tas-saħħa. 'Id-double standards issa huma ċari daqs il-kristall' Madanakollu fakkar li meta l-istess pressjoni tpoġġiet fuq industriji oħra, għax kien hemm it-tgergir u kien hemm ristoranti li s a ħ a n s i t r a għalqu l-bibien tagħhom, l-obbligu taċ-ċertifikat tal-vaċċin tneħħa wara biss tliet ġimgħat. "Issa d-double standards huma ċari daqs il-kristall," saħaq Howard Keith. "Bl-istess miżuri imposti għar-ristoranti u l-bars aħna għamilna sena u nofs." Kien hawn li saħaq li s-settur tal- arti u d-divertiment dejjem baxxa rasu għall-awtoritajiet tas-saħħa iżda insista li "issa hemm limitu." Propju għalhekk li Howard Keith appella biex l-istess kif tneħħew għar-ristoranti u l-bars, ir-restrizzjonijiet kollha, issa jitneħħew ukoll għas-settur tal- attivitajiet, inkluż l-obbligu taċ- ċertifikat tal-vaċċin u d-distanza soċjali. "Issa rridu mmorru lura għan- normal. Anke jekk niħu llum b'mod normali, diġà għandna snin biex nirkupraw. Hemm bżonn niħu b'mod normali u immedjatament," insista. Mistoqsi jekk tkellimx dwar dan mal-awtoritajiet, Howard Keith ikkonferma mal-gazzetta ILLUM li tkellem mal-Ministru Chris Fearne u qed jistennew li jingħataw appuntament għal-laqgħa biex jaraw x'inhu l-pjan tal-Gvern għar- rilaxx ta' aktar miżuri, inkluż għall- industrija tal-arti u d-divertiment. "Irridu direzzjoni ... aħna għandna negozju bħal ħaddieħor' – Matthew De Georgio L-ILLUM tkellmet ukoll ma' Matthew De Giorgio, is-sid tal- k u m p l e s s G i a n p u l a V i l l a g e li wera d-dispjaċir t i e g ħ u għax "għal d a r b'o ħ r a" ħadd mhu jitkellem fuq l - i s t a b b i l i m e n t i tad-divertiment u attivitajiet b'udjenza bilwieqfa. "Irridu direzzjoni u data. Aħna għandna negozju bħal ħaddieħor, insista De Giorgio. "Jitkellmu fuq festi għas-sajf u fuqna xejn. Lanqas data jew inkella indikazzjoni kif nistgħu niħu." Fakkar li l-istabbilimenti tad- divertiment u anke dawk li jaħdmu fis-settur tal-arti u d-divertiment, kienu l-ewwel li ntalbu jibdew jivverifikaw iċ-ċertifikat tal-vaċċin għall-udjenza u l-klijenti tagħhom u ma kellhom l-ebda problema li jagħmlu dan. "Imma issa, la wara it ġimgħat, se jitneħħa għar-ristoranti u l-bars, dan l-obbligu għandu jitneħħa għalina wkoll," insista De Giorgio. Mistoqsi jekk jaħsibx li għandhom jerġgħu jibdew jiħu it it, inkluż bis-sistema tal-clusters, De Giorgio saħaq li la ntqal li l-booster huwa s-soluzzjoni, mela allura anke l-istabbilimenti tad-divertiment g ħ a n d h o m jiħu b'mod n o r m a l i , l-istess kif se jkunu j i s t g ħ u j i f t ħ u r-ristoranti u l-bars fi Frar. " I r r i d u direzzjoni. Aħna fi Frar nistgħu u għandna nkunu miuħa b'mod normali, b'udjenza bilwieqfa," temm jisħaq. 'Aħna għadna qed inbatu wkoll' – Fornituri tax-xorb Tkellimna wkoll ma' sidien ta' negozji li jfornu x-xorb lill- istabbilimenti tad-divertiment u anke f 'diversi festivals u attivitajiet li jiġu organizzati. Dawn saħqu li għalkemm qed jaqdu lir-ristoranti u anke l-bars, l-istabbilimenti tad-divertiment, il-festivals u l-attivitajiet organizzati huma importanti ħafna għalihom. Anke jekk l-istabbilimenti tad-divertiment huma miuħa għal udjenzi bilqiegħda u attivitajiet jistgħu jsiru imma b'restrizzjonijiet u protokolli ċar, is-sidien saħqu li x-xogħol lanqas jibda ma' dak ta' qabel il- pandemija. L-ILLUM tistaqsi imma tibqa' bla tweġiba... Intant, wara r-rilaxx ta' miżuri li tħabbar din il-ġimgħa, il-gazzetta ILLUM bagħtet sett ta' mistoqsijiet lill-Ministeru għas-Saħħa. Fost oħrajn, l-ILLUM staqsiet jekk l-istabbilimenti, fejn tneħħa l-obbligu ċ-ċertifikat tal-vaċċin, hux se jkunu qed jerġgħu jibdew jiħu wara s-1am, jekk il-liċenzja tagħhom tippermetti. Staqsiet ukoll meta se jkunu qed jirritornaw l-attivitajiet b'udjenza bilwieqfa u jekk dawn hux se jerġgħu jibdew isiru bil-protokolli li kienu fis-seħħ, fosthom biex l-udjenza tkun maqsuma fi clusters ta' 100. Sakemm morna għall- pubblikazzjoni, it-tweġibiet kienu għadhom mhux mibgħuta. Howard Keith Debono jisħaq mal-ILLUM li l-aħħar rilaxx ta' miżuri ħareġ aktar fiċ-ċar id-double standards u d-diskriminazzjoni tal-awtoritajiet tas-saħħa mal-artisti u l-organizzaturi tal-attivitajiet Howard Keith Debono Matthew De Giorgio

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 30 January 2022