Illum previous editions

ILLUM 30 January 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1446840

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 27

09 illum • IL-ĦADD 30 TA' JANNAR 2022 analiżi Labour jew PN? Min se jwassalna bil-metro l-ewwel? ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Kemm-il darba tinqabad fit-traffiku? Min jaf kemm! Malta huwa pajjiż li jħobb il- karozzi, fejn mhux xi ħaġa kompletament aljena li familja ta' erba' minn nies ikollha tlieta jekk mhux erba' karozzi wkoll. Proġetti ta' toroq saru u fl-aħħar snin saru jew qed isiru proġetti kbar primarjament il-Junction tal-Marsa, l-underpass ta' Santa Luċija, is-Central Link mill- Imdina sal-Imrieħel u anke l-proġett tal-junctions u flyovers f 'Ħal Luqa u fil-viċinanzi tal- ajruport. Imma minkejja dan kollu t-traffiku, xi it jew wisq baqa' u jkun hemm ġranet fejn min jaħdem b'xi vann tad-deliveries jgħidlek li aktar jagħmel ħin fit- traffiku, milli fil-ħwienet. Mela allura wegħda li żgur se tiġbed ħafna attenzjoni hija dik li tittratta t-traffiku jew inkella t-trasport tal-massa, fi kliem ieħor Metro jew Tram. Liema l-aktar proposta kredibbli, vijabbli u effettiva? Il-kwistjoni kollha hawnhekk li se tiddetermina min se jitwemmen l-aktar jekk kemm il-PN u anke l-PL joħorġu bi proposta ta' dan it-tip fil-manifest hija sempliċi: Min miż-żewġ partiti qed joffri l-aktar proġett kredibbli, vijabbli u effettiv. Kredibbli: Il-proposta finali fil- manifesti trid turi l-ewwelnett minn fejn jgħaddi dan it-trasport tal-massa u kif dan se jkun marbut mat-trasport pubbliku diġà preżenti, ladarba la l-Metro u lanqas it-tram probabbilment ma jista' jwaqqfek eżatt fiż-żona fejn tgħix. Il-wegħda trid tkun kredibbli allura għax tgħidlek eżatt minn fejn se tgħaddi u minn fejn le. Il-proposta trid tkun marbuta ma' tragwardi ċari ta' żmien u costings ċari, ta' kemm se tiswa' kull fażi. Jekk il-wegħda tkun ta' metro l-partit irid iwiegħed x'se jagħmel bil-miljuni ta' tunnellati ta' skart ta' kostruzzjoni li se jiġi ġġenerat. U jekk huwa tram, il-partit irid juri minn liema għelieqi se jgħaddi jew inkella liema karreġġjati eżistenti se jieħu biex tgħaddi t-tram, inkella liema toroq se jkunu magħluqin biex jitħallew esklussivament għal tram. U finalment l-esperti x'qed jgħidu fuq dik il-proposta? Vijabbli: Jekk issir din il- wegħda miż-żewġ partiti, l-aktar li n-nies se jemmnu wkoll se tkun dik illi se tidher bħala l-aktar vijabbli. Jiġifieri ladarba din il-metro jew it-tram tkun qed topera kemm se tiswa lill-pajjiż? Min ser imexxiha, il-Gvern jew il-privat? Kemm se tiswa' bejn wieħed u ieħor lill-passiġġiera sabiex jużawha? U kif il-Gvern jew il-privat se jaċċerta dħul? Mistoqsija oħra pertinenti hija: Kemm teħtieġ passiġġiera din il-mappa ta' trasport tal- massa biex tkun vijabbli? Effettiv: U finalment il- proposta/wegħda x'differenza reali se tagħmel fit-toroq lil dawk (probabbilment xorta f 'maġġoranza - imma inqas!) li jibqgħu jużaw il-karozza? Se jonqos it-traffiku b'din il- proposta? U b'kemm il-partit jaħseb li ser jonqos? Se jwassal biex jieqfu proġetti ta' tkabbir ta' toroq? Il-Partit Laburista fuq din il-materja għandu vantaġġ partikolari minħabba illi lejn l-aħħar tal-2021 il-Gvern diġà ppreżenta pjan iddettaljat minn kumpanija privata u rinomata fi proġetti ta' trasport tal-massa, li wieġbet ħafna minn dawn il- mistoqsijiet, li tat tragwardi ċari ta' żmien, li poġġiet prezz fuq il- proġett u li saħansitra weriet fejn se jkunu l-istazzjonijiet ta' dan il- Metro. Minkejja li din taf tkun il- wegħda li tagħmel l-akbar impatt, kif il-VAT għamlet fl-1996, l-UE fl-1998 u l-2003 u kif għamlet il- bidla fl-2013, dan ma jfissirx li din il-proposta mhijiex mingħajr ir- riskji politiċi tagħha. Proġett bħal dan iwassal għal kontroversja ambjentali, kif diġà qajjem, dwar spazji meħuda għall- istazzjonijiet u anke l-ammont enormi ta' skart ta' kostruzzjoni li dan joħloq. Hekk kif is- sensittività ambjentali qegħda dejjem tikber, speċjalment fid- dawl ta' żoni urbani fil-pajjiż li qishom sit ta' kostruzzjoni perpetwu, il-prospett ta' 15-il sena ta' tħaffir taħt l-art u fuq - f 'każ ta' Metro - jaf iddarras mhux it lil bosta, li allura jibdew jippreferu l-għażla ta' tram. U ma' dan naturalment anke l-kontroversja ċerta ta' "għaliex mhux se jgħaddi minn Ħal Mula? X'għandna inqas aħna?" argument li diġà qam minn diversi Għawdxin u anke residenti ta' lokalitajiet bħal Birżebbuġa, Marsaxlokk u ż-Żejtun. Fl-2017 il-Partit Nazzjonalista kien wiegħed proġett ta' tram. Jista' jkun li jerġa' jqajjem dan il-proġett mill-ġdid bħala proposta ġdida f 'din l-elezzjoni u fil-manifest tiegħu, għalkemm sa issa dan il-partit għadu ma weriex wisq liema direzzjoni se jkun qed jieħu fuq il-kwistjoni tal-Metro. Hi x'inhi d-deċiżjoni tal-partit u l-wegħda li se jagħmlu, li mmorru għal-proġett ta' trasport tal-massa ilu jħabbat fuq il- bibien ta' dan il-pajjiż u jidher li hija l-uniku soluzzjoni, ladarba l-PN u l-PL bl-aktar mod ċar qed juru li ma għandhom ebda rieda li jiskoraġġixxu l-użu tal-karozzi permezz ta' pieni, taxxi jew inkella miżuri oħrajn li jħajru lin-nies iħallu l-karozzi fil-garaxx f 'xi ġranet. Wegħda bħal din tiddetermina l-futur tal-infrastruttura ta' pajjiżna, tbiddel il-mod kif ngħixu u kif naslu minn punt għall-ieħor f 'pajjiżna u finalment ukoll - jekk jintlaħaq l-għan tagħha - jonqos it-tniġġiż fl-arja għax jonqsu l-karozzi u naturalment jonqos it- traffiku. Għalhekk il-poplu se jkun qed iħares u jistenna b'ħeġġa l-manifesti tal-Partit Laburista u tal-Partit Nazzjonalista biex jiddetereminaw jekk iż-żewġ partiti humiex se jagħmlu din il- wegħda, jekk kif se jagħmluha hux kredibbli, vijabbli u effettiva u fl-aħħar mill-aħħar jekk min qed jagħmilha għandux il-kredenzjali li jwettaq proġett u jżomm ma' tragwardi ta' żmien u mal-ispejjeż involuti. Finalment ukoll, għalkemm forsi mhux l-ewwel ħaġa li persuna taħseb meta tara wegħda bħal din, tqum il-mistoqsija wkoll ta' min huwa verament kapaċi jwassal proġett bħal dan fil-port mingħajr ma jgħerreq dan il-vapur f 'akkużi u allegazzjonijiet ta' korruzzjoni jew governanza ħażina, u allura jinnewtralizza bil-kbir l-effetti pożittivi tiegħu, eżatt kif ġara bil- Power Station tal-Electrogas. (Dan l-analiżi jkompli nhar il-Ħadd li ġej b'ħarsa lejn aktar wegħdi mistennija fil-manifesti tal-PN u l-PL)

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 30 January 2022