Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1455663
13 'Fuq l-abort għandu jkun referendum li jiddeċiedi' – Romilda B. Zarb MARIANNA CALLEJA Spiżjara iżda wkoll is-Sindku tal- Mosta, Romilda Baldacchino Zarb mhux wiċċ ġdid fil-politika Maltija iżda hija waħda mill-kandidati l-ġodda għal din l-elezzjoni ġenerali f 'isem il-Partit Laburista fuq il-11 u t-12-il distrett. Romilda B. Zarb dwar in-nisa: 'Naħseb għadu kmieni biex anke l-pajjiż stess jiddeċiedi fuq l-abort' Bla ebda tidwir mal-lewża l-gazzetta ILLUM bdiet billi tistaqsi lis-Sindku tal-Mosta, Romilda B.Zarb dwar l-abort. Hija ammettiet li bħala persuna, ma tħarisx lejn l-abort bħala għażla għaliha personali, iżda hi qalet li dan ma jfissirx li ma tismax iż-żewġ argumenti, dak kontra u dak favur. "Aħna għandna nibnu opinjoni flimkien u naħseb għandu jkun referendum li jmexxi 'l quddiem dan il-pajjiż fejn għandu jmur fuq din il- kwistjoni," qalet Zarb. Hija qalet li bħala persuna tħobb tisma' u għalkemm meta tiltaqa' man-nies għadha ma semgħetx bi stejjer ta' nisa li għaddew minnu, xorta ma taħsibx li tista' tasal għall-konklużjoni kif ġib u laħaq. Minkejja dan, hija tgħid li bħala spiżjara iltaqgħet ma' persuni li talbu għal morning aer pill u osservat is-sitwazzjoni tagħhom inkluż dik psikoloġika. Temmen li l-ewwel il-pajjiż għandu jmur għal diskussjoni, jisma' ż-żewġ naħat imma wkoll l-NGOs u wara jieħu d-deċiżjoni. 'Taxxa żejda li qed tiġi imposta fuq il-ġeneru femminili' Mistoqsija fuq it-taxxa tat- tampun, hija qalet li bħala Nisa Laburisti, il-grupp li fih hija tagħmel parti, jinbutta 'l quddiem fl-aġenda tiegħu t-tneħħija tat-taxxa tat- tampun. Il-grupp politiku, li jaħdem sabiex is-soċjetà Maltija tkun waħda inklussiva fil-passat tkellem dwar kif din it-taxxa għandha tiġi eliminata kompletament għax hija biss "taxxa żejda li qed tiġi imposta fuq il- ġeneru femminili." Zarb ukoll tħaddan dan il-ħsieb filwaqt li taħseb li għandu jkun hemm aktar pressjoni biex it-taxxa r-roża titlaq darba għal dejjem. Romilda B. Zarb dwar il-mina u l-metro: 'Jien personalment inħares b'mod pożittiv għal dan il-proġett' Mistoqsija l-istess mistoqsijiet li din il-gazzetta staqsiet lil Rebekah Cilia fil-paġna ta' faċċata, jekk taqbilx mal-metro u l-mina bejn Malta u Għawdex, Zarb wieġbet li tinsab eċitata biex dawn iż-żewġ proġetti jibdew. Nibdew bil-mina bejn iż-żewġ gżejjer. Il-Partit Laburista ilu snin jagħfas fuq il-mina bejn Malta u Għawdex. Sal-2020 kien ukoll infetaħ l-ewwel fażi tal-proċess fejn kumpaniji infastrutturali u internazzjonali tefgħu l-ewwel offerti tagħhom ta' interess. Kellek ukoll żewġ Ministri, Ian Borg u Clint Camilleri li tkellmu dwar il-vantaġġi li se joffri dan il-proġett għall- Għawdxin li jaqsmu l-fliegu kuljum. Fuq l-istess linja ta' ħsieb, Zarb qalet li hija taħseb li l-mina hi bżonnjuża. "Il-mina se tkun qed toffri konnettività bejn Malta u Għawdex allura jien personalment inħares b'mod pożittiv għal dan il-proġġett," qalet Zarb. Rigward il-metro, hija tammetti li matul il-kampanja għadha ma qamitx id-diskussjoni tal-metro man-nies li tiltaqa' magħhom imma jekk "il-poplu jafda lill- Partit Laburista għal mandat ieħor, l-ewwel wieħed għal Robert Abela, jien se nkun qed inħares 'l quddiem għall-ħolqien ta' trasport alternattiv għal dak li hemm illum." Romilda B. Zarb dwar l-immigrazzjoni: 'Noħloq kenn temporanju imbagħad wara jkunu jistgħu jiġu rilokati' Il-gazzetta ILLUM tistaqsi lil Romilda B.Zarb, "li kieku għandek dagħjsa f 'nofs ta' baħar, b'2000 ruħ maqbuda bejn sema u ilma, xi tkun ir-reazzjoni tiegħek?" Wara pawża qasira hija bdiet tispjega kif bħala pajjiż irridu noħolqu bilanċ bejn id-drittijiet umani, li għaliha dejjem jibqgħu prijorità, iżda irridu naraw ukoll l-interess tal-pajjiż. "Kieku jiena nipprova noħloq bilanċ bejn iż-żewġ naħat. Ma naħsibx li nagħfas fuq pushback iżda naħseb li għadna nitkellmu biex jinħoloq il-bilanċ, li jekk jiddaħlu f 'dan il-pajjiż irridu nmorru f 'diskussjoni mal-Unjoni Ewropea biex aħna niġu assistiti," kompliet Zarb, Hija spjegat kif meta tħares lejn il-pajjiż tagħna kkumparat mal-istati membri kbar tal-Unjoni Ewropea tinduna kif "aħna ma nistgħux nieħdu l-piż tal-immigranti weħidna." "Aħna għaċ-ċokon tagħna bdejna nassorbu ammonti kbar ta' immigranti imma diskussjonijiet huma kontinwi. Inti trid toħloq kenn temporanju imbagħad wara jkunu jistgħu jiġu rilokati," spiċċat Zarb. Romilda B. Zarb dwar l-paga: 'Ma tajniex biss €1.75' Sa xahar qabel l-elezzjoni il-Partit Nazzjonalista kien għadu jgħid li "Robert Abela ħa l-eluf għalih imma lill-familji tahom €1.75 fil-ġimgħa." Mistoqsija mill-ILLUM x'taħseb dwar dan, Zarb bdiet billi fakkret li dik ir-rata kienet maħduma fuq il-COLA, imma importanti li ma tarax dik ir-rata weħidha. "Minflok wieħed irid jaraha f 'kuntest ta' dak kollu li kien imbassar fil-baġit." Hija qalet illi jekk wieħed iħares lejn it-taxxa, minn meta l-Partit Laburista ħa t-tmexxija tal-pajjiż, "dejjem bdejna naraw baġit bla taxxi wara ieħor. Mela f 'kelma oħra, bdejna nħallu aktar flus fil-bwiet taċ- ċittadini tagħna." Tfakkar ukoll kif matul il-baġit kienu mħabbrin numru ta' inċentivi li "għamlu l-ħajja taċ-ċittadin aħjar u se jħallu l-bwiet mimlija." "Nixtieq nagħmel referenza, ejja ma ninsewx inħarsu lejn inċentivi bħal trasport b'xejn u childcare b'xejn. Dawn mhumiex inċentivi li huma dritt. Il-Gvern qed jinvesti fiċ-ċittadini billi jagħmillhom dawn l-inċentivi biex il-mara, ngħidu l-mara għax hekk hi t-tendenza, setgħet toħroġ taħdem u tkompli timraħ fil-karriera tagħha," temmet tgħid is-Sindku tal-Mosta u kandidata Romilda Baldacchino Zarb. elezzjoni2022 illum • IL-ĦADD 27 TA' FRAR 2022 Il-gazzetta ILLUM titkellem ma' Romilda B. Zarb, kandidata ġdida għall-Partit Laburista fil- 11 u t-12-il distrett.