Illum previous editions

ILLUM 13 February 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1450611

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 27

04 aħbarijiet IL-ĦADD 13 TA' FRAR 2022 • illum 'Uħud mill-kummenti lejn Marmara jqażżuk ... juruk għaliex pajjiżna jinsab fl-istat li hu' - Cacopardo Imnedija l-Iskemi għall- Patrimonju Kulturali għall-2022 bħala parti minn investiment ta' €7 miljun ANTHEA CACHIA Iċ-Chairperson ta' ADPD Carmel Cacopardo stqarr li l-artiklu ta' Desmond Zammit Marmara fil-ġurnal e Times - li kien irraportat ukoll fuq is-sit illum. com.mt - kien riflessjoni f 'waqtha dwar il-Partit Laburista. Għaldaqstant huwa jgħid li, "irrispettivament minn jekk naqblux jew le ma' dak li kiteb Desmond Zammit Marmara, il-bniedem jistħoqlu kull rispett. Hu wieħed mill-it li qed jikkontrobwixxi għal diskussjoni politika matura li hi nieqsa ferm f 'dan l-imbierek pajjiż." Intant bħala reazzjoni għall-kummenti li Zammit Marmara rċieva fuq il-paġni ta' facebook tat-Times kif ukoll tal-Illum.com. mt, Cacopardo saħaq li hemm kummenti li, "jqażżuk u huma riflessjoni tar-raġunijiet għaliex il-pajjiż tagħna qiegħed fl-istat li hu illum." Huwa żied jgħid li dawn it-tip ta' kummeni u insulti ma sarux biss fil- konfront ta' Zammit Marmara "iżda wkoll fil-konfront ta' kull min hu kritiku ta' dak li qiegħed jiġri madwarna". F'dan l-artiklu, Zammit Marmara saħaq li,"huwa ovvju li l-Partit Laburista se jirbaħ l-elezzjoni li ġejja bil-kbir, imma kuntrarjament għal dak li jaħsbu xi wħud din mhux ser issolvi l-problemi fil-Partit Laburista." Huwa spjega li f 'Malta hawn eluf ta' Laburisti, li verament iħobbu lill- PL iżda li ma jridux jaraw lil-Labour f 'idejn jew qrib iżżejjed ta' negozjanti b'ħafna poter, speċjalment żviluppaturi tal-proprjetà, "għad-detriment tal-bqija taċ-ċittadini." Fl-aħħar iċ-Chairperson tal-ADPD qal li Zammit Marmara, hu persuna valida li minkejja l-insulti għażel it-triq tar-raġuni u r - r i f l e s s j o n i . "Hi t-triq id- diffiċli, però hi t-triq tal- irġulija," temm jgħid Carmel Cacopardo. Bħala parti minn investiment ta' €7 miljuni fis-setturi kreattivi u kulturali għall-2022 mill-Kunsill Malti għall-Arti, il-Ministru għall- Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali José Herrera u d-Direttriċi tal-Fondi u l-Istrateġija tal-Kunsill Malti għall-Arti Mary-Ann Cauchi taw id-dettalji tal-Iskemi tal-Wirt Kulturali li jinkludu 3 sejħiet speċifiċi maħsuba biex jappoġġaw il-kultura tradizzjonali lokali. It-tliet sejħiet huma l-Istandards tas-Saħħa u s-Sikurezza fil-Fabbriki tal-Logħob tan-Nar, Finanzjament Artistiku għall-Għaqdiet tal-Armar tal-Festi, Għaqdiet Kulturali u Għaqdiet Soċjali u l-Għajnuna għall- Każini tal-Banda Lokali. Dawn it-3 sejħiet huma intrinsikament marbuta mal-impenn tal- Gvern lejn l-appoġġ tal-kultura tradizzjonali fid-diversi forom tagħha. Il-benefiċjarji kollha li diġà gawdew minn dawn is-sejħiet fl- imgħoddi wrew impenn kbir lejn il- preservazzjoni tal-arti tradizzjonali fil-komunitajiet rispettivi tagħhom filwaqt li rawmu sens ta' identità nazzjonali permezz tal-kultura. Waqt konferenza tal-aħbarijiet illi għaliha attendew ukoll għadd ta' benefiċjarji preċedenti, il-Ministru José Herrera enfasizza l-ħtieġa li nkomplu nappoġġjaw u nħarsu t-tradizzjonijiet lokali, mhux biss bħala mezz ta' preservazzjoni tal- istorja iżda wkoll bħala ekosistema li għadha tevolvi u trawwem it- talent fil-livelli lokali u nazzjonali. "Il-ħidma ta' għadd ta' voluntiera li jiddedikaw ħajjithom lejn l-elementi tradizzjonali tal-kultura tagħna, b'mod speċjali dawk tal-Festa Maltija, jistħoqqilhom l-appoġġ sħiħ tal-Gvern tagħna", qal il-Ministru Herrera. "L-impenn tagħhom huwa s-sinsla ta' ekosistema kulturali usa' li diġà pproduċiet u għadha tipproduċi artisti ta' talent, u jmur adirittura wkoll lil hinn minn dak l-effett psikoloġiku pożittiv illi kapaċi jġibu ċ-ċelebrazzjonijiet tradizzjonali lokali għall-komunitajiet tagħna", kompla jgħid il-Ministru Herrera. Carmel Cacopardo jemmen li l-insulti saru fil-konfront ta' Zammit Marmara u 'għal kull min hu kritiku għal dak li qed jiġri madwarna'

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 13 February 2022