Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1455663
06 elezzjoni2022 IL-ĦADD 27 TA' FRAR 2022 • illum Il-profil tal-Partiti: iktar lejn ix-xellug, iktar liberali Meta twaqqaf? Il-Partit Laburista twaqqaf fil-15 ta' Ottubru, 1920. Dak iż-żmien l-isem tal-Partit kien "Camera del Lavoro", li bil-Malti tfisser il-Kamra tax-Xogħol. Dan ġie magħmul minn tnax il-persuna; Antonio Agius, Guilermo Arena, Ġanni u Robert Benici, Carmelo Bonello, Gaetano Bonello, Mikiel u Mikielanġ Borg, Agostino Matrenza, Antonio Schembri, Giacinto Tua u Salvu Zammit Hammet. Min hu l-Mexxej? Il-Mexxej tal-PL huwa Robert Abela, avukat li speċjalizza fil-liġi tax-xogħol u tal-familja, l-ippjanar u l-liġi industrijali. Mil-lat ta' karriera politika, Abela kien parti mill-kampanja ta' missieru l-President Emeritus George Abela, fl- 2008, meta kkontesta l-kariga ta' mexxej tal-PL, wara r-riżejna ta' Alfred Sant. Il- PL reġa' ra lil Abela fl-2017 meta ħareġ għall-elezzjoni u imbagħad elett mexxej nhar il-11 ta' Jannar 2020. Huwa nħatar bħala Prim Ministru fit-13 ta' Jannar. X'inhuma l-għeruq ideoloġiċi? L-għeruq ideoloġiċi tal-Partit huma s-soċjaliżmu demokratiku u jxeqleb kemmxejn liberali (centre-le). Il-Par- tit Laburista twaqqaf bil-għan li jaqbeż għad-drittijiet tal-ħaddiema u jiġġieled kontra l-inġustizzji soċjali. Dan il-Par- tit hu affiljat mal-Alleanza Progressiva tas-Soċjalisti u Demokratiċi (S&D) li tradizzjonalment huma qrib il-ħaddiema, il-klassi medja u l-unjins. X'inhu s-slogan elettorali? Malta flimkien X'wiegħed sa issa? Il-Partit Laburista ħabbar li waħda mill- wegħdiet elettorali hija investiment ta' €700 miljun għal ġonna u spazji miuħa f 'diversi lokalitajiet fosthom li l-ġnien Karin Grech f 'San Ġwann jikber u jsir żona sħiħa pedonali u li u Triq Sant'Anna fil-Furjana ssir ġnien. Mil-lat ta' infrastruttura l-PL wiegħed li jissaqqfu l-mini ta' Santa Venera kif ukoll l-parkeġġ kbir li hemm fir-Rabat Għawdex se jinżel taħt l-art u minfloku se jsir ġnien. Dan apparti li fil-Ħamrun se titneħħa l-fabbrika tal-Ħalib u minflokha jsir ġnien urban kbir. Apparti r-rifużjoni tat-taxxa, li se tibqa tingħata annwalment b'total ta' €24 miljun, Gvern immexxi mill-PL qed iwiegħed tibdil fit-taxxa tad-dħul b'dawn iż-żewġ miżuri b'kollox jgħid li se jħallu €700 aktar fil-but tan-nies. Wiegħed li se titnaqqas il-Corporate Tax, taxxa għall-kumpaniji, minn 35% għal 25%. Waqt l-ewwel rally f 'Ħal Qormi l-Mexxej Laburista Robert Abela spjega kif dawn il-miżuri għandhom il-għan li jħallu aktar flus fil-but u allura jistimulaw l-ekonomija. Abela semma wkoll l-wegħda tal-First Time Buyers li permezz tagħha l-Gvern jagħti €1,000 fis-sena għal 10 snin, sa' massimu ta' €10,000. L-iskema tal-10% depożitu se tiġi estiża għall-proprjetajiet b'valur ta' €225,000. Filwaqt li se jibqgħu jiġġeddu skemi oħrajn bħal tal-first-time buyers u oħrajn tal-UCA. Intant fejn jidħlu l-anzjani; il-PL wiegħed li se jiżdiedu l-pensjonijiet b' €15 żieda fil-ġimgħa tul il-leġiżlatura. Wiegħed ukoll li ser jagħti mediċini b'xejn għall-anzjani kollha. Il-PL għadu ma ppubblikax il-manifest elettorali tiegħu, li mistenni jkun approvat waqt il-Konvenzjoni. Meta twaqqaf? Dan il-partit twaqqaf fis-17 ta' Ottubru fl-2020 minn Carmel Cacopardo u Timothy Alden wara li ngħaqdu żewġ partiti flimkien. Wieħed minn dawn kien l-Alternattiva Demokratika, li twaqqaf minn Toni Abela u Wenzu Mintoff u numru ta' nies oħrajn fl-1989, kif ukoll il-Partit Demokratiku li twaqqaf fl-2016. Il-ħsieb li jingħaqad il-partit beda f 'Settembru tal-2019. Min hu l-Kap? Carmel Cacopardo huwa ċ-Chairperson tal-ADPD u huwa gradwat fl-arkitettura u l-inġinerija ċivili. Tul il-karriera tiegħu, Cacopardo kien membru tal-Partit Nazzjonalista, tant li kkontesta fl-elezzjonijiet ġenerali tal-1987, 1992 u 1996. Huwa kien parti mill-kumitat eżekuttiv tal-PN għal 12-il sena. Cacopardo għamel żmien Segretarju għall-Informazjoni, Assistent Segretarju Ġenerali u l-President Eżekuttiv tal-Kunsill tal-PN. Kien ukoll Segretarju tal-MŻPN. Huwa qata' kull kuntatt minn mal-PN b'mod uffiċjali f 'Jannar 2008 u aktar tard ingħaqad mal-Alternattiva Demokratika. X'inhuma l-għeruq ideoloġiċi? L-għan ta' dan il-partit inkluż l-Alternattiva Demokratika u l-Partit Demokratiku; kollha ġejjin minn ideoloġija ċentru xellug b'politka favur l-attiviżmu aħdar. Tant hu Kulħadd jaf li ġejja l-elezzjoni, kulħadd jaf min huma l-partiti iżda nafu għaliex twaqqfu l-partiti? X'inhi l-ideoloġija tagħhom? Għandna nkunu nafu iżjed fuq il-partiti qabel ma nivvutaw? Il-gazzetta ILLUM tibni l-profil tas-sitt partiti politiċi f'artiklu maqsum fi tnejn ANTHEA CACHIA Il-Partit ADPD - The Il-Partit Laburista