Illum previous editions

ILLUM 27 February 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1455663

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 27

elezzjoni2022 07 illum • IL-ĦADD 27 TA' FRAR 2022 liberali ... min huma eżatt il-PL, l-ADPD u l-Volt? Meta twaqqaf? Volt twaqqaf f 'Malta fit-30 ta' April 2021, iżda dan il-partit jinsab f '30 pajjiż Ewropew. Fi ħdanu hemm membri li ġejjin miż-żewġ partiti l-kbar; il-PL u l-PN, kif ukoll mill- partiti ż-żgħar. Minn naħa l-oħra Volt Europa ġie mwaqqaf fid-29 ta' Marzu fl- 2017 - fl-istess jum li r-Renju Unit ħabbar il-Brexit - minn Andrea Venzon, Colombe Cahen, Salvador u Damian Boeselanger. Min hu l-Kap? It-tmexxija ta' dan il-Partit huwa differenti minn dak li naraw is-soltu. Dan għaliex, huwa mmexxi minn koppja, Arnas Lasys u Alexia DeBono. Kienet proprju din il-koppja li ressqet lill-Volt f 'pajjiżna. La Lasys u lanqas DeBono m'għandhom sfond politiku, iżda t-tnejn jaħdmu fil-qasam tal- midja soċjali u content creation. Apparti minn hekk, persuna oħra li tagħmel parti mit-tmexxija hija Cassandra Mallia, l-unika kandidata tal-Partit. X'inhuma l-għeruq ideoloġiċi? Volt iħaddan twemmin soċjo-liberali, progressiv u favur il-federaliżmu ewropew (centre/centre le). Tant hu hekk li f 'Malta huwa l-ewwel partiti politiku li qiegħed jiġġieled riformi fuq id-drittijiet sesswali u riproduttivi inkluż l-abort fost aktar kwisjonijiet oħra. Wieħed mill-għanjiet ta' dan il-partit huwa li jiżgura li l-ekonomija tkun immaniġjata b'mod sostenibbli. X'inhu s-slogan elettorali? Ivvota Aħjar. Ivvota Volt. X'wiegħed sa issa? Minkejja li l-programm elettorali għadu ma' ħariġx sa' issa, Volt għandhom numru ta' proposti elettorali, li kienu qed jiġu aġġornati kull xahar. Fejn jidħlu d-drittijiet tal-annimali, Volt qed tipproponi li jkun hemm żieda fil- bajjiet li jaċċettaw l-annimali. Mil-lat ta' edukazzjoni l-partit qed jipproponi li jiġu introdotti aktar lezzjonijiet ta' għarfien fuq il-midja kif ukoll fuq responsabiltajiet u kapaċitajiet li wieħed għandu jkollu tul il-ħajja biex ikun ċittadin kompetenti. Dan filwaqt li qed jipproponu wkoll li jiġi żgurat li jingħata edukazzjoni sesswali fattwali, inklussiva, kuntestwali u fuq kollox mandatorja. Minn naħa l-oħra fis-settur tal- ekonomija, qed jinkoraġixxu l-formazzjoni tal-kooperattivi. Kif ukoll mil-lat ta' start- ups, qed jippromwovu digitalizzazzjoni u proċess aktar sempliċi biex n-negozjanti ġodda jirreġistraw, ineħħu miżati u perjodu tad-dewmien. Intant huma qed jipproponu li l-attivitajiet kollha tal-partiti politiċi għandhom jiġu gvernati mil-Liġi għall-Iffinanzjar tal- Partiti u mhux mil-Liġi Korporattiva. Volt iridu li l-infieq nazzjonali jkun pubbliku, trasparenti, kurrenti u aktar aċċessibli. Volt qed jipproponu wkoll li jiġi ntrodott baġit parteċipattiv, kif ukoll jintużaw l-assemblej taċ-Ċittadini. Volt għandha fehma ċara fejn jidħlu d-drogi rikreattivi. Fost dawn huma qed jipproponu li jintroduċu l-mudell Portugiż f 'pajjiżna kif ukoll li tinħoloq Awtorità għad-Drogi Rireattivi biex jagħmlu r-riċerka u jevalwaw il-governanza fuq id- drogi rikreattivi. Mil-lat ta' kannabis Volt qed jipproponi li jinfetħu l-klabbs soċjali tal-kannabis, u jżid il-massimu tal-pussess tal-kannabis għal 25 gramma. Apparti minn hekk huma fasslu proposti għall-ħaddiema fejn qed jipproponi parental leave adegwat, lil hinn mill-ġeneru u mħallas kollu. Kif ukoll, li jiżguraw li l-ġenituri jkollhom aktar parental leave maqsum bejn iż-żewġ ġenturi. Dan filwaqt li jiżguraw li l-minimum wage ikun living wage jiġifieri €1,100 fix-xahar. Fl-aħħar, l-aktar settur li fih għamlu proposti huwa dak tas-saħħa. Il-Partit jixtieq li appuntamenti mediċi isiru onlajn, meta possibli, kif ukoll tiġi legali l-ewtanażja passiva. Apparti minn hekk huma jemmnu li t-testment u għaldqastant il-wirt għandu jingħata qabel il-mewt u mhux wara, bħal ma tgħid il-liġi bħalissa. Mil-lat ta' saħħa mentali Volt jemmen li Mount Carmel għandu jingħalaq u jsir investiment biex jinħolqu faċilitajiet ibbażati fil-kommunità, iridu li jinħolqu spazji rikreattivi kif ukoll jiżguraw li jkun hemm aċċessibilità għas-servizzi minn kulħadd inkluż miż-żgħażagħ u l-minoritajiet. Fl-aħħar jemmnu li b'Gvern immexxi minnhom l-abort jiġi dikriminalizzat u jikklassifikaw l-kontraċettivi bħala mediċni essenzjali. Dan apparti li jeliminaw it-taxxi ta' prodotti menstruwali bħat-tampuni u jiġu mqassma mill-Pharmacy of Your Choice (POYC). hekk li għal dawn l-aħħar sentejn, il- politika tagħhom kienet fuq l-għoli tal-ħajja, l-ambjent kif ukoll il-liġi tal-kannabis fost oħrajn. L-ADPD fuq livell Ewropew hija msieħba mal- European Green Party filwaqt li fuq livell internazzjonali hija affiljata ma' Global Greens. X'inhu s-slogan elettorali? Xkupa Ħadra Tnaddaf X'wiegħed sa issa? S'issa dan il-Partit ukoll għadu ma ħariġx il-Manifest elettorali iżda se jiġi approvat fiż-żmien li ġej. Jidher iżda li l-għanjiet tagħhom huma li jitgawdew l-ispazji pubbliċi, it-toroq isiru għan-nies mhux għall-karozzi, tiġi kkontrollata l-"ferneżija" tal- bini, l-edukazzjoni ssir esperjenza ta' żvilupp personali u komunità ta' sapport, gost u tagħlim, tieqaf il-qerda tal-art agrikola. Jgħidu li Għawdex għandu jkun valorizzat mhux meqrud b'aktar karozzi, tniġġis u "mina rovina". Il-Partit elenka numru ieħor ta' għanjiet fosthom li jesploraw d-Dħul Bażiku Universali, li l-poter assolut ma jibqax f 'idejn il-Prim Ministru, il-Kostituzzjoni ssir garanzija ta' kontabilità u tas-saltna tad-dritt, il- kirjiet ma jibqgħux projbittivi għal ħafna kif ukoll jaraw li inċentivi u infrastruttura għal mezzi ta' trasport nodfa jiżdiedu konsiderevolment, fost oħrajn. L-artiklu jkompli nhar il-Ħadd li ġej Il-Partit Volt The Green Party

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 27 February 2022