Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1450611
12 intervista IL-ĦADD 13 TA' FRAR 2022 • illum 'It-tiġdid fil-PL qed isir mhux għax jixtiequ L-ILLUM tintervista lil Joe Giglio wieħed mill-aktar kandidati popolari u promettenti tal-Partit Nazzjonalista. Kif sejjer fuq id-distrett? Il-PN qed isemma' biżżejjed leħnu? Stenna li jkun co-opted hu? Lest jikkontesta għal kariga għolja fil-PN? YENDRICK CIOFFI L-elezzjoni tinsab fi qrib u għalhekk il-gazzetta ILLUM għażlet li tpoġġi bilqiegħda ma' wieħed mill-aktar kandidati promettenti tal-Partit Nazzjonalista, l-Avukat Joe Giglio. Giglio se jkun qed jikkontesta l-elezzjoni ġenerali fuq id-disa' u l-għaxar distretti elettorali, li ma huma faċli xejn. Giglio se jkollu jikkompeti ma' Jason Azzopardi, Karol Aquilina, Robert Arrigo, Kristy Debono u Karl Gouder, fost oħrajn. L-ILLUM tibda tistaqsi lil Giglio dwar dan il-fatt u anke dwar dak li qed jgħidulu n-nies meta jżur id-djar tagħhom. Il-kandidat ikkonferma li d-distretti li se jikkontesta fihom huma "diffiċli ħafna" u ammetta li l-kompetizzjoni se tkun waħda kbira. Saħaq li n-nies tad-distretti tiegħu qed jimu li l-Partit Laburista "ħa deċiżjonijiet li ma kinux fl- interess nazzjonali" u insista li huma għatxana biex jisimgħu aktar dwar dak li għandu x'joffri l-Partit Nazzjonalista. Apparti minn hekk, Giglio insista li n-nies huma għatxana wkoll biex jaraw lill-Partit Nazzjonalista jiġġedded. "Xi kultant jilmentaw li mhux jisimgħu biżżejjed lill-PN jew inkella ma jimuhx," saħaq Giglio. Ammetta li l-akbar problema hija li l-messaġġ tal- Partit Nazzjonalista mhuwiex qed jasal biżżejjed għax huwa maħnuq. "Ix-xandir nazzjonali huwa mmexxi minn persuni li kulħadd jaf x'inhuma, tant li l-PN kellu jiaħ kawża kostituzzjonali biex jindirizza dan l-iżbilanċ. L-amministrazzjoni Laburista tuża t-taxxi tagħna biex tagħmel il-propaganda tagħha nnifisha. Dan qalu l-Kummissarju tal- Istandards u anke l-Awtorità tax-Xandir. Mit-taxxi tagħna, il-Gvern nefaq miljun ewro biex jagħmel propaganda dwar il- Baġit," insista Giglio. Kompla jisħaq li l-PN mhuwiex qed jikkompeti biss mal-midja soċjali tal-Partit Laburista, imma mal-midja soċjali ta' kull Ministru li hija sponsorjata mit-taxxi tan- nies. 'Dnub li fl-2017 insejna l-programm elettorali u tkellimna fuq korruzzjoni biss' L-ILLUM twaqqfu. Tistaqsih jekk jagħmilx sens li l-Partit Nazzjonalista jibqa' jwaħħal fix- xandir nazzjonali. Huwa l-mezz ta' kommunikazzjoni l-problema, jew inkella l-messaġġ innifsu li mhuwiex dak li jridu jisimgħu n-nies? "Jista' jkun dak li qed tgħid inti. Imma ma naqbilx ma' min jgħid li l-PN qed jitkellem biss fuq korruzzjoni. Qed jitkellem ħafna fuq it-tberbiq tal-flus, il-meritokrazija, l-għoli tal-ħajja. Qed joħroġ bi proposti. Eżempju klassiku kien ir-replika ta' Bernard Grech għad- diskors tal-Baġit, li fih ħabbar ideat u proposti. Irridu noqogħdu attenti biex mhux nemmnu biss l-ispin tal- Partit Laburista," insista Giglio. Qabel magħna li kienet ħasra li, fl-aħħar elezzjoni ġenerali, jiġifieri dik tal-2017, il-PN kważi nesa l-manifest elettorali tiegħu biex tkellem biss fuq il-korruzzjoni. "Kien hemm manifest elettorali miżgħud bi proposti u li ħadd ma jaf x'inhuma għax tkellimna biss fuq korruzzjoni. Minn dak iż- żmien imxejna 'l quddiem. Inħolqu l-clusters li qed joħorġu b'ħafna proposti," insista Giglio. Għoli tal-ħajja u ċekkijiet ... 'Ma nistgħux nieqfu biss mal- ħobż u l-ħalib' Tkellimna fuq l-għoli tal-ħajja u l-famużi ċekkijiet li se jkun qed iqassam il-Gvern. Il-Partit Nazzjonalista ħareġ jgħid li bżar fl-għajnejn. Anke l-eks Ministru Tonio Fenech ħareġ jikkritika din il-miżura. Bernard Grech bilkemm lissen kelma dwar dan. Sadanittant, il-Gvern qed jidher li għamel xi ħaġa u l-PN xejn. X'qed joffri l-PN aktar mill-PL? Giglio insista li l-Partit Nazzjonalista indirizza konferenza tal-aħbarijiet li matulha spjega l-proposti tiegħu biex jindirizza l-għoli tal-ħajja. Fakkar li l-Partit Nazzjonalista qiegħed iwiegħed li jieqaf darba'għal dejjem jikkalkula ż-żieda għall-għoli tal-ħajja bil- mekkaniżmu tal-COLA. "Il-Gvern ilu disa' snin u għadu ma għamel xejn dwar dan. Il- PN qed jagħmel impenn li din tkun riveduta darba għal dejjem. Iż-żieda ma tistax tibqa' tkun ikkalkulata biss fuq il-ħobż u l-ħalib," saħaq l-Avukat Giglio. Propju għalhekk, kompla jispjega, li l-Partit Nazzjonalista qed jitkellem fuq il-prinċipju tal- Living Income li jikkalkula d-dħul li għandha bżonn familja jew persuna biex tgħix ħajja diċenti u jkollha kwalità tal-ħajja tajba. "Illum irridu wkoll ninkludu l-Internet li huwa essenzjali, is- subscriptions għall-istazzjonijiet televiżivi, il-kirjiet u ħafna affarijiet oħra li huma parti minn ħajjitna," saħaq Giglio. "Mhuwiex minnu li l-PN qal biss li l-Gvern qed iberbaq il-flus. Ngħiduha kif inhi, it-tberbiq ukoll għandu impatt fuq l-għoli tal-ħajja. Kieku ma berbaqnix, l-injezzjoni ekonomika tal-Gvern, kienet tkun ferm għola u aktar relevanti." Dwar il-kwalità tal-ħajja, Giglio kompla jisħaq li l-PN fl-aħħar snin, tkellem ukoll dwar il-fatt li l-ekonomija spiċċat tiddependi fuq l-importazzjoni ta' ħaddiema barranin u li dan wassal biex il-ħlas u l-kundizzjonijiet tal- ħaddiema Maltin jinżammu baxxi. 'Għax ma għandux l-appoġġ tal-maġġoranza, ma jfissirx li n-nies mhux jagħtu kas lill-PN' Fid-dawl ta' dan, l-ILLUM terġa' tistaqsih x'se jagħmel il-PN biex iwassal dan il-messaġġ għax kollox qed jindika li mhux jasal. Jista' jkun li n-nies mhux jieħdu lill-PN bis-serjetà għax issa ilu żmien jitlef elezzjoni wara l-oħra bi kbir? Ma qabilx magħna li l-Partit Nazzjonalista mhux jittieħed bis-serjetà. Saħaq li anke jekk il-PN ma għandux l-appoġġ tal- maġġoranza, ma jfissirx li mhux jagħtu kas dak li qed jgħid. "Żgur li l-mezz li bih l-aħbarijiet jasal għand in-nies, joffri aktar opportunitajiet lill-Gvern milli lill-Partit Nazzjonalista. Jekk żewġ min-nies qegħdin f 'foresta u qed jagħjtu, jekk wieħed għandu leħnu aktar b'saħħtu u jinstema' iżjed, ma jfissirx li l-ieħor mhux qed jgħajjat ukoll," kompla l-kandidat. Tiġdid fil-PN: 'L-elettorat se jkollu għażla' Morna lura għad-distretti li fuqhom se joħroġ Giglio u l-fatt li fi kliemu, in-nies iridu jaraw lill-PN jiġġedded. Imma kemm iġġedded il-PN? L-ILLUM tistaqsih fuq kandidati tad- distrett tiegħu, bħalma huma Jason Azzopardi u Karol Aquilina li diġà kienu hemm meta l-PN tilef bi kbir. Dawn ma għandhomx jagħmlu spazju għal nies ġodda? Giglio insista li fuq kull distrett Joe Giglio. Ritratt meħud minn James Bianchi