Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1450611
03 illum • IL-ĦADD 13 TA' FRAR 2022 aħbarijiet Oħloq draiet tajb għal saħħtek flok riżolujijiet Nutri�on helpline 8007 3307 Programm bla ħlas li jagħ�k il-ħiliet meħ�eġa għall-piż tajjeb tul ħajtek. C M Y CM MY CY CMY K Piz Tajjeb tul Hajtek Newspaper Advert (Half Page) 2022 Final.pdf 4 09/02/2022 10:54:56 'Min iħobb il-jottijiet imur joqgħod Monaco mhux Marsaskala' - Kunsillier tal-PN Illum waqt konferenza għadd ta' għaqdiet, residenti ta' Wied il-Għajn u l-Moviment Graffitti ngħaqdu flimkien f 'Wied il- Għajn mill-ġdid jipprotestaw kontra l-pjan tal-yacht marina. Waqt din l-istess konferenza, Graffitti qalet li fl-20 ta' Jannar 2022, il-Ministru Ian Borg iltaqa' mal-Kunsill Lokali ta' Wied il-Għajn dwar il-kwistjoni tal- yacht marina ppjanata minn Transport Malta. Matul din il-laqgħa l-Ministru Borg qal li ma kienx jaf bil-mozzjoni li ħa l-Kunsill f 'Awwissu, liema mozzjoni tikkundanna l-ħruġ tas-sejħa għal investituri f 'yacht marina fil-bajja ta' Wied il-Għajn u tiddikjara li m'għandu jkun hemm l-ebda tip ta' konċessjoni lill-privat għal yacht marina. Graffitti kompliet tgħid li l-Ministru għaraf li din il-mozzjoni kienet qed tirriuta kategorikament kull yacht marina u ta ċans sa nofs Frar lill-Kunsill sabiex jerġa' jiddiskutiha u jikkunsidra li jbiddel il-mozzjoni f 'waħda li ma teskludix kompletament l-għotja ta' konċessjoni lill-privat. Huwa wiegħed li Transport Malta mhux se tgħaddi għat-tieni fażi tal- proċess qabel ikollha l-pożizzjoni finali tal-Kunsill Lokali. Jidher li l-Kunsill iltaqa' fl- 24 ta' Jannar u unanimament qabel li jżomm il-mozzjoni li ttieħdet f 'Awwissu u għaldaqstant intbagħtet formalment lill- Ministru Borg u lil Transport Malta. Il-mozzjoni tgħid li, "Il-Kunsill ta' Marsaskala huwa kontra l-proposta mfassla minn Transport Malta fil-pre-qualifiation document tal-yacht marina f 'Marsaskala u jikkundanna l-ħruġ ta' dan id-dokument mingħajr konsultazzjoni mal-komunità ta' Marsaskala. Il-Kunsill jeżiġi li dan id-dokument għandu jkun irtirat immedjatament u tiġi abbandunata l-idea ta' konċessjoni ta' yacht marina f 'Marsaskala." Intant waqt din il-konferenza tkellem wkoll kunsillier tal-Partit Nazzjonalista f 'Wied il-Għajn, John Baptist Camilleri saħaq li,"l-elezzjoni mhux 'il bogħod u jiena nippretendi li aħna għandna jkollna moħħna mistrieħ darba għal dejjem li dan il-kapitlu jingħalaq u mhux jgħaddu xi it ġimgħat u jerġa' jiġi xi ħadd joħlom b'xi proposta simili jew agħar minn hekk." Minkejja kollox huwa jgħid li din l-esperjenza serviet biex il- kommunità Skalina ngħaqdet għal għan wieħed, biex jiddefendu lil Wied il-Għajn. B'emozzjoni kbira huwa jappella biex din il- proposta ta' yacht marina tiġi rtirata darba għal dejjem biex ma jiġux irrepetuti żbalji. "Ħadtulna ħafna minn Marsaskala, tiħdulniex il-baħar. Iddardrux il-it ilma li baqa'," saħaq Camilleri. Fl-aħħar huwa saħaq li r-residenti tal-lokal ġew joqgħodu Marsaskala għax iħobbu l-Marsaskala kif inhi, "għax għandha l-karattru tal-post għall-kwiet mhux għax mifqugħin bil-jottijiet." "Min iħobb il-jottijiet imur joqgħod Monaco jew San Tropez mhux Marsaskala. Min ġie hawn, ġie biex igawdi l-bajja, x-xeni u s-serenità. Tisirqulniex is-serenità wkoll," temm jgħid John Baptist Camilleri. John Baptist