Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1446840
22 opinjoni IL-ĦADD 30 TA' JANNAR 2022 • illum L-Għaqdiet fil-komunita' M inkejja l-ħafna tgergir, iċ-ċokon ta' pajjiżna għandu s-sabiħ tiegħu wkoll. Fiċ-ċokon tagħna, matul is-snin, irnexxielna nibnu identita' ta' poplu qalbi- eni, ħabrieki u li minkejja l-piki u l-argumenti ma' jaqtgħu qatt, fl-aħħar mill-aħħar nibżgħu għal xulxin. Element ewlieni li dejjem affaxxinani u llum sar parti ew- lenija tal-ħajja politika tiegħi huma l-għaqdiet fil-komunita': soċjetajiet tal-mużika, każini, klabbs sportivi u għaqdiet tal-festi fost l-oħrajn. Il-biċċa l-kbira ta' dawn l-organiżazzjonijiet twaqqfu għexieren ta' snin ilu u ħafna minnhom kellhom rwol ċentrali ta' kif evolviet il-ħajja fil- komunita' matul is-snin. Ħafna minnhom naqqxu l-identita' tagħhom fil-lokal permezz ta' sede ċentrali li kienet tissimbolizza kemm l-importanza ta' l-għaqda kif ukoll il-viċinanza li kellha lejn il-qalb tal-komunita' residenzjali u kummerċjali tal-post. Iżda nemmen li minn perspettiva politika, dawn l-għaqdiet għandhom ukoll funzjoni kruċjali fil-ħidma marbuta ma' l-iżvilupp soċjo- ekonomiku fil-lokalitajiet tagħna. Fl-ewwel lok dawn għandhom rwol li permezz tiegħu jistgħu jservu ta' sors ta' informazzjoni dwar ix-xejriet fil-komunità. Ħadd aktar minn min imexxi dawn l-għaqdiet ma' jista' jgħid kif qed tevolvi l-komunita' u x'inhuma dawk l-aspetti li rridu nkunu viġilanti għalihom. It-tieni rwol essenzjali li għandhom huwa dak marbut mal- edukazzjoni u l-formazzjoni tat- tfal u ż-żgħażagħ fejn minbarra li jitgħallmu u jitħarrġu fl-oqsma kulturali, sportivi jew tradizzjonali tal-għaqdiet rispettivi jkunu wkoll qed jitrawwmu f 'sens ta' komunita' li hija imprezzabbli biex tkattar il-valuri li jagħmluna poplu distint minn tant oħrajn. Dawn l-għaqdiet huma kruċjali wkoll biex iservu ta' tarka għaż-żgħażagħ mill-użu tas- sustanzi, illum aktar minn qatt qabel fid-dawl tal-politika tan-normaliżazzjoni tad-droga mħaddna mill-gvern. It-tielet rwol li dawn l-għaqdiet għandhom huwa rifless fil- potenzjal li jservu huwa dak li permezz tiegħu jkunu xempji ta' l-identita' lokali u nazzjonali. Din l-identita' tiddefinixxi aħna min aħna u minn fejn ġejjin iżda wkoll xi nsarrfu bħala persuni f 'dinja li aktar ma' jgħaddi żmien aktar qiegħda tinbidel f 'waħda bla ruh u agnostika għal kollox. Dawn l-għaqdiet huma wkoll ħolqa importanti biex insarrfu l-prinċipju tas-sussidjarjeta' fil-prattika, fil-ħajja ta' kuljum fl-ibliet u l-irħula tagħna. Is- sussidjarjeta' ma' tiksibiex biss billi tiddelega l-poteri amministrattivi iżda wkoll billi tagħraf ir-rwol ċentrali li l-għaqdiet għandhom fil-lokal tagħhom u kif dan ir-rwol jista' jibda jiġi rfinut f 'funzjoni ntiża biex issawwar il-ġid komuni, ir-rispett reċiproku u t-titjib fil- kwalita' tal-ħajja fil-komunita'. Dan nistgħu nilħquh biss billi nħaddnu politika li tkun ħafna aktar inklussiva u parteċipattiva fuq livell lokali, fejn l-għaqdiet ma' jkollhomx biss rwol marbut mal-ħidma speċifika ta' l-għaqda iżda jkollhom sehem fit-tisħiħ tal- ħajja fil-komunita' u jkunu allejati importanti fit-taqbida kontra t-tnaqqir tad-dinjita' tal-persuni vulnerabbli kif ukoll ċentru ta' attivita' li jiġbed lejh it-tfal u ż-żgħazagħ tal-lokal f 'ħidma għal għanijiet ġusti. F'dan l-isfond huwa kruċjali li d-dibattitu fuq l-għaqdiet fil- komunita' jiġi elevat minn wieħed sempliċement ta' għoti ta' it fondi għal wieħed fejn dawn ikunu imsieħba ewlenin fil-proċess tat- tisħiħ tal-komunitajiet li jaħdmu fihom. Din is-sħubija trid tkun ikkumplimentata minn qafas ta' appoġġ ta' servizzi kif ukoll minn programm ta' finanzjament strutturat li jippermetti lil dawn l-għaqdiet li jippjanaw fit-tul u mhux sempliċement minn sena għall-oħra. Fiċ-ċokon tagħna, għandna x-xorti li aħna mgħonnija b'tant għaqdiet u b'tant persuni li jagħtu ħafna kontribut b'mod volontarju, minn qalbhom u mingħajr ebda pretensonijiet. Dan huwa xempju ta' kif tkattar il-ġid komuni u l-ħidma politika tagħna fis-snin li ġejjin trid mhux biss tirrikonoxxi din il-ħidma iżda taħtaf l-opportunita' biex tappoġġja u tgħin lil dawn l-għaqdiet ikomplu jissaħħu u jimirħu fl-interess tal- komunitajiet tagħhom. Claudio Grech Claudio Grech huwa Deputat Nazzjonalista responsabbli għat-Trasformazzjoni u l-Innovazzjoni tal-Politika tal-PN Din is-sħubija trid tkun ikkumplimentata minn qafas ta' appoġġ ta' servizzi kif ukoll minn programm ta' finanzjament strutturat li jippermetti lil dawn l-għaqdiet li jippjanaw fit-tul u mhux sempliċement minn sena għall-oħra