Illum previous editions

ILLUM 27 February 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1455663

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 27

12 'Le għall-abort anke jekk il-mara tkun se titlef ħajjitha' – Rebekah Cilia MARIANNA CALLEJA Rebekah Cilia hija waħda mill-uċuh ġodda li se tkun qed tlaqqakhom magħhom il-gazzetta ILLUM matul il- Ħdud li ġejjin. Gradwata bħala inġinier tal- biomediċina fis- settur pubbliku, Rebekah Cilia illum taħdem bħala inġinier għal rasha fis-settur tal-bini. Hi tokkupa wkoll l-kariga ta' Viċi President tal-Forum Opportunitajiet Indaqs Partit Nazzjonalista. Rebekah Cilia dwar l-infrastruttura: 'Hemm bżonn trasport alternattiv jekk mhux il-metro, xi ħaġa oħra' La darba l-infrastruttura hija daqshekk għal qalbha, l-ILLUM staqsiet l-ewwel x'taħseb dwar l-proposta tal-metro mill-Gvern. Hija ammettiet li l-idea tal-metro hija waħda interessanti. Minkejja dan, minħabba li għadha ma ratx l-istudji kollha fil-fond għad għandha diversi mistoqsijiet, bħal fejn se jintrema l-iskart tal- kostruzzjoni. "La ma rajtx l-istudji ma nistax naqbad u ngħidlek jekk hijiex din is-soluzzjoni," bdiet tispjega Cilia. Tgħid ukoll mal-ILLUM li bħala inġiniera bejniethom jitkellmu ħafna dwar kif Malta għandha tippjana għall-futur l-infrastruttura tal-pajjiż. "Irridu nnaqsu t-traffiku, irridu nnaqsu dan is-sens ta' ffullar fit-toroq u ejja nkunu onesti li tagħti trasport b'xejn mhux soluzzjoni," qalet Cilia. Iċċarat kif hi ma taħsibx li l-problema bit-trasport pubbliku kienet il-flus u lanqas is-sistema nnifisha. Il-problema skont Cilia tibqa l-fatt li "fit-toroq it-traffiku hu li hu." Temmen bi sħiħ li dak it- trasport alternattiv għandu jaqbeż lit-traffiku. "Għandek problemi li huma żgħar imma li flimkien jagħmlu problema kbira. Għandek ħafna karozzi u toroq li mhux dejjem ippjanati b'mod diċenti, li nwessgħu t-toroq mhux soluzzjoni lanqas," qalet lill-ILLUM. Fuq din il-kwistjoni hi temmet tgħid li għalkemm il-proġetti infrastruturali f 'pajjiżna mhux kollha kienu ħżiena, u hemm proġetti li għamlu differenza, is- soluzzjonijiet li qed joħroġ bihom il-Gvern mhumiex ħolistiċi imma "jsolvu l-problemi għalissa." Il-mina bejn Malta u Għawdex u l-kwistjoni tal-Marina Din l-intervista saret qabel ma l-Prim Ministru Robert Abela ħabbar li l-proġett tal-marina ġewwa Wied il-Għajn twaqqaf minnufih. Minkejja dan l-ILLUM laħqet staqsiet lil Rebecca Cilia dwar l-opinjoni tagħha fuq il- marina. Hija qalet li mhux talli ma taqbilx, anzi temmen li "għandna nassiguraw li żoni li mhumiex żviluppati, ma jiġux żviluppati." Hija nsistiet li proġett bħal marina ma kellux isir kif kien propost u fejn kien propost. Mistoqsija dwar il-mina bejn Malta u Għawdex, hija stqarret li taħsibha eżatt bħal ma jaħsibha l-Partit Nazzjonalista. Tajjeb li ngħidu li nhar il-Erbgħa li għadda, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech mill-gżira ta' Għawdex sostna li aċċessibbiltà effettiva bejn il-gżejjer hija priorita' għall-Partit Nazzjonalista. Grech kien fakkar ukoll fil-proposta li l-PN ilu jagħfas fuqha, dik li jiġu kkonsultati l-Għawdxin dwar il-link permanenti permezz ta' referendum wara li jkollu l-fatti kollha f 'idejh bil-pubblikazzjoni tal-istudji. Rebekah Cilia dwar in-nisa: 'Le għall-abort, m'hemmx jekk u għax. Le.' Il-Partit Nazzjonalista huwa tal-fehma li l-abort qatt mhu aċċettabbli. Bernard Grech kien saħansitra qal lura f 'Novembru li għadda li "ħadd, sakemm jiena l-Kap tal-Partit Nazzjonalista, mhu se jitħalla jibqa' fil-partit jew jirrappreżenta l-partit sakemm ikun favur l-abort." Il-gazzetta ILLUM staqsiet lil Rebekah Cilia x'inhi allura l-idea tagħha dwar l-abort. Hija nsistiet "Le! M'hemmx jekk u għax. Le." Sintendi l-gazzetta reġgħet staqsietha x'jiġri fil-każ li mara tkun fil-periklu li titlef ħajjitha, iżda Cilia baqgħet tinisti li le, l-abort m'għandhux ikun għażla. "Ovvjament kull sitwazzjoni trid taraha separata, imma nibqa' ngħid le," wieġbet Cilia. 'Forsi lili ma taffetwanix, iżda din hija ħaġa bażika għal kull mara' Induru fuq it-taxxa tat-tampun, kwistjoni li l-ILLUM ilha ssegwi għal-bosta xhur. It-taxxa tat- tampun huwa terminu li jiġbor fih it-taxxa fuq tampuni, u prodotti oħra ta' iġjene femminili li għadhom jiġu mniżżla bħala prodotti ta' 'lussu' anke jekk fil- veritȧ dawn huma ta' neċċessità. F'Malta t-taxxa tat-tampun hija ta' 18%. Rigward dan Rebekah Cilia tfakkar li l-użu ta' prodotti menstruwali huwa xi ħaġa bażika daqs l-ikel li tikkonsuma. Għalhekk ma taqbilx li prodotti bħat-tampuni jibqa' taxxabli daqs prodotti ta' lussu. Rebekah Cilia dwar l-imigrazzjoni: 'Nemmen li immigrant hu persuna bħali u bħalek imma niem ukoll l-argument li aħna pajjiż żgħir' Il-gazzetta ILLUM tistaqsi lill- Rebekah dwar x'taħseb li tista' tagħmel Malta biex twaqqaf it- traffikar uman f 'pajjiżna. Hija temmen li "l-immigranti huma nies bħalek u bħali" iżda tiem ukoll l-argument li Malta hija pajjiż żgħir u li "ma nistgħux naċċettaw lil kulħadd." Qalet ukoll li tiem li dawn il-persuni li qed ifittxu ażil għax ġejjin minn pajjiżi problematiċi mimlija kunflitti, ġlied u gwerrer. "Għalhekk għandna bżonn l-appoġġ tal-Unjoni Ewropea biex tgħinna. Malta weħidha ma tistax taċċetta lil kulħadd, impossibli!" Mistoqsija x'inhu dan l-appoġġ li qed tistenna li nirċievu mill- Unjoni Ewropea, hija ċċarat li mhux tistenna li nibgħatu lil kulħadd lejn pajjiżu u jintesa' kollox, għalkemm tista' tkun għażla fil-każ ta' nies li mhux vera għandhom bżonn ażil. Hija qalet li apparti fondi, tixtieq li jsir ehim ta' għajnuna ma' pajjiżi ġirien. elezzjoni2022 IL-ĦADD 27 TA' FRAR 2022 • illum Il-gazzetta ILLUM titkellem ma' Rebekah Cilia, kandidata ġdida għall-Partit Nazzjonalista fis-seba' u 11-il distrett

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 27 February 2022