Illum previous editions

ILLUM 30 January 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1446840

Contents of this Issue

Navigation

Page 23 of 27

24 kummerċjali IL-ĦADD 30 TA' JANNAR 2022 • illum Varjeta' ta' proġetti ta' disinn arkitettoniku It-tielet edizzjoni tal-Malta Architecture and Spatial Planning Awards (MASP) attirat 'il fuq minn sittin sottomissjoni ta' proġetti li issa se jiġu evalwati minn ġurija magħmula minn esperti barranin kif ukoll lokali minn diversi setturi. It-tmien membri tal-bord tal- ġurija se jkunu assistiti minn għaxar esperti tekniċi. L-aspetti ewlenin li jiġu evalwati huma l-forma, il-funzjoni, l-innovazzjoni, l-kwalità u l-effiċjenza tal-enerġija fi ħdan il-proġetti. Għall-ewwel darba, l-pubbliku se jingħata perjodu ta' ġimagħtejn biex jivvota għall-proġetti arkitettoniċi u tad-disinn favoriti tiegħu. Il-votazzjo- ni ssir permezz tal-websajt www.masp- awards.com. Il-proġett li jirċievi l-ogħla numru ta' voti se jirbaħ il-Public Vote Award. Taħt il-patroċinju tal-President ta' Mal- ta, l-MASP Awards jiċċelebraw ix-xogħol straordinarju kontemporanju li xi wħud mill-aqwa studios ta' arkitettura u disinn interjuri ta' Malta lestew fl-aħħar xhur. Is-sottomissjonijiet, li huma mi- fruxa fuq għaxar kategoriji, jenfasizzaw ix-xogħol ta' periti pijunieri u interior designers hekk kif jagħmlu ħilithom biex joħolqu arkitettura u disinn innovattiv. Il-Premju tad-Disinn għall-Arkitettu- ra, Bini u Struttura Tajba rċieva l-ogħ- la numru ta' sottomissjonijiet. Ħdax-il proġett se jkunu qed jimmiraw biex jirbħu f 'din il-kategorija, liema premju jmur għall-proġett li juri l-ogħla kwal- ità ta' disinn u għalhekk tejjeb il-kuntest eżistenti permezz tal-uniċità tad-disinn innovattiv u kreattiv tagħhom. Il-kategorija tar-Riabilitazzjoni u l-Konservazzjoni, il-kategorija tar-Rest- awr u l-kategorija tal-Arkitettura Intern għal Proġetti Residenzjali kienu wkoll popolari, u rċevew għaxar u tmien sot- tomissjoni rispettivament. Għat-tieni sena konsekuttiva, num- ru inkoraġġanti ta' studenti tal-arkitet- tura ppreżentaw il-proġetti tagħhom għal Urban Planning Concept Award. Proġetti bħal dawn, li għadhom fi stadju ta' kunċett, jipprovdu soluzzjonijiet ta' ppjanar innovattivi biex jindirizzaw sfidi eżistenti fi spazju partikolari. Intbagħtu wkoll sitt sottomissjonijiet mill-pubbliku għall-Premju tal-Foto- grafija tal-Arkitettura li għadu kif ġie in- trodott. Minbarra li jirċievi spinta ta' kredib- biltà kemm mal-professjonisti tal-indus- trija kif ukoll mal-klijenti prospettivi, kull rebbieħ tal-premju tal-kategorija jiġi ppreżentat bi trofew esklussiv tad-disin- jatur Kane Cali, ispirat mill-forom an- golari tal-fortifikazzjonijiet famużi tal- Belt Valletta. Ir-rebbieħa jingħataw ukoll l-opportunità li jipparteċipaw f 'firxa wiesgħa ta' inizjattivi matul is-sena. Iċ-ċerimonja tal-premjazzjoni ta' din is-sena se ssir nhar is-Sibt 26 ta' Frar 2022 ġewwa l-Hilton Malta f 'San Ġiljan. Project: Chinese Garden of Serenity Category: Urban Planning Concept Project: Roof Garden and Green Wall at Valletta Design Cluster Category: Public Open Space Project: Portughes Outlet Category: Interior Architecture Award for Commercial and Public Buildings Project: Sterling HQ Categories: Design Award for Good Architecture, Building and Structure; Commercial and Public Buildings Project: Teatru Manoel Restoration Category: Restoration

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 30 January 2022